Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bormla — Triq Hanover, Triq l-Ajkla u Triq Santa Liena - slum clearance

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm sidien li għadhom ma ħadux dak li hu dovut lilhom, wara li l-proprjetà tagħhom ittieħdet sabiex minflok isir slum clearance fi Triq Hanover, Triq l-Ajkla u Triq Santa Liena Bormla ?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-residenti kollha tal-progett ta’ slum clearance fi Triq Hanover, Triq l-Ajkla u Triq Santa Liena Bormla gew allokati post alternattiv u kollha vvakaw ir-resdienza u bdew jokkupa l-appartament moghti lilhom. Fadal biss familja wahda li minkejja inghatat appartament f’Awissu tas-sena 2011 din għada m’okkupatx dan il-fond. L-Awtorità tad-Djar qeghda ssegwi dan il-kaz sabiex din il-familja tohrog minn dan il-blokk kemm jista' jkun malajr.

Bjut ta' appartamenti tal-gvern — photovolaic panels

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-GPD hux jagħtu permessi sabiex fuq bjut ta' appartamenti tal-gvern jitwaħħlu photovoltaic panels ?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-gvern ma joħroġx permessi għal installazzjonijiet ta’ sistemi fotovoltajċi, ħlief għal ‘no objection’ fejn jidħlu istallazzjonijiet fuq binjiet li huma proprjetà tal-gvern. Permessi ta’ istallazzjonijiet jinħarġu biss mill-MEPA.
Leg 11 PQ #34175 Sitting 468 2012-05-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

korsa tal-karting u vetturi oħra

Question

B’referenza għall-allokazzjoni ta’ €350,000 għall-korsa tal-karting u vetturi oħra, msemmija f’pagna 68 tad-Diskors tal-Baġit 2012, tista’ l-Ministru tgħid kif wasal għal din il-figura? Jista’ jispjega kif kien ippjanat li jintnefqu dawn il-flus u fiex (breakdown)? Dawn it-€350,000 ġew allokati għall-korsa temporanja jew għall-korsa permanenti tal-karting u vetturi oħra? Min hu l-espert li ta l-pariri tiegħu fuq din il-korsa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

kumitat ta' Regatta Bormla — kumpens minħabba danni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumitat ta' Regatta Bormla humiex intitolati għal xi kumpens u dan wara li soffrew danni kbar bi ħsarat li rriżultaw minħabba x-xogħliiet marbuta mal-proġett ta' Dock 1 u Xatt ir-Risq? Jekk fl-affermattiv, min hu responsabbli li jikkumpensa lill-klabb?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Grand Harbour Regeneration Corporation mhix responsabbli għal xi kumpens. Il-kuntrattur għandu l-obbligu li jħares id-drittijiet ta' terzi.

Bajja ta' Rinella Kalkara — triq mġarffa

Question

Peress li ftit tax-xhur ilu it-triq fuq il-Bajja ta' Rinella Kalkara ġġarrfett sabiex tista' tkun ta' periklu, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu jew se jittieħdu sabiex jitneħħa kull periklu l-aktar issa li qed joqrob is-sajf u din il-bajja tkun aktar iffrekwentata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ta' tiswija fuq retaining wall ser isir mid-diviżjoni tax-xogħlijiet tal-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali. Ladarba x-xogħol tal-bini mill-ġdid tal-ħitan jitlesta, Transpot Malta tagħmel ix-xogħol neċessarju fuq il-bażi u l-wiċċ tat-triq.

Applikazzjonijiet għal xiri ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet sabiex inkwilini jixtru l-proprjetà li jgħixu fiha? Jista' jgħid f'liema lokalità jinsabu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja.

ħlas ta' arretrati

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33872, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn l-arretrati bdewx jitħallsu, u jekk fl-affermattiv, jista' jgħid xi proċedura ta' preċedenza qed tintuża?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi jien infurmat li sa issa inħadmu u tħallsu l-arretrati ta’ dawk il-pensjonanti li twieldu qabel is-sena 1937 u li għaldaqstant ta’ dawk li rtiraw matul is-snin sebgħin u snin tmenin u ta’ dawk li rtiraw sas-sena 1998.

Xogħol ta' bdil ta' katusi tal-komun

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol tant bżonnjuż ta' bdil ta' katusi tal-komun fl-indirizz li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.

