Legislature:
Category:
Reset
Active:

Baċir Nru.1 — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35609 u jgħid jekk il-kuntratti marbuta max-xogħol marbut mal-Baċir Nru.1 u l-madwar ingħatawx? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid fiex kienu jikkonsistu u lil min ingħataw? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn it-tenders?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra elenku tat-tenders li ngħataw s'issa.

Bormla — Triq it-8 ta' Diċembru - traffic impact assesment

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35608 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk sarx traffic impact assesment fuq Triq it-8 ta' Diċembru Bormla? Jekk fl-affermattiv jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jsir xi ħaġa sabiex jitneħħa l-periklu li jeżisti bħalissa f'din it-triq ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Infurmat li fil-proċess ta’ evaluazzjoni u konsultazzjoni ta’ l-applikazzjoni li kient ġiet sottomessa lil MEPA, PA 5522/2009, Transport Malta kienu approvaw il-proposta għax-xogholijiet fuq Triq it-8 ta’ Settembru ġewwa Bormla, li sussegwentament kienet ġiet ukoll approvata mill-MEPA. Id- Direttorat tar –Restawr ma ġie qatt mitlub biex jagħmel Traffic Impact Assessment ta’ dan il-proġett mill- MEPA, minn Transport Malta jew minn xi entita oħra. Dan minħabba l-fatt li l-istess volum ta’ traffiku li jgħaddi minn din it-triq sejjer jibqa’ jgħaddi mill- istess triq peress li l-proġett fih innifsu m’għandux potenzjal li jiġġenera traffiku ġdid. Barra minn hekk iż-żewg karreġati kif proposti jikkumplimentaw iż-żewg karreġati li diġa jeżistu tul ix-xatt ta’ Bormla. Dan il-proġett ta restawr u tisbiħ ta’ l-inħawi ta’ Couvre Porte jikkumplimenta mal-proġett ta’ tisbiħ ta’ Dock No.1 li qed jiġi implimentat mill- Grand Harbour Regeneration Corporation fil-konfini tal-Kunsill ta’ Bormla.

Bormla — infestazzjoni ta' nemus kbir

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35357, peress li hu fatt magħruf minn kull min hu kkonċernat li f'tarf il-Baċir No.1, inbniet vaska/i, u peress li fihom hemm ilma qiegħed, qed ikun sors ta' kwantità ta' nemus, jista' il-Ministru jara' li jsir xi ħaġa biex din l-infestazzjoni ta' nemus tispiċċa ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-hekk imsejħa vaska hija parti mill-proġett tal-Baċir numru 1 u għalhekk nistiednu jressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.

Bormla — Triq il-Ġublew tal-Fidda - siġar mdawra bil-concrete

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35356 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhi r-raġuni li meta saru bankini ġodda fi Triq il-Ġublew tal-Fidda f'Bormla, u meta ngħata l-concrete, is-siġar li hemm iddawwru bil-concrete u b'hekk inqata' kull aċċess għall-ilma għall-istess siġar? Ma jaħsibx li hekk dawn is-siġar se jispiċċaw imutu? X'se jiġri sabiex is-sitwazzjoni tkun irranġata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li l-Mistoqsija Parlamentari 35356 oriġinarjament kienet indirizzata lili u mhux lill-Onorevoli Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, u għaldaqstant infakkru li kont stidintu jressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni jiġifieri kif indikajtlu fit-tweġiba mogħtija.

Xgħajra — f'Ta Barkatt - irwejjaħ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34958, jista' l-Ministru jgħid kif ġie deċiż li din ir-rotta mminimizzat l-inkonvenjent? Jista' jgħid ukoll jekk ġietx diskussa l-possibilità li dan il-waste jinġarr bi braken, u b'hekk żgur ma ikun hemm inkonvenjent għal ħadd?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Bormla u Wied il-Għajn — servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa u s-servizz tat-trasport pubbliku bejn Bormla u Wied il-Għajn jerġa' jkun kif kien sa ftit ilu, u cioè li mhux is-servizz bejn dawn il-lokalitajiet jieqaf fit-8.00 p.m.?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

