Ħaż-Żabbar — Triq il-Farfett tal-Fejgel - speed ramp
Question
Jista' l-Ministru jara li ssir xi speed ramp jew sleeping policeman fi Triq il-Farfett tal-Fejgel Ħaż-Żabbar għax ta' spiss qed ikun hemm sewqan esagerat li jista' jwassal għal xi inċident?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba għal speed ramp jew sleeping policeman fi Triq il-Farfett, Żabbar. Minħabba li Triq il-Farfett mhix triq arterjali jew distributorja, tali talba għandha tiġi sottomessa mill-kunsill lokali.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed tirċievi l-ammont li qed tirċievi bħala għajnuna supplimentari?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex bolol nieqsa li allura imbagħad jaffettwaw il-pensjoni tagħha?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li ssir reviżjoni tal-pensjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u dan peress li meta nħadmet ma nħadmitx fuq il-grad proprija li kellha?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li ssir reviżjoni tal-pensjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u dan peress li l-azjenda li kienet taħdem fiha m'għadhiex teżisti?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Birgu — Triq Kottonera - xogħol ta' tarmak fuq it-triq
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31702, jista' l-Ministru jgħid x'sar minn dakinhar, u dan għax meta għamlet l-aħħar xita, din it-triq kien mimlija ilma quddiem il-Kulleġġ De La Salle?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li waqt waħda mill-ispezzjonijiet minn uffiċċjali ta’ Transport Malta, irriżulta li hemm bżonn ta’ manutenzjoni fuq l-imsemmija culverts. Qed isiru l-preparamenti biex dan ix-xogħol ikun jsir fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jara li jissewwew is-sleeping policemen jew isiru oħrajn fl-area fejn hemm il-kappella fuq tal-Ħawli l-Birġu?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li ninsab infurmat li t-triq in kwistjoni taqa' taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34958, jista' l-Ministru jgħid kif ġie deċiż li din ir-rotta mminimizzat l-inkonvenjent? Jista' jgħid ukoll jekk ġietx diskussa l-possibilità li dan il-waste jinġarr bi braken, u b'hekk żgur ma ikun hemm inkonvenjent għal ħadd?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34564 imressqa mill-istess Onorevoli Interpellant.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikanti għal Drama Teachers to serve in the Peripatetic Service in State Colleges and at the Drama Unit, li ngħataw l-appointment wara l-aħħar sejħa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kien hemm 29 applikant għas-sejħa interna ta’ Drama Teachers to serve in the Peripatetic Service in State Colleges and at the DramaUnit. Minn dawn 25 kienu eleġibbli u għaddew mill-intervista. Fil-preżent hemm 22 għalliem tal-Peripatetic Drama.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed tirċievi l-għajnuna għall-qgħad bi tnaqqis?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Kottonera — xogħlijiet ta' manutenzjoni fuq jottijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux permess li fil-marina tal-Kottonera, jsir xogħol ta' manutenzjoni fuq jottijiet? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid jekk isirux spezzjonijiet sabiex dan ma isirx? Jista' jgħid ukoll kemm-il spezzjoni kontra dan it-tip ta' xogħol u abbuż ieħor fl-istess marina saru matul dan l-aħħar 12-il xahar ?
Bormla — xogħlijiet marbuta mal-proġett tal-Baċir Nru.1
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux sodissfatt bil-progress tax-xogħlijiet f'Bormla marbuta mal-proġett tal-Baċir Nru.1? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid x'passi ħa jew se jieħu sabiex ikun hemm daqsxejn progress fuq dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li malli l-kuntratt tal-kuntrattur li kien hemm qabel fuq il-proġett ġie terminat, sensiela ta’ tenders ġew ippubblikati u attwalment ix-xogħlijet tlestew. Numru ta’ tenders oħra sejrin jiġu ppubblikati fil-ġimgħat li ġejjin, bil għan li x-xogħol jitlesta sa Lulju 2013.
Bormla u Wied il-Għajn — servizz tat-trasport pubbliku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35892, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi progress rigward is-servizz pubbliku bejn Bormla u Wied il-Għajn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li f'Ġunju li għadda il-Ministru qal li jinsasb infurmat li għaddejjin diskussjonijiet mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar is-sottomissjoni ta' applikazzjoni għall-iżvilupp dwar il-proġett tal-Multi Level Car Park f'Bormla, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi progress minn dakinhar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għad ma kienx hemm żviluppi ġodda dwar il-proġett msemmi.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34105, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol imsemmi sarx?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ta’ tiswija fuq ir-retaining wall tlestew mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet. Transport Malta qed tipprepara biex isiru x-xogħlijiet neċessarji fuq il-bażi u l-wiċċ tat-triq.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma rċeviet xejn bħala arretrati tat-Tarzna?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.