Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz ta' day centres għall-persuni bi problemi ta' saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża matul l-2012 maħsuba biex ikompli jinfirex fil-komunità s-servizz ta' day centres għall-persuni bi problemi tas-saħħa mentali?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li matul is-sena 2012 l-Isptar Monte Carmeli alloka €450,000 sabiex jinfirxu servizzi ta’ saħħa mentali fil-komunità. Din l-ispiża ma kienitx allokata biss sabiex jinfirxu Day Centres, iżda wkoll għall-firxa ta’ kliniċi u sabiex jiġu msaħħin servizzi ezistenti kemm ta’ Day Centres kif ukoll kliniċi għas-saħħa mentali fil-komunità. Illum għandna ħames ċentri ta’ matul il-jum għall-persuni ta’ problemi ta’ saħħa mentali.

Gżira — day centre għall-persuni bi problemi ta' saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk infetaħx day centre għall-persuni bi problemi ta' saħħa mentali fil-Gżira? Jekk iva, x'kienet l-ispiża issa u kemm kienu l-pazjenti li bbenefikaw? Jekk le, għaliex għadu ma bedix u meta huwa maħsub li jibda?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li s’issa għadu ma nfetaħ ebda Day Centre fil-Gżira għal nies bi problemi ta’ saħħa mentali. F’dawn l-aħħar snin sar ħafna investiment u żvilupp fis-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità. Qabel jinfetħu servizzi ġodda qegħdin nikkonsolidaw is-servizzi diġa eżistenti. .

Mosta, ir-Rabat u Birkirkara — day centre għall-persuni bi problemi ta' saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk infetaħx day centre għall-persuni bi problemi ta' saħħa mentali fil-Mosta, ir-Rabat u Birkirkara? Jekk iva, x'kienet l-ispiża issa u kemm kienu l-pazjenti li bbenefikaw? Jekk le, għaliex għadu ma bedix u meta huwa maħsub li jibda?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li s’issa nfetħu Day Centres fil-lokalitajiet ta’ Qormi, Cospicua, Zejtun, Paola u Floriana. Day Centres fil-lokalitajiet imsemmija hawn fuq huma pjanati li jinfetħu fit-tlett snin li gejjin.

Slug Poison li jinxtara over the counter

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex dak magħruf bħala slug poison jinxtara over the counter, meta hu magħruf li hu perikoluż ħafna anke għall-bniedem?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li tali prodotti huma regolati mill-Awtorità dwar il-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur u għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Bormla — Dock nru 1 - għadira ilma qiegħed

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa u l-għadira ilma qiegħed li hemm f'Dock nru. 1 Bormla, jew titneħħa jew titnaddaf għax qed iġġib ħafna nemus u qed ikun hemm inkonvenjent kbir għan-nies ta' Bormla?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dock1 — net mad-dawra tal-fencing

Question

Jista' l-Ministru jara li l-fencing li hemm idawwar ix-xogħlijiet fid-dawra ta' Dock 1, titwaħħal miegħu xi netting biex ma jidhirx id-diżastru li hemm, u dan bħal ma isir f'postijiet oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa qed jiġu studjati arranġamenti alternattivi ta' hoarding biex jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt visiv.

Tarzna — pensjoni tal-ex ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha jidher separatament hux se tibbenefika mir-reviżjoni tal-pensjoni għall-ex ħaddiema tat-Tarzna?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha

Bormla — Regatta - soqfa kkundannati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li parti mix-xogħlijiet marbuta mal-proġett ta' Bormla waqfu għax hemm numru ta' soqfa kkundannati li huma mikrija lil Regatta Bormla, u jidher li ebda entità ma trid tidħol għal din l-ispiża? Jekk hu minnu x'se jiġri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li huwa minnu li parti mix-xogħlijiet in kwistjoni ma' setgħetx titkompla minħabba li kien skopert li s-saqaf tar-Regatta Club ta' Bormla għandu ħsara strutturali li trid tissewwa qabel ma titkompla l-parti relattiva tal-proġett. Il-Gvern se joħroġ tender fil-futur qarib biex tissewwa din il-ħsara.

Awtorità tad-Djar — talba

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, talba li saret lill-Awtorità tad-Djar għal sussidju fuq kera u saret aktar minn 6 xhur ilu?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna msemmija ma tikkwalifikax ghas-sussidju tal-kera. L-applikanta ilha li giet informata b’dan minn April 2012.
Leg 11 PQ #37108 Sitting 512 2012-10-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Kunsill Malti għall-Isport — applikazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru kemm ħarġu applikazzjonijiet differenti mill-Kunsill Malti għall-Isport matul l-aħħar 6 xhur? Fiex kienu jikkonsistu? Kemm applikaw għal kull pożizzjoni? Kemm se jiġu ngaġġati għal kull pożizzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

DSS — talba għall-benefiċċju

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni wara d-dewmin sabiex il-persuna li isimha jidher separatament jibda jingħata xi benefiċċju mid-DSS ?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata bdiet tingħata l-benefiċċju dovut u ġiet infurmata uffiċjalment mid-dipartiment.

