Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38354 u jgħid x’sar matul l-2012 fuq ix-xogħol fuq Biagio Steps fil-Belt Valletta biex isir ċentru interattiv dwar il-fortifikazzjonijiet ta’ pajjiżna? X’kienet l-ispiża minfuqa dan il-proġett?
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi tilwima mal-Medical Authority? Jekk fin-negattiv, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni wara d-dewmien għal ħruġ ta' liċenzji għal spiżeriji ġodda?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li għalkemm għadhom għaddejjin azzjonijiet industrijali fl-Awtorita’ dwar il-Mediċini., dawn l-azzjonijiet industrijali mhux qed jaffettwaw it-time lines meħtieġa għall-proċess għal ħruġ ta liċenzji ġodda għal spiżeriji fejn dawn qed jiġu ikkunsidrati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38355 u jgħid xi spiża saret fl-2012 fuq il-Festival tal-Arti għat-Tfal, il-Festival tal-Mużika Barokka u programm artistiku marbut mat-teatru miftuħ fil-Belt Valletta, b’mod separat?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentati 38356 u jgħid fiex wasal il-proċess biex il-Mużew Nazzjonali tal-Arti jimxi għall-Berġa tal-Italja? Jista' jgħid xi spiża saret b’rabta ma' dan matul l-2012 ?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38357 u jgħid fiex wasal il-proġett biex proprjetà tal-gvern tiġi żviluppata bħala creative clusters minn gruppi artistiċi, intrapriżi kreattivi u individwi li jixtiequ jinvestu fi studios u workshops? Jista' jgħid xi spiża saret b’rabta ma' dan matul l-2012 ?
Response (MARCO, MARIO DE)
Il-ħidma fuq dan il-proġett hija mqassma fuq numru ta’ snin, u tinkludi identifikazzjoni ta’ siti u preparazzjoni ta’ proġetti għal fondi kemm lokali kif ukoll strutturali (Ewropej). Din il-ħidma qed issir b’kooperazzjoni mal-Fondazzjoni Valletta 2018, kif ukoll mal-Uffiċċju tal-Proġetti għar-Rijabilitazzjoni (MRRA). Matul l-2012, tal-Belt Valletta, fi hdan il-Ministeru ghar-Rizorsi u Affarijiet Rurali, hadem fuq zewg progetti principali bl-iskop li jigu żviluppati creative clusters gewwa l-Belt Valletta. L-ewwel progett huwa dak tal-Biċċerija l-Antika, fejn bini storiku se jigi rrestawrat u mibdul f’Ċentru għall-Għaqdiet Voluntarji u Creative Hub. Bħalissa l-applikazzjoni għall-izvilupp tinsab quddiem il-MEPA għall-evalwazzjoni taghhom. Il-proġett huwa mahsub li se jiswa madwar miljun ewro. It-tieni progett huwa dak tar-riġenerazzjoni ta’ Strada Stretta f’creative cluster. Bħalissa fejn qed tingabar informazzjoni fuq il-propretajiet vakanti tal-gvern. Spejjes involuti s’issa huma ta’ madwar €5000, kif ukoll spejjes ta’ pagi tal-ħaddiema involuti f’dawn il-proġetti u l-ippjanar tagħhom. .
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38358 u jgħid x’ħidma saret matul l-2012 fuq skema mħabbra fil-budget għal din is-sena għal self-employed reġistrati bħala awturi, kompożituri, artisti fl-arti viżiva u f’dik performattiva, fil-film u fid-disinn, li joperaw mill-Belt Valletta? Jista' jgħid kemm ikkwalifikaw biex jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (MARCO, MARIO DE)
Il-ħidma prinċipali fuq l-implimentazzjoni ta’ din l-iskema kien marbut mal-abbozzar tal-istrateġija għall-industriji kreattivi, b’mod partikolari l-istruttura governattiva li tkun tista’ taqdi r-rwol ta’ ‘competent authority’. Dan il-għaliex l-implimentazzjoni ta’ din l-iskema tiddependi fuq il-ħolqien jew identifikazzjoni ta’ entita’ responsabbli li tkun tista’ tikkoordina mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, sabiex ikun jista’ jinħoloq ir-reġistru neċessarju dwar min jista’ jkun eleġibbli għal din l-iskema. Sadanittant, qed issir ħidma mal-Kunsill Malta tal-Arti u l-Kultura b’koordinazzjoni mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, sabiex jiġi ffinalizzat il-qafas għall-implimentazzjoni tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-boroz ta' studju li ngħataw fil-qasam sportiv fl-2012 bil-għan li dawk li jippromettu u jifilħu jkomplu jinvestu fil-ħiliet sportivi tagħhom anke barra minn pajjiżna u x'kienet l-ispiża?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-2012 ingħataw erbatax-il borża ta’ studju fl-isport u oqsma relatati miegħu. L-ispiża ta’ dawn il-boroż ta’ studju qed tiġi ffinanzjata permezz ta’ fond maħluq apposta, liema fond ilaħħaq €100,000.
