Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kottonera — Grand Harbour Marina - Upkeep tal-bankini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-upkeep tal-bankini madwar il-Grand Harbour Marina tal-Kottonera, għaliex hemm żoni li qed ikunu ta’ periklu u inkonvenjent għal ħafna persuni li jżuru dawn in-naħat?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

It-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.

Kottonera — Project Green - Proġetti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-proġetti li ser tkun qed tibda Project Green fil-Kottonera fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8846, inżid ninfurmah li nbdew ix-xogħlijiet marbuta mal-instalazzjoni ta’ fencing madwar il-konfini ta’ Ġnien Kottoner, li għandu jservi għal aktar sigurtà. Fir-rigward tan-New Leaf Park li kien propost mill-Kulleġġ De La Salle u li se jkun qed ikopri 4,200 metru kwadru u jagħti prijorità l-element edukattiv, bħalissa qed issir il-verifika tas-sejħa għall-offerti marbuta max-xogħlijiet meħtieġa ma’ dan il-Park. Tressqet ukoll l-applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar għall-permessi meħtieġa. Fil-każ tal-proġett li se jsir biex 3,000 metru kwadru ta’ art żviluppabbli li tinsab ħdejn l-American University of Malta minflok tinbidel fi spazju miftuħ, ġiet sottomessa wkoll l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar għall-permessi meħtieġa, filwaqt li beda t-tfassil tas-sejħa għall-offerti marbuta max-xogħlijiet meħtieġa għal dan il-proġett. Minbarra li se jsaħħaħ il-bijodiversità urbana tal-inħawi bi tħawwil ta’ siġar u arbuxelli, ir-riġenerazzjoni ta’ dan l-ispazju se tinkludi bandli u logħob inklussiv għat-tfal, żona għall-meditazzjoni, picnic area, faċilitajiet għall-parkour, spazju għall-artiġġjanat u parkeġġ taħt l-art għal madwar 240 karozza. Fil-Kottonera bħalissa għaddejjina ukoll b’ritmu tajjeb ix-xogħlijiet fuq żona ġdida ta’ rikreazzjoni li tinsab fil-qalba tal-Birgu li mistennija tinfetaħ għall-pubbliku fix-xhur li ġejjin. Dan l-ispazju ta’ 9,000 metru kwadru, li jinsab fiż-żona mgħarufa bħala ‘Fuq il-Glacis’, se jkun maqsum f’żoni ta’ rikrezzjoni differenti, li jinkludu picnic area, playgorund u park għall-klieb.

Toroq li ser jingħataw wiċċ ġdid – Tieni Distrett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fit-Tieni Distrett Elettorali li ser jingħataw wiċċ ġdid matul din is-sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja jew ser twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq illi ġew proposti mill-Kunsilli Lokali li jiffurmaw parti mit-tieni distrett.

Akkomodazzjoni Soċjali — Postijiet allokati - Tieni Distrett Elettorali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew allokati postijiet għall-Akkomodazzjoni Soċjali fit-Tieni Distrett Elettorali matul l-aħħar sentejn?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2022 sas-7 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Allokazzjonijiet fi ħdan l-Awtorità tad-Djar alloka 110 proprjetà għall-Akkomodazzjoni Soċjali fit-Tieni Distrett Elettorali.

Pensjoni minima

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-pensjoni minima fis-sena 2013, u kemm hi l-istess pensjoni illum fl-2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rati fil-ġimgħa tal-Pensjoni Minima Nazzjonali u l-Bonus tal-Ogħli tal-Ħajja fis-snin 2013 u 2024 rispettivament huma skont t-tabella t’hawn taħt: Kategorija Medja fis-sena ta’ kontribuzzjonijiet Pensjoni 2013 CLBO* 2013 Pensjoni 2024 CLBO* 2024 Miżżewweġ ’l fuq minn 50 €134.78 €7.77 €188.73 €21.53 bejn 40 u 49 €126.02 €7.77 €179.97 €21.53 bejn 30 u 39 €110.00 €7.77 €163.96 €21.53 bejn 20 u 29 €97.32 €7.77 €151.27 €21.53 Persuna Waħedha ’l fuq minn 50 €115.57 €7.77 €172.97 €21.53 bejn 40 u 49 €110.87 €7.77 €164.97 €21.53 bejn 30 u 39 €101.65 €7.77 €151.97 €21.53 bejn 20 u 29 €92.38 €7.77 €139.37 €21.53 * CLBO = Cost of Living Bonus/Bonus tal-Ogħli tal-Ħajja - rati ikkwotati ta’ xi ħadd li kien bil-pensjoni fl-2008 jew qabel – min beda bil-pensjoni fl-2013 il-CLBO tiegħu żdied minn €1.36 għal €16.80 fil-ġimgħa. Dawn il-pensjonanti gawdew ukoll minn titjib fil-ħlas tal-Għajnuna Supplimentari. Minn rata massima ta’ €237.61 fl-2013 għal persuna waħedha dan il-benefiċċju llum ilaħħaq €598 fis-sena. Għal koppja żdied minn €422.69 fl-2013 għal €1,099.28 fis-sena. Żdied ukoll il-ħlas supplimentari li jitħallas mal-benefiċċju li minn €100 żdied għal €150 għal kull persuna fis-sena. Tajjeb jingħad ukoll li dawn il-kategoriji ta’ pensjonanti issa qed igawdu wkoll mill-Benefiċċju Addizzjonali għall-Għoli tal-Ħajja li fl-2013 ma kienx jingħata. Għal persuna waħedha dan il-benefiċċju din is-sena jilħaq massimu ta’ €378, filwaqt li għal koppja r-rata massima hija ta’ €786 fis-sena.

