Jista' l-Ministru jgħid jekk ikunx hemm żieda fil-kera, jekk isir xi xogħol fuq bejt komuni ta' numru ta' appartamenti tal-gvern? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kif tiġi kkalkulata din iż-żieda b'rabta max-xogħlijiet?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li zieda fil-kera tigi applikata biss meta jisru xoghlijiet fl-istruttura fir-residenza tal-kerrej.
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li twieldet fis-sena 1952 tistax tirtira bil-pensjoni fl-età ta' 61 sena?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li jien infurmat li persuna li twieldet fis-sena 1952 li tilħaq l-eta’ tal-pensjoni fl-eta’ ta’ 62 sena għandha l-għażla li tirtira bil-pensjoni fl-eta’ ta’ 61 sena jekk kemm il-darba l-persuna kkonċernata jkollha akkumulazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurta’ Soċjali ta’ mhux inqas minn 35 sena u kif ukoll jekk tieqaf mix-xogħol tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid għal kemm-il labra tal-insulina huma intitolati kull xahar dawk li jbatu bid-diabete?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li dawk il-pazjenti li jbatu mill-kundizzjoni tad-dijabete, u li wara r-Riforma tal-Immaniġġjar tad-Dijabete mnehdija mill-Gvern f'Marzu li għadda ddeċidew li jkollhom kartuna safra, minflok kartuna roża, huma intitolati għal żieda u għalhekk issa għandhom tletin (30) siringa fix-xahar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx proposti konkreti dwar x'se jsir mill-British u Knights Building li hemm fl-area ta' Dock 1 ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-użu ta' propost għal British u Knights Buildings qiegħed iddettaljat fid-development brief li l-GHRC issottomettiet lill-MEPA u li l-MEPA għadha qed tikkonsidra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas f'ammont bħala benefiċċji għall-enerġija matul l-ewwel 9 xhur tas-sena 2011 u matul l-istess xhur fis-sena 2012?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li jien infurmat li l-ħlas f’benefiċċju għall-Enerġija matul l-ewwel disa’ xhur tas-sena 2011 kien ta’ €3,991,928 filwaqt li l-ħlas għall-ewwel disa’ xhur tas-sena 2012 kien ta’ € 4,739,660.
Jista' l-Minisitru jgħid kien l-ammont ta' persuni li twaqqfilhom l-għajnuna għax bla impjieg matul l-ewwel 9 xhur ta' din is-sena?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta persuni li twaqqfilhom l-għajnuna għax bla impjieg matul l-ewwel 9 xhur tas-sena 2012 kien ta 1609.
Jista' l-Ministru jgħid liema tenders ingħataw matul dawn l-aħħar 6 xhur marbuta mal-proġett tax-xatt ta' Bormla u Dock 1? Jista' jgħid għal kull każ fiex kienu jikkonsistu, min kienu dawk li tefgħu applikazzjoni, min ħa kull tender u kemm kien l-ammont għal kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Peress li l-parti ta' Xatt ir-Risq, in-naħa tal-Birgu, jidher li x-xogħol kważi lest, jista' il-Ministru jgħid x'sar minnha t-tip ta' ħnejja li kienet tfakkar Jum il-Ħelsien? Jista' jgħid jekk hux se terġa' titpoġġa f'postha?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-ħnejja li semma l-Onor. Interpellant tinsab f’wieħed mill-imħażen fuq is-sit tal-baċir numru wieħed. Sa issa għadu ma' ġiex definit fejn din ser terġa’ titpoġġa.
Servizz għall-adoloxxenti bi problemi ta' saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix servizz immirat għall-adoloxxenti bi problemi ta' saħħa mentali biex dawn ukoll jibdew jingħataw il-kura fil-komunità? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji dwaru?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li servizzi għat-tfal u adoloxxenti bi problemi ta’ saħħa mentali fil-komunità jinkludu dawn is-servizzi:
Child Guidance Clinic
(
St. Luke’s Hospital
): Servizz għal tfal u adoloxxenti taħt is-16-il sena,
Out Patients Clinic
(
Mater Dei Hospital
): Servizz għal adoloxxenti l’fuq mis-16-il sena.