Taħriġ u kompetizzjonijiet ma' vetturi li jipparteċipaw fil-hill climbs
Question
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal l-iżvilupp ta' korsa adegwata għat-taħriġ u kompetizzjonijiet marbuta mal-karting, mini motos, quadbikes, motards, scooters u kif ukoll tuning ta' vetturi li jipparteċipaw fil-hill climbs? Tista' tgħid x'kienet l-ispiża?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 34175. Inżid li minn dakinhar il-MEPA approvat l-iżvilupp ta’ trakk għall-karting fuq l-art amministrata mill-Island Karting Club.
Jista' l-Ministru jgħid kemm matul l-2012 inġabru flus mill-ħlas ta' liċenzja tat-televiżjoni għas-sena 2012 stess?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-ħlas tal-liċenzji tat-televiżjoni kien isir bis-sena ‘l quddiem u l-aħħar kontijiet li ntbagħtu kienu fis-sena 2011. Il-ħlasijiet li saru minn Jannar sa l-aħħar ta’ Ottubru 2012, li laħqu Ewro551,053, jinkludu arretrati tas-snin ta’ qabel.
Bormla — Sqas Santa Tereża - tneħħija ta' pajpijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38307 u jgħid meta se jitneħħew il-pajpijiet tal-ilma, suppost temporanji, li hemm fi Sqaq Santa Tereża Bormla, u ilhom hekk xi sentejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li ninsab infurmat li Trasport Malta mhux infurmata li sar xogħol ta’ dan it-tip fuq l-imsemmija trejqa, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38352 u jgħid x’xogħol sar matul l-2012 fuq kull wieħed minn dawn il-proġetti : nature trails fil-park ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra, restawr fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu, restawr tad-Domus Romana, xogħol fuq it-Torri tal-Arloġġ, xogħol fil-Mużew Marittimu, u xogħol ta’ konservazzjoni fil-Palazz ta’ Verdala u fil-Palazz ta’ San Anton? Jista' jgħid x’kienet l-ispiża fuq kull wieħed minn dawn il-proġetti fl-2012 ?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38353 u jgħid x’xogħol sar matul l-2012 fuq kull wieħed minn dawn il-proġetti: Forti Sant’Anġlu, Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, Tempji tal-Ġgantija, Tempji ta’ Ħal Tarxien, Katakombi ta’ San Pawl, Banjijiet Rumani ta’ Għajn Tuffieħa, l-Katakombi Ta’ Bistra fil-Mosta, u l-Katakombi ta’ Santu Wistin fir-Rabat? Jista' jgħid x’kienet l-ispiża fuq kull wieħed minn dawn il-proġetti fl-2012?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-iskola sekondarja ġdida tal-bniet ġewwa Ħal Kirkop u fuq il-faċilitajiet sportivi biswit l-iskola sekondarja ta' Santa Venera? Tista' tgħid xi spiża saret fuq dawn iż-żewġ proġett?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar l-iskola sekondarja ġdida tal-bniet ġewwa Ħal Kirkop, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada ssottomettiet applikazzjoni l-MEPA u din għadha qegħda tiġi evalwata. S’issa l-ispiza fuq dan il-proġett hija ta’ €124,275 li jinkludu l-MEPA fees kif ukoll
Environmental Impact Statement
.
Dwar il-proġett tal-faċilitajiet sportivi biswit l-iskola sekondarja ta’ Santa Venera, l-
Letter of Acceptance
inħarġet u qed nistennew biex toħroġ l-
order to start works
. S’issa l-ispiża fuq dan il-proġett hija ta’ €4542.24 li huma MEPA
fees
.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ġenituri tat-tfal li jattendu l-iskejjel pivati li fl-2012 gawdew miż-żieda fl-ammont massimu ta' tnaqqis f'taxxa fuq il-miżati u kemm kien l-ammont iffrankat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-fakultà ġdida tal-ICT, u faċilitajiet ta' Health Biotechnology? Tista' tgħid xi spiża saret fuq dawn iż-żewġ proġetti
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-proġett tal-Fakultà l-ġdida tal-ICT wasal fi stat avvanzat. Ix-xogħlijiet ta’ finishes, servizzi u installazzjonijiet ta' elettriku u xogħlijiet mekkaniċi għaddejjin b’ritmu mgħaġġel. L-ispiża s’issa fuq dan il-proġett laħqet is-somma ta’ 12.8 miljun ewro.
