Legislature:
Category:
Reset
Active:

Reġistrazzjoni ta’ karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10123 u jgħid kemm ġew reġistrati karozzi ġodda matul is-sena 2022, maqsuma xahar xahar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella ta’ hawn taħt. 2022 NEW January 860 February 894 March 1290 April 1216 May 1456 June 1049 July 1367 August 1380 September 933 October 1103 November 1070 December 1039 13657

Bormla – bini ta’ Adventure Park

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8865 u jgħid fiex waslu l-pjanijiet biex jinbena adventure park f’Bormla quddiem id-daħla ewlenija ta’ De La Salle College, proġett li ssemma fil-Baġit għas-sena 2020?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġiet sottomessa l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar filwaqt li ser ikun hemm ftehim ma’ Projects Green sabiex isiru x-xogħlijiet neċessarji u b’hekk jingħata aċċess għall-pubbliku.

Bormla – Pjazza Gavino Gulia — tiswija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħsarat fit-triq Pjazza Gavino Gulia, f’Bormla, humiex se jkunu qed jissewwew, peress li t-triq niżlet u qed tkun ta’ periklu għas-sewwieqa li jipprovaw jevitaw it-tumbati li hemm?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10580 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Għajn Dwieli – kappella li hemm fil-Mina — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq il-kappella żgħira li hemm fil-Mina ta’ Għajn Dwieli, kif ukoll meta se jitpoġġa lura l-bieb tal-ħadid li kien hemm?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10581 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Kottonera — ftuħ ta' mina

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10120 fejn il-Ministru wieġeb biex nagħmel din il-mistoqsija lilll-Ministru kkonċernat, peress li jien informat li tali proprjetà hija responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet, jista' l-Ministru jgħid jekk tali talba tistax tiġi milqugħa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tiġġestixxi l-użu tal-Art u ma tiddeċidix fuq dan it-tip ta’ proġetti. Naħseb għandha terġa' tiġi riferita lill-Ministru kkonċernat.

Malta Film Commission – films u reklami

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar films, reklami, eċċ. li saru matul l-aħħar sena taħt il-kappa tal-Malta Film Commission (MFC)?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Development Planning Fund – fondi riżervati għall-kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fondi riżervati għal kull kunsill lokali taħt id-Development Planning Fund?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, il-fondi disponibbli bbażati fuq introjtu kkalkulat sal-bidu ta’ April ta’ din is-sena u li jieħdu wkoll kont ta’ proġetti diġa kuntrattati biex jibbenefikaw minn fondi tal-Awtorità ta’ l-Ippjanar u/jew proġetti diġa sottomessi biex similarment jikkwalifikaw imma fejn għadu ma sarx kuntratt, huma indikati fit-Tabella A li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bormla – restawr fuq imtieħen ta’ żmien il-Kavallieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir restawr fuq iż-żewġ imtieħen ta’ żmien il-Kavallieri li hemm ġewwa Bormla u jinsabu fi stat ħażin ħafna b’periklu li dan il-wirt storiku jintilef darba għal dejjem?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li saret talba għall-allokazzjoni ta’ finanzi meħtieġa biex ikun jista’ jsir ir-restawr tal-imsemmija imtieħen f’Bormla. Infurmat ukoll li nbeda x-xogħol ta’ tħejjija tas-sejħiet għall-offerti u dan sabiex jekk jiġu allokati il-flus fil-Baġit li jmiss, ix-xogħol ikun jista’ jinbeda fis-sena 2024.

Bormla – Ġnien Kottoner

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li jibda x-xogħol fuq Ġnien Kottoner ġewwa Bormla?

Response (DALLI, MIRIAM)

B’żieda mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 8846, ninsab infurmata li fi Ġnien Kottoner, f’Bormla, bħalissa għaddejjin xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni inkluż qtugħ ta’ ħaxix, żbir u tindif neċessarju. Barra minn hekk, għaddej il-proċess biex tkun finalizzata u tinħareġ is-sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet li hemm ippjanati biex dan il-ġnien isir aktar sigur. Huwa mmirat li dan ix-xogħol jinbeda fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla.

Kottonera – ftuħ ta’ mina

Question

Jista’ l-Ministru jikkonsidra x-xewqa u l-bżonn ta’ ħafna nies mill-Kottonera li tinfetaħ mina żgħira maġenb il-mina ta’ San Tumas li minn Bormla tagħti għall-Fgura, sabiex ikun hemm aċċess bla periklu għal kull min irid imur il-Fgura, liema talba ilha ssir minn kunsilli ta’ Bormla fi żminijiet diversi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Dipartiment/sezzjoni fi ħdan l-Ambjent responsabbli mit-tindif tal-baħar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk għadux jeżisti d-dipartiment/sezzjoni fi ħdan l-Ambjent li fil-passat kien responsabbli mit-tindif tal-baħar fil-Port il-Kbir?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tindif tal-baħar fil-Port il-Kbir ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża.

Transport Malta – Sezzjoni Marittima responsabbli mit-tindif tal-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi unit fis-sezzjoni marittima ta’ Transport Malta li hi responsabbli mill-ħarsien tat-tindif tal-baħar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan id-Direttorat tal-Portijiet tal-Awtorità jeżisti unit li ji¿gura li kull tniġġiż ta’ żjut li jiġi kkawżat minn bastiment jew xi sors marittimu jinġabar għas-sodifazzjon tal-Awtorità. L-istess Unit huwa wkoll responsabbli li jara li jinġabru mill-baħar oġġetti li jistgħu jkunu ta’ periklu għan-navigazzjoni u għall-baħħara.

