Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma rċeviet xejn bħala arretrati tat-Tarzna?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba li r-referenza tagħha qed tintbagħat separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna msemmija qed tigi pprocessata. L-Awtorità tad-Djar qed tigbor informazzjoni dwar l-assi u d-dhul tal-applikanta sabiex jigi stabbilit jekk tikkwalifikax taht il-kundizzjonijiet tal-iskema u kemm huwa l-persentagg tal-ghajnuna li tikkwalifika ghalih.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kellha dak l-ammont ta' arretrati tat-Tarzna?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintabgħtu separatament, kemm għandha bolol imħallsa u allura jekk għandiex xi arretrati li jistgħu jitħallsu?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — remunerazzjoni tal-konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Min huma u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed minnhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34536.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33900 u jara li Triq San Franġisk Bormla jsirilha dak ix-xogħol li hemm bżonn isir u dan għax it-triq niżlet u mtliet b'ħofor kbar? Jista' jgħid meta jista' isir dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ta' tiswija f'din it-triq tlestew fit-8 t'Awwissu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ħsara li teżisti fi Triq San Franġisk Bormla, eżatt malli tispiċċa n-niżla int u dieħel lejn l-Isla, li minnha jgħaddi t-traffiku kollu għall-Cottonera u l-madwar, tiġi rranġata għax saret perikoluża?
Marina tal-Kottonera — xogħol ta' manutenzjoni fuq jottijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux permess li fil-marina tal-Cottonera, jsir xogħol ta' manutenzjoni fuq jottijiet? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid jekk isirux spezzjonijiet sabiex dan ma' isirx jista' jgħid ukoll kemm-il spezzjoni kontra dan it-tip ta' xogħol u abbuż ieħor fl-istess marina, saru matul dan l-ahhar tnax-il xahar ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-marina tal-Kottonera u kull marina oħra f'Malta u Għawdex huma rregolati mir-Regolamenti tal-2011 dwar iċ-Ċentri ta' Yachting. Ir-Regolament 9 tal-istess Regolamenti jippermetti il-possibilita' ta' xogħlijiet żgħar ta' manutenzjoni ta' rutina jew ta' tiswija sakemm ma jirriżultawx f'tniġġiż tal-ilma jew tal-arja jew li ma jikkawżawx fastidju lin-nies l-oħra li jużaw ċentru ta' yachting.
L-ispetturi ta’ Transport Malta iżuru ċ-ċentri ta'
yachting
fuq bażi regolari sabiex isegwu l-immaniġġjar rikjest mill-istess Regolamenti, mill-operaturi rispettivi, iżda ma tinżammx statistika separata dwar spezzjonijiet speċifiċi.
Fost affarijiet oħra, I-ispetturi ta’ Transport Malta jassiguraw li l-operaturi taċ-ċentri ta'
yachting
jipprovdu b'mod adegwat faċilitajiet ta’saħħa u sigurta` u faċilitajiet għall-ilqugħ, ġbir u rimi ta' skart.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mhux tieħu l-ebda benefiċċju soċjali u dan wara li tilfet l-impjieg tagħha?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatamebnt, qed tirċievi ċ-children allowance bin-nieqes ?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara' li ssir verifika tal-pensjoni li qed tirċievi l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u dan peress li qed tirċievi pensjoni żgħira ħafna għax qalulha li għandha pensjoni ta' barra meta kull ma' tirċievi huwa £7.59 stg?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara jekk tistax issir verifika tal-bolol imħallsa mis-sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u dan peress hi qed tgħid li ħalset il-bolol ukoll fil-perjodu 1974 sa 1980 u dawn mhux jidhrux?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid kif inħadmu l-arretrati tal-ex ħaddiema tat-Tarznari? Jista' jgħid ukoll min kien intitolt għalihom?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-pensjoni kontributorja ta’ kull pensjonant tiġi riveduta kull sena sabiex tirrifletti ż-żieda għall-għoli tal-ħajja li tingħata fil-budget kif ukoll sabiex tirrefletti xi żidiet li jista jkun hemm fis-salarji fl-azjenda fejn kien impjegat l-aħħar qabel irtira l-pensjonant.