Ftuħ ta' spiżeriji ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jeżistu applikazzjonijiet għal ftuħ ta' spiżeriji ġodda? Għal liema lokalitajiet huma l-applikazzjonijiet? F'liema lokalitajiet hemm il-possibilità li jingħata permess għal ftuħ ta' spiżerija? X'inhu l-kriterju li jintuża sabiex jiġi deċiż jingħatax il-permess jew le?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #37140 Sitting 512 2012-10-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Applikazzjoni għas-sejħa taċ-ċirkolari

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għas-sejħa li saret dan l-aħħar għaċ-ċirkolari Pahro nru. 112/2012?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kien hemm 34 (erbgħa u tletin) applikazzjoni għas-sejħa li saret dan l-aħħar għaċ-ċirkulari PAHRO 112/2012 – Post ta’ Tradesman/Senior Tradesman mal-Immaniġġjar tar-Riżorsi tal-Iskejjel fi ħdan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi (DSE) fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u Xogħol.

Bormla — dawl fit-triq 8 ta' Diċembru

Question

Jista' l-Ministru jara li jkun hemm dawl fi Triq 8 ta' Diċembru f'Bormla?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li ir-responsabbilita ta’ liema toroq residenzjali jiġu mdawla kienet għaddiet f’idejn il-Kunsilli Lokali u lill-Transport Malta fil-kas ta’ toroq arterjali. Il-Korporazzjoni Enemalta ma’ rċeviet l-ebda talba minn dawn iż-żewġ entitajiet biex tigi nstallata bozza fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant.

Bormla — Triq 8 ta' Diċembru - pedestrian crossing imdawwla

Question

Jista' l-Ministru jara li l-pedestrian crossing li hemm fi Triq 8 ta' Diċembru f'Bormla tkun imdawwla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li l-materja msemmija ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi, nitolbu jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Bormla — Triq l-Immakulata - arblu tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza li tagħti lejn id-djar mal-arblu tad-dawl li hemm fi Triq l-Immakulata f'Bormla?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-responsabbilita ta’ liema toroq residenzjali jiġu mdawla kienet għaddiet f’idejn il-Kunsilli Lokali u lill Transport Malta fil-kas ta’ toroq arterjali. Il-Korporazzjoni Enemalta ma’ rċeviet l-ebda talba minn dawn iż-żaewġ entitajiet biex tiġi nstallata bozza fit-triq imsemmija mill Onorevoli Interpellant.

Bormla — Pjazza Paolino Vassallo - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Pjazza Paolino Vassallo Bormla hux se tkun lesta għall-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni li taħbat fit-8 ta' Diċembru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fiż-żona ta’ Pjazza Paolino Vassallo huma skedati li jibdew f’Jannar 2013 u ppjanati li jkunu lesti fiż-żmien tlett xhur, dejjem jekk ma jinqala xejn imprevist.

Bormla — Triq San Ġwann - ġnien

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-ġnien li suppost se jsir fi Triq San Ġwann f'Bormla quddiem il-club tal-Cospicua Rangers, liema ġnien ilu jiġi mwiegħed għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

"Infakkar lill-Onorevoli interpellant li x-xogħol imwiegħed ma sarx wara li l-uniku offerta mitfugħa ghas-sejha ghall-offerti ta’ dan għall-proġett , wara li nħarget sejħa għall-offerti, daħlet kważi 40% ogħla mill-istima li kien ipprepara d-dipartiment apparti l-fatt li l-offerta ġiet effetivament ogħla mill-ammont aċċettabli minn dak permessibbli għal tender dipartimentali. Għalhekk id-Dipartiment konċernat ma kienx f’pożizzjoni jalloka dan ix-xogħol. Infakkar ukoll li l-flus li kienu allokati abbażi tal-istima xorta ser jiġu investiti ġewwa Bormla permezz ta’ proġett li ser jitwettaq mill-Gvern Ċentrali u dan jikkonsisti fil-bdil tal-balavostri tat-taraġ ta’ quddiem il-Knisja Parrokkjali, b’valur ta’ €77,000 .Dan ix-xogħol fuq il-balavostri tal-Knisja qed isir ukoll fuq talba tal-istess Kunsill Lokali ta’ Bormla. Sadanittant, jekk il-fondi jippermettu, il-proġett ta' Triq San Gwann xorta ser jiġi kkonsidrat biex jiġi nkluż fil-programm tax-xogħol għas-sena d-dieħla."

Bormla — xogħlijiet weqfin

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala reġgħu waqfu x-xogħlijiet f' Bormla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol ġie maqsum f'numru ta' tenders li f'uħud minnhom ġa saru x-xogħlijiet, f'oħrajn it-tenders qed ikunu evalwati , fil-waqt li tenders oħra se jinħarġu fil-ġimgħat li ġejjin.

Bormla u Wied il-Għajn — servizz tat-trasport pubbliku

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35892, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi progress rigward is-servizz pubbliku bejn Bormla u Wied il-Għajn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bejn Bormla u Wied il-Għajn hemm servizz bin-numru tar-Rotta 124 li topera kull siegħa, l-aħħar ħin minn Bormla jitlaq fit-8.27 ta’ filgħaxija filwaqt li l-aħħar ħin minn Wied il-Għajn jitlaq fit-8.08 ta’ filgħaxija. Ninsab infurmat ukoll li Transport Malta evalwat din il-materja u ma nħassx il-bżonn li testendi l-ħin tal-operat ta’ din ir-rotta għall-iskeda tax-xitwa u dan minħabba li r-residenti ta’ dawn iż-żewġ lokalitajiet għandhom l-aċċess li jirkbu rotot oħra li jeħduhom ġewwa l- interchange ta’ Raħal Ġdid minn fejn jistgħu jibdlu r-rotta għal diversi lokalitajiet oħra u bi frekwenzi aktar spissi.