Tourism Zones Regeneration Agency – xogħol fin-naħa t’isfel ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħol sar fin-naha t’isfel ta’ Malta mit-Tourism Zones Regeneration Agency matul l-aħħar sena? Jista’ jgħid x’xogħol hemm programmat għall-istess żona mill-istess aġenzija għas-sitt xhur li ġejjin?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn huma x-xogħlijiet li TZRA wettqet u għandha programmati fin-naħa t’isfel ta’ Malta: Xgħajra – tisbiħ tal-kosta kif ukoll issuplixxiet lill-Kunsill Lokali b’numru ta’ bins li twaħħlu tul l-istess promenade. Marsaxlokk – qed isir restawr tal-bankijiet tul il-kosta ta’ M’Xlokk. TZRA se tkun qed toffri l-assistenza tagħha biex jitjieb l-aċċess għall-Bajja tal-Għar l-Aħmar. Marsaskala – se jsir tisbiħ taż-żona madwar il-Bajja tal-Fajtata. Sar installazzjoni ta’ aċċess aktar sigur għaż-żona ta’ għawm wara Villa Sant’Anna, ġiet kompluta il-walkway ġdida fil-Bajja ta’ San Tumas, kif ukoll ġew provduti mobile toilets għall-istaġun tas-sajf. Kalkara – għaddej ix-xogħol ta’ tisbiħ fil-bajja tar-Rinella. Wied iż-Żurrieq – ġew installati interpretation signs fil-belvedere ta’ Wied iż-Żurrieq. Bormla – saru laqgħat bl-iskop li l-Aġenzija tibda’ tipprovdi sapport fil-manteniment tal-proġett tal-Baċir. Isla – qed isiru diskussjonijiet biex l-Aġenzija tibda’ tipprovdi sapport fil-manteniment ta’ żona miftuħa għal skopijiet soċjali u kulturali. Raħal Ġdid – ingħata sapport fit-tisbiħ ta’ Ġnien Duminku Mintoff, kif ukoll ġew upgraded il-poles tad-dawl, bankijiet u bins. L-Aġenzija bħalissa qed tagħti wkoll is-sapport tagħha fit-tisbiħ ta’ Tony Bezzina Football Stadium bi preparazzjoni għal European U19 Championship li se jsir f’Malta fix-xahar ta’ Lulju. Birżebbuġa – TZRA se tkun qed tmexxi l- upgrading u t-tisbiħ li se jsir fil-kosta tul Triq San Patrizju, u se jsir upgrading tac-central strip u r-roundabout li jagħtu għal pjazza prinċipali tar-raħal. TZRA qed tagħmel ukoll xogħlijiet ta’ qabel is-sajf fuq il-ħajt tul il-kosta li jibda mill-Bajja ta’ San Ġorg sa ħdejn il-monument ta’ Bush u Gorbachev, kif ukoll trimming tal-ħaxix u manutenzjoni tal-Bajja s-Sabiħa. L-Aġenzija hija f’kuntatt kontinwu mal-Kunsilli Lokali rispettivi.

Kottonera – mina ta’ Għajn Dwieli – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fil-mina ta’ Għajn Dwieli huwiex lest? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk l-uffiċjali ta’ Infrastructure Malta humiex sodisfatti bix-xogħol f’din id-daħla ewlenija tal-Kottonera?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li tlestew il-maġġior parti tax-xogħol fosthom ir-restawr tal-mina, is-shaft ta’ ventilazzjoni f’nofsha, u xogħlijiet oħra ta’ natura ċivili sabiex il-mina tinfetaħ għall-pubbliku, fadal xi xogħol ta’ installazzjoni ta’ sistemi elettriċi li għadhom ma sarux.

Bormla — Triq l-Inkurunazzjoni – resurfacing

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir resurfacing ta’ Triq l-Inkurunazzjoni, f’Bormla, peress li ħafna partijiet minn din it-triq sfrondaw?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret spezzjoni fiż-żona msemmija u t-triq se tkun inkluża fil-programm ta’ patching li jmiss.

Transport Malta — pjan dwar xogħol f'toroq residenzjali

Question

Peress li għal tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari l-Ministru qal li Infrastructure Malta għaddejja b’diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali kollha biex isir pjan dwar it-toroq residenzjali li ser ikunu qed isiru f’kull lokalità, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-pjan tlestiex u jekk fl-affermattiv, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan il-pjan għall-Kottonera u l-madwar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li ġew konklużi diversi pjanijiet mal-Kunsilli Lokali ta’ għadd ta’ lokalitajiet, fadal xi dettalji minuri li għad iridu jiġu diskussi rigward il-pjan ta’ xogħol infrastrutturali fil-Kottonera mal-Kunsilli rispettivi.

Bormla – Pjazza Gavino Gulia – tiswija tal-pavimentar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħsarat fil-pavimentar tat-triq fil-Pjazza Gavino Gulia, f’Bormla, hux se jkunu qed jissewwew?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8853 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Kottonera – mina ta’ Għajn Dwieli – dawl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-dawl li għandu jsir fil-mina ta’ Għajn Dwieli huwiex komplut? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk dan hux kif kien imwiegħed oriġinarjament?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi ghat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 8850.