Barra tal-Armier — tindif mill-alka

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se titnaddaf il-bajja tal-Armier li hi mimlija bl-alka ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba mogħtija f’mistoqsija parlamentari nru.34012.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru matul is-sena 2011? Jista' jgħid ukoll b'liema mod sar kull ingaġġ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Armier — permess għal caravan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33877 u jgħid jekk jinħtieġx permess sabiex sid ta' caravan ikun jista' iqatta' sajf fl-area riservata fl-Armier ? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kif jista' jinkiseb dan il-permess?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sid ta' caravan ikun jista jqatta' sajf fl-area ristervata għal dan l-użu diment li l-istess area riservata hija koperta bil-permess ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jew hija area riservata skond Klassi 10 Paragrafu 1(ii) ta' l-Avviż Legali 115 tal-2007 (ie. l-Ordni dwar in-Notifkazzjoni dwar Żviluppi kif emendat bl-Avviż Legali 226 u 494 tal-2010, u 317 u 457 tal-2011). Din ta' l-aħħar tippermetti l-użu riversibbli ta' l-art, minn entitajiet governattivi, Kunsilli Lokali jew entitajiet pubbliċi appuntati minnhom, għat-tqegħid temporanju u użu ta' caravan jew kamp kif ukoll kull strutturi temporanji meħtieġa għall-użu bħal dan matul il-perjodu bejn l-1 ta' Ġunju u t-30 ta' Settembru, sakemm l-art użata tkun kompletament restawrata għall-istat oriġinali tagħha u kull struttura titneħħa qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu. Ta' min iżid li l-Pjan ta' Azzjoni tal-Marfa jidentifika biċċa art għall-caravans fl-inħawi ta' l-Armier. Mandanakollu dan il-Pjan għadu abbozz.

Bormla — Triq San Franġisk - xogħol fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33900 u jara li Triq San Franġisk Bormla jsirilha dak ix-xogħol li hemm bżonn isir u dan għax it-triq niżlet u mtliet b'ħofor kbar? Jista' jgħid meta jista' isir dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — policy dwar ħlas

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33901 li oriġinajrament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx xi policy ġdida li min iqatta' jiem fl-Isptar Mater Dei irid iħallas jew jitnaqqaslu mill-pensjoni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li mill-1 ta’ Diċembru 2011 bis-saħħa tal-avviż legali numru 404 tal-2011, l-isptar Mater Dei ġie inkluż bħala ‘State Financed Residential Service jew State Financed Institution’. Dan l-avviż jemenda l-avviż legali numru 259 tal-2004 li jgħid li kwalunkwe resident ġewwa din it-tip ta’ residenza jew istituzzjoni li ġie discharged imma li se jibqa' residenti ġewwa l-isptar ser jaghmel kontribuzjoni lill-Gvern għall-kura li jingħata. Din kienet diġa ssir ġewwa l-Isptar San Luqa u għaldaqstant kien meħtieġ li l-Isptar Mater Dei jiġi skedat speċifikament. Din hija l-istess proċedura li tintuża fil-każ ta’ djar oħra residenzjali tal-Gvern.

Birgu — Triq San Lawrence - xogħol fuq it-triq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33902 u cioè: Peress li x-xogħol fuq Triq San Lawrenz Birgu inqalgħet ħafna snin ilu, jista' l-Ministru jgħid meta fl-aħħar tista' issir din it-triq u dan sabiex jispiċċa l-inkonvenjent tar-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 31656.
Leg 11 PQ #29827 Sitting 465 2012-04-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu, maqsuma skont il-kategorija, matul is-sena 2011? Jista' jgħid kif saret is-sejħa għal kull impjieg?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Sptar Mater Dei — policy dwar ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy ġdida li min iqatta' jiem fl-Isptar Mater Dei irid iħallas jew jitnaqqaslu mill-pensjoni?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija ma tikkonċernax lil dan id-dipartiment. Din għanda tiġi mgħoddija lil Ministeru tas-Saħħa, l-Anżjani u l-Kura fil-Komunità.

Birgu — Triq San Lawrence - xogħol fuq it-triq

Question

Peress li x-xogħol fuq Triq San Lawrenz Birgu inqalgħet ħafna snin ilu, jista' l-Ministru jgħid meta fl-aħħar tista' issir din it-triq u dan sabiex jispiċċa l-inkonvenjent tar-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bormla — Sur ta' San Pawl - riabilitazzjoni ta' appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex l-area ta' quddiem l-appartamenti tas-Sur San Pawl, Bormla tiġi rijabilitata u jitneħħa kull inkonvenjent li hemm?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa m’hemm ebda pjan iżda s-suġġeriment tiegħu ġie nnutat.

Ġnien Kottonera — public convenience magħluqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-public convenience li hemm fi Ġnien Kottonera tingħalaq?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-latrina kienet il-mira ta’ sensiela ta’ żgassar u vandaliżmu. Ninsab infurmat ukoll li regolarment kienu wkoll jinstabu oġġetti relatati mal-abbuż ta’ droga. Saru numru ta’ rapporti lill-pulizija u finalment b’ dispjaċir kellha ittieħded deċizzjoni li tingħalaq.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kuntratti għall-ingaġġ ta' skrivani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2011, ingħatawx kuntratti mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sabiex jingħata servizz ta' skrivani? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għal kull każ kemm kien l-ammont imħallas kull siegħa għas-servizz offrut?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.