F’każ fejn l-azjenda, fejn il-pensjonant kien impġjegat qabel irtira, tieqaf topera, is-salarju u l-grad li jkun spiċċa bih il-pensjonant jiġu mqabbla mal-istruttura tas-salarji tal-impjegati tal-Gvern sabiex il-pensjonant ikun jista jgawdi minn xi żidiet oħra.
Għaldaqstant billi l-operat tat-Tarznari waqaf fl-2010 għax ġew ipprivatizzati u bdew jiffunzjonaw bħala entita’ ġdida, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011 kellha ssir reviżjoni tal-pensjoni ta’ dawk il-pensjonanti kollha li kienu mpjegati mat-Tarznari kif spjegat iżjed ‘il fuq
Madanakollu billi kull reviżjoni ssir fuq bażi personali jista jkun hemm diversi persuni li ma jgawdu mill-ebda żieda waqt li oħrajn jieħdu żidiet diversi minn ta’ xulxin. Dan ivarja skont il-grad li kienet tokkupa l-persuna, is-sena li fiha rtirat u s-salarju li bih irtirat il-persuna.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma' irċeviet xejn bħala arretrati tat-Tarzna?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Marina tal-Kottonera — xogħol ta' manutenzjoni fuq jottijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux permess li fil-marina tal-Cottonera, jsir xogħol ta' manutenzjoni fuq jottijiet? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid jekk isirux spezzjonijiet sabiex dan ma' isirx jista' jgħid ukoll kemm-il spezzjoni kontra dan it-tip ta' xogħol u abbuż ieħor fl-istess marina, saru matul dan l-ahhar tnax-il xahar ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministri jgħid min hu kkonsidrat bħala l-proprjetarju tal-billboards li huma mwaħħlin f'diversi postijiet madwar Malta li ħafna minnhom qed jintużaw biex fuqhom jitwaħħlu reklami? Min hu responsabbli għalihom? Jekk ir-reklami li qed jitwahhlu fuqhom humiex bi ħlas, jinħtieġ permess għalihom? Min hu responsabbli għall-ħruġ tagħhom u għand min jgħaddu l-flus tar-reklami?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita` m'għandhiex informazzjoni dwar min huma l-proprjetarji tal-billboards, iżda biss dettalji ta' min japplika (li ħafna drabi jkunu applikanti diversi). Sabiex jitqegħdu dawn it-tip ta' billboards jinħtieġ il-permess tal-MEPA. Billboards li ma jinħtieġux permess huma dawk elenkati f'Artiklu 4 tal-Avviż Legali LN 171 tal-1993 (Ordni tal-1993 dwar Reklami). Is-siti li fuqhom jista jitpoġġew il-Billboards ġew approvati bi ftehim bejn il-MEPA u Transport Malta.
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-aħħar parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nies ġodda ma' Transport Malta minn Awwissu 2011 sal-lum? Kif ġie rreklamat kull impjieg? Kemm kien hemm applikazzjonijiet għal kull vakanza? Kif saret l-għażla? Minn liema lokalità huma dawk li ntgħażlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Bormla u Wied il-Għajn — servizz tat-trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa u s-servizz tat-trasport pubbliku bejn Bormla u Wied il-Għajn jerġa' jkun kif kien sa ftit ilu, u cioè li mhux is-servizz bejn dawn il-lokalitajiet jieqaf fit-8.00 p.m.?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid minn xiex se jkun magħmul il-pavimentar ta' Pjazza Paolino Vassallo Bormla, quddiem il-Każin tal-Banda San Ġorġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-pavimentar ta' Pjazza Paolino Vassallo f’Bormla jikkonsisti f’taħlita ta’ hardstone u blokok tal-konkrit hekk kif ippublikat fid-dokument tal-offerta.