CCTV cameras

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux permess bil-liġi li residenzi privati jwaħħlu CCTV cameras iħarsu fuq residenzi tal-ġirien tagħhom?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli INterpellant illi skont artikolu 5(a) tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, l-Att ma japplikax “għall-ipproċessar ta’ data personali meta dak l-ipproċessar jitwettaq minn persuna naturali fil-kors ta’ attivita` purament personali”. Fil-kuntest ta’ CCTV cameras, fejn dawn jitwaħħlu minn persuni fuq residenzi privati u r-rekordjar tal-immaġini tramite l-istess apparat jintuża biss għal skop purament personali, l-Att ma japplikax. Il-provvedimenti tal-Att japplikaw fejn l-irrekordjar ta’ immaġini permezz ta’ dawn il-cameras imur oltre minn dak purament personali bħal, per eżempju, f’każi fejn l-immaġini jiġu live-streamed fuq l-internet jew inkella ppubblikati fuq xi mezz ta’ komunikazzjoni. Madankollu dan l-Uffiċċju dejjem jirrakomanda illi fejn persuni jwaħħlu CCTV cameras fuq r-residenzi privati, huma għandhom jiżguraw illi jillimitataw ir-rekordjar mill-apparat sal-perimitru tal-propjeta` tagħhom, mingħajr ma jaqbdu żoni pubbliċi jew propjetajiet biswit tagħhom. Tajjeb ukoll li jingħad illi fejn persuna tħoss li xi CCTV camera mwaħħla fuq residenza privata tkun qed toħolqilha fastidju, l-każ għandu jiġi rappurtat lill-Pulizija.

Bormla — Pjazza Santa Margerita - multi level storey car park

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress fuq il-multi level storey car park fi Pjazza Santa Margerita Bormla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li għaddejjin diskussjonijiet mal-MEPA dwar is-sottomissjoni ta' applikazzjoni għall-iżvilupp dwar il-proġett in kwistjoni.

informazzjoni dwar billboards

Question

Jista' l-Prim Ministri jgħid min hu kkonsidrat bħala l-proprjetarju tal-billboards li huma mwaħħlin f'diversi postijiet madwar Malta li ħafna minnhom qed jintużaw biex fuqhom jitwaħħlu reklami? Min hu responsabbli għalihom? Jekk ir-reklami li qed jitwahhlu fuqhom humiex bi hlas, jinħtieġ permess għalihom? Min hu responsabbli għall-ħruġ tagħhom u għand min jgħaddu l-flus tar-reklami?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #35735 Sitting 491 2012-06-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Whistleblower Act — Bord tal-Governanza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Bord tal-Governanza jikkonsidrax rappreżentazzjonijiet li jkunu anonimi, bħalma jsir f'kull entità oħra, stante li l-liġi dwar il-Whistleblower Act għadha ma ġietx quddiem il-Parlament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord tal-Governanza ġie mwaqqaf wara l-aħħar emendi fil-Liġi tal-Kunsilli Lokali permezz ta’ Avviż Legali numru: LN 63/2010. Mill-kontenut ta’ dak l-Avviż Legali ma jidhirx illi l-Bord għandu l-funzjoni illi jirċievi ilmenti anonimi pero m’huwiex eskluż illi l-informazzjoni anonima mogħtija lill-Bord tista’ tintuża minnu, jekk jidhirlu li tkun kredibbli u li fiċ-ċirkostanzi għandu jużaha, fit-twettiq tal-funzjonijiet ta’ stħarriġ tiegħu u barra l-ambitu ta’ proċeduri kontenzjużi fejn il-prinċipju hu illi min jallega jrid jipprova. Jien infurmat illi sa llum il-Bord qatt ma rċieva ilment anonimu.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fil-Ministeru u dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu, maqsuma settur settur? Jista' jgħid ukoll il-gradi tas-salarji u benefiċċji oħra ta' kull kategorija?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29117.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ħaddiema impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru u dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu, maqsuma skont il-kategorija, matul is-sena 2011? Jista' jgħid kif saret is-sejħa għal kull impjieg?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29117.