Dwar il-proġett tal-
Health Biotechnology
, il-binja tinsab lesta ġebel u saqaf, u bħalissa qegħdin isiru x-xogħlijiet ta‘ tikħil u tibjid fuq il-faċċati kif ukoll installazzjoni tal-aperturi. L-offerti għat-tenders għax-xogħlijiet ta’
internal finishes
kif ukoll servizzi ta' elettriku u xogħlijiet mekkaniċi qegħdin jiġu evalwati. L-ispiża s’issa fuq dan il-proġett laħqet is-somma ta’ 1.3 miljun ewro.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar fuq l-iskema ta' għajnuna finanzjarja għal każini u baned biex tgħinhom fit-taħriġ u tagħlim mużikali taż-żgħażagħ u x'kien l-investiment li sar fuq din l-iskema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħala parti mill-Empowerment Programme fuq livell lokali Agenzija Żgħazagħ ħolqot proġett bl-isem ta’ ‘It-Taħriġ mużikali taż-żgħażagħ fil-Każini tal-Banda’. L-għan wara dan il-proġett kien illi l-Aġenzija tħeġġeġ aktar żgħażagħ jibbenefikaw mit-tagħlim tal-muzika li jingħata f’bosta lokalitajiet permezz tal-każini tal-banda f’għadd ta’ bliet u rħula kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
Dan il-proġett kien jinvolvi għajnuna finanzjarja lill-każini tal-banda wara li dawn joħorġu b’inizjattivi li bihom jew iħeġġu aktar żgħażagħ jersqu lejn il-każini għat-tagħlim tal-mużika u/jew li l-każini jtejbu il-faċilitajiet ta’ tagħlim tal-mużika fi ħdan il-każin. Il-każini kienu mitluba jipproponu inizjattivi taħt waħda minn dawn iż-żewġ skemi:
Skema A għal dawk l-inizjattivi li jiswew sa € 2,000.00, f’din l-iskema Aġenzija Żgħażagħ iffinanzjat 90% tas-somma jiġifieri sa massimu € 1,800.00, bil-parti l-oħra tiġi ffinanzjata mill-każin li jkun ibbenefika mill-proġett.
Skema B għal dawk l-inizjattivi li jiswew sa € 4,000.00, f’din l-iskema Aġenzija Żgħażagħ iffinanzjat 80% tas-somma jiġifieri sa massimu ta €3,200.00, bil-parti l-oħra tiġi ffinanzjata mill-każin li jkun ibbenefika mill-proġett.
Sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet total ta’ 36 każin tal-banda bagħtu l-proposti tagħhom. Minn dawn, 28 każin tal-banda ġew magħżula minn Bord tal-Għażla indipendenti maħtur minn Aġenzija Żgħażagħ sabiex jingħataw il-fondi.
Il-baġit totali ta’ dan il-proġett kien dak ta’ € 75,000.00. Minn dawn € 68,978.89 marru bħala fondi għal iffinanzjar ta’ inizjattivi tat-28 proposta magħżula. Il-bqija tal-fond ġie utilizzat sabiex jitħaddem u jiġi kkordinat il-proġett fosthom sessjonijiet ta’ taħriġ lill-Każini tal-Banda dwar kif għandhom jimlew l-applikazzjonijiet tal-inizjattivi.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar fuq l-iskema ta' għajnuna finanzjarja għall-każini tal-baned biex tgħinhom fit-taħriġ u t-tagħlim mużikali taż-żgħażagħ u x'kien l-investiment li sar fuq din l-iskema?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid xi spiża saret fl-2012 fuq il-Festival tal-Arti għat-Tfal, il-Festival tal-Mużika Barokka u programm artistiku marbut mat-teatru miftuħ fil-Belt Valletta, b’mod separat?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex il-Mużew Nazzjonali tal-Arti jimxi għall-Berġa tal-Italja? Jista' jgħid xi spiża saret b’rabta ma' dan matul l-2012 ?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.