Residenza San Vinċenz de Paul — xogħol ta' refurbishment fis-swali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ta' refurbishment sar fis-swali tar-Residenza San Vinċenz de Paul fl-2012, x'tip ta' xogħol sar u x'kienet l-ispiża?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ispiża fuq refurbishment fis-swali tar-Residenza San Vinċenz de Paul fl-2012 hija kif murija fit-tabella hawn taħt:
Tip ta’ Xogħol
Spiża
Painting & plastering
fis-swali ta’ St. Francis Ward 1
Euro 3,343
Sistema ta’ Arja Kundizzjonata ġdida f’ St. Francis Ward 4
Euro 59,626
Refurbishment
ta’ St. Joseph Ward 4
Euro 15,365
Aluminium profiles
għall-St. Joseph Ward 4 (xogħolijiet sar minn impjegati ta’ San Vinċenz_
Euro 7,000
New hot water system
fi Block No. 10
Euro 11,081
New hot water system
fi RB 1
Euro 2,083
TOTAL
Euro 98,498
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar fl-2012 biex tinbena dar tal-anzjani ġdida f'Birkirkara? Jista' jgħid meta din id-dar se tibda topera?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li din is-sena saru diskussjonijiet biex tinbena Dar tal-Anzjani ġewwa Birkirkara. Għalkemm bdew jitfasslu l-pjanijiet għal dan il-proġett, għadu pjuttost kmieni biex tiġi stabbilita data tal-bidu tal-operat ta’ din id-Dar.
Jista' l-Ministru jgħid fejn infetħu l-aktar Ċentri ta' Matul il-Jum għall-anzjani matul l-2012? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża fuqhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul is-sena 2012 infetaħ Ċentru ta’ Matul il-Jum ġewwa s-Siġġiewi b’ispiża ta’ €15,867.
Għaddejin diskussjonijiet sabiex jinfetħu ċentri ta’ matul il-jum f’lokalitajiet oħra. B’kollox hawn 19-il ċentru ta’ matul il-jum mifruxin ma’ Malta biex l-anzjani tagħna jibqgħu attivi fil-komunità.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-pazjenti li fl-2012 bdew jingħataw mediċini tad-demenzja b'xejn? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża fl-2012 fuq din l-inizjattiva?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bħalissa għaddej il-proċess biex tinxtara mediċina tal-klassi Acetylcholinesterase inhibitors. Hemm mediċini oħra li diġa qegħdin fil-formularju tal-Gvern li huma utli fil-kura tad-demenzja u dawn diġà jingħataw.
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena bedix jiffunzjona l-programm ta' colorectal screening? Jekk iva, x'kienet l-ispiża issa u kemm kienu l-pazjenti li bbenefikaw? Jekk le, għaliex għadu ma bedix u meta huwa maħsub li jibda?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bħalissa għaddejjin il-preparamenti finali kollha biex il-Program Nazzjonali ta’ Screening għall-Kanċer fil-musrana l-kbira jibda x-xahar id-dieħel (Novembru 2012) kif kien dejjem ippjanat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tal-operazzjonijiet tal-hip replacements li saru bejn l-2008 u l-2012, kull sena b'mod separat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register, MDH in-numru ta’ operazzjonijiet tal-hip replacement li ġew irreġistrati li saru fl-Isptar Mater Dei bejn is-sena 2008 u Settembru 2012, huwa hekk:
Year
Total Hip Replacement
ICD 9-Cm code: 81.51, 81.40)
Revision Hip Replacement
ICD9- CM code: 81.53)
2008
56
8
2009
101
5
2010
85
10
2011
119
19
January - September
2012
99
11
Spiżerija tal-Għażla Tiegħek — spiżeriji ġodda li daħlu fiha
Question
Jista' l-Ministru jgħid fejn ġiet estiża l-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek fl-2012? Kemm kienu l-ispiżeriji ġodda li daħlu fiha fl-2012 u kemm kienu l-pazjenti ġodda li daħlu fiha fl-2012?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek ġiet estiża fil-lokalitajiet tal- Furjana, Għaxaq, Gudja, Luqa, Kirkop, Marsa, Mqabba, Qrendi, Safi, Santa Luċija, Tarxien u Żurrieq.
In-numru ta’ spiżeriji ġodda li daħlu fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek fl-2012 huwa ta’ tletin [30] spiżerija.
Sa l-aħħar ta’ Ottubru 2012, it-total ta’ pazjenti ġodda li daħlu fl-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek huwa ta’ 17,909 pazjent.