Malta Enterprise — impjieg

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara kemm ġew impjegati nies fil-Malta Enterprise fil-gradi tal-ftehim kollettiv bejn l-2007 u 2012 u kemm minn dawn ma bdewx mill-minimu tal-grad skont il-ftehim kollettiv?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-2007 u l-2012 il-Malta Enterprise impjegat 19-il persuna li jaqgħu taħt ftehim kollettiv. Minnhom 2 bdew mill-minimu filwaqt li 17 ma bdewx mill-minimu. Dettalji fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Enterprise — promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm impjegati fil-Malta Enterprise ġew mogħtija promozzjoni bejn l-2007 u l-2012 permezz ta' vakanza jew ta' evalwazzjoni tal-grad jew ta' progressjoni oħra, u kemm minn dawn seħħu bejn November 2007 u Frar 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-2007 u l-2012 ġew promossi 32 impjegat, li minnhom, 19 ġew promossi permezz ta’ evalwazzjoni tal-grad, filwaqt li 13 ġew promossi permezz ta’ vakanza. Minn dawn, 26 promozzjoni seħħew bejn Novembru 2007 u Frar 2008. L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tneħħija tas-servizz ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jitneħħa s-servizz tal-ilma mir-residenza li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilhom xhur li applikaw sabiex dan jitneħħa?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi il-Korporazzjoni Għas-Servizzi tal-Ilma m’għandha l-ebda rikjesta biex jitneħħa dan is-servizz tal-ilma. Dan jista’ jitneħħa wara li ssir l-applikazzjoni meħtieġa ma’ l-ARMS Ltd minn sid is-servizz.

impjegati li ilhom ma jitħallsu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk waslux rapporti dwar kumpaniji li ilhom x-xhur ma jħallsu lill-impjegati tagħhom? Jekk fl-affermattiv, x'qed isir sabiex dawn il-ħaddiema jirkupraw dak li huwa dovut lilhom? Jista' jghid jekk jaħsibx li hi inġusta li impjegat li ilu ma jitħallas ix-xhur, ma' jistax jitlaq mill-impjieg u jieħu l-benefiċċji tad-diżimpjieg sakemm isib impjieg ieħor? Ma jaħsibx li hemm bżonn isir xi ħaġa b'mod immedjat għax huma ħafna l-ħaddiema f'din is-sitwazzjoni?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li minn żmien għal żmien id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-ImpJieg jirċievi lmenti fejn allegatament ma jkunux tħallsu pagi dovuti lill-impjegati. Kull każ jiġi investigat mill-ispetturi tad-Dipartiment u jittieħdu l-passi neċessarji sabiex fejn jirrżulta li il-paga ma tkunx tħallset il-liġi tkun rispettata u l-ħaddiema jitħallsu l-ammonti dovuti lilhom. Wieħed jifhem id-diffikultajiet li azzjonijiet irresponsabbli u llegali minn naħa tal-employer jista’ jkollhom fuq impjegat u l-familja tiegħu. F’dan ir-rigward, meta jsir rapport lid-Dipartiment u jirriżulta li l-impjegati kellhom jitterminaw l-impieg tagħhom minħabba r-raġuni li jkunu għadhom ma tħallsux pagi dovuti, hemm arranġament amministrattiv fejn id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg jinforma lill-ETC bil-każ ħalli dawn l-impjegati jitpoġġew taħt l-ewwel parti tar-Registru u b’hekk ikunu jistgħu jirċievu l-benefiċċju tad-disimpieg. Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni iktar preċiża, hu mitlub jgħaddi l-isem tal-kumpanija kkonċernata, anki b'mod kunfidenzjali, ħalli tkun tista’ ssir verifika jekk daħalx rapport fid-Dipartiment.

Bormla — Triq it-8 ta' Diċembru - traffic impact assesment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx traffic impact assesment fuq Triq it-8 ta' Diċembru Bormla? Jekk fl-affermattiv jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jsir xi ħaġa sabiex jitneħħa l-periklu li jeżisti bħalissa f'din it-triq ?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li x-xogħol in kwistjoni qed isir bħala parti mill-proġett tas-swar u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Baċir Nru.1 — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kuntratti marbuta max-xogħol marbut mal-Baċir Nru.1 u l-madwar ingħatawx? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid fiex kienu jikkonsistu u lil min ingħataw? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn it-tenders?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Baċir Nru. 1 — kexxun

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnu l-kexxun oriġinali tal-Baċir Nru. 1? Ma jaħsibx il-Ministru li dan il-kexxun għandu jkun f'post fejn jintrefa' u jkun parti mill-istorja marittima ta' pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16604.

Bormla — Triq San Franġisk - ħsara fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ħsara li teżisti fi Triq San Franġisk Bormla, eżatt malli tispiċċa n-niżla int u dieħel lejn l-Isla, li minnha jgħaddi t-traffiku kollu għall-Cottonera u l-madwar, tiġi rranġata għax saret perikoluża?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.