Bormla – Ferry landing — Dwal

Question

Jista’ l-Ministru jara li d-dwal li hemm fil-ferry landing f’Bormla jissewwew għax hemm numru minnhom mhux jixegħlu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-problemi ġew irrapportati lill-Kuntrattur li installa s-sistema tad-dwal u qed jittieħdu l-passi neċessarji biex din il-problema teknika tiġi indirizzata mill-aktar fis.

Għajn Dwieli – Xogħol fuq il-mina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jitkompla x-xogħol fuq il-Mina ta’ Għajn Dwieli?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u manutenzjoni tal-istruttura fuq il-mina ta’ Għajn Dwieli u t-toroq tal-madwar huma kompluti u fil-preżent, Infrastructure Malta qed tħejji l-preparamenti biex jibdew ix-xogħlijiet ta’ natura mekkanika u elettrika li ser jinkludu fost l-oħrajn sistemi ġodda tad-dawl u sistemi ta’ CCTV.

Baċir numru wieħed u l-viċinanzi tal-ferry landing — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara li jitkompla x-xogħol li kien inbeda fuq id-dawra tal-Baċir numru wieħed u l-viċinanzi tal-ferry landing place?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol tal-landscaping qed jitkompla b’mod kontinwu bħala parti minn maintenance agreement. S’issa saru ħafna xogħlijiet fosthom taħwil ta’ pjanti, bdil ta’ partijiet mit-turf, żbir ta’ siġar u arbuxelli, kif ukoll tranġar ta’ ħafna mis-soft areas. Fil-ġimgħat li ġejjin, it-turf se jkun qed jiġi trattat u jinżera’ mill-ġdid f’ċerti żoni, proċess li se jieħu madwar sitt ġimgħat. Il-manutenzjoni fil-kumplament taż-żoni se titkompla b’mod normali u skont il-bżonn. Fil-ġimgħat li ġejjin ser ikun għaddej ukoll xogħol ta’ manutenzjoni fuq pjattaforma u fuq il-bankijiet tal-injam.

Fgura — mina ż-żgħira - Passaġġ pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk tistax tiġi mistħarrġa t-talba ta’ ħafna nies u anke tal-Kunsill Lokali ta’ Bormla sabiex il-mina ż-żgħira li tagħti għall-Fgura tinfetaħ għall-passaġġ pubbliku u hekk jitneħħa l-periklu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-proposta qed tiġi mistħarġa biex wieħed ikun jista jevalwa jekk hemmx opportunitajiet ta’ konnessjonijiet pedonali u dan wara li jiġu kkonsultati Stakeholeders varji, bħal fost l-oħrajn is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali.

Baċir numru wieħed – Ħġieg miksur

Question

Jista’ l-Ministru jara jekk hux ta’ periklu l-ħġieġ miksur li hemm fl-art tal-pont li hemm f’Baċir numru wieħed?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ħġieġ miksur li hemm fl-art tal-pont f’Baċir numru wieħed mhux ta’ periklu. Infurmat ukoll illi bħalissa Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qiegħed fil-proċess sabiex jikseb kwotazzjonijiet mingħand kuntratturi bil-kompetenza neċessarja biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni.

Bormla — ‘One hour parking’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk żoni fil-lokalità ta’ Bormla jistgħux jiġu kkunsidrati sabiex fihom ikun hemm ‘one hour parking’?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta tkun tista’ tagħmel evalwazzjoni għal timed parking bays f’każ ta’ talba mill-kunsill lokali.

Taħrikiet fuq tipjip f’postijiet ipprojbiti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm taħrikiet fuq tipjip f’postijiet ipprojbiti matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ taħrikiet relatati ma’ tipjip f’postijiet ipprojbiti bejn Jannar 2019 u t-12 ta’ Ottubru 2023, maqsuma sena b’sena, huma kif jidhru fit-tabella hawn taħt: 2019 2020 2021 2022 Jan - Oct/2023 1218 342 159 125 415

First-time buyers – Flus li ġew iffrankati mill-ħlas ta’ taxxa tal-boll

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew iffrankati flus mit-tnaqqis tal-ħlas tat-taxxa tal-boll għall-first-time buyers mis-sena 2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-flus li ġew iffrankati mit-tnaqqis tal-ħlas tat-taxxa tal-boll għall-first-time buyers mis-sena 2014 sa l-aħħar ta’ Settembru 2023 kien skont it-tabella t’hawn taħt: Sena Flus iffrankati 2014 €9,238,958.81 2015 €9,778,480.13 2016 €8,543,088.25 2017 €9,262,552.50 2018 €9,141,655.81 2019 €10,544,578.99 2020 €12,604,972.05 2021 €22,464,094.75 2022 €20,441,667.48 2023 €9,766,624.49

Second-time buyers – Flus li ġew iffrankati mill-ħlas ta’ taxxa tal-boll

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew iffrankati flus mit-tnaqqis tal-ħlas tat-taxxa tal-boll għas-second-time buyers mis-sena tat-tnedija tagħha sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-flus li ġew iffrankati mit-tnaqqis tal-ħlas tat-taxxa tal-boll għas-second-time buyers mis-sena tat-tnedija tagħha sal-aħħar ta’ Settembru 2023 kien kif ġej: Sena Flus iffrankati 2018 € 685,813.34 2019 € 877,364.01 2020 € 666,073.76 2021 € 237,353 2022 € 175,325 2023 € 273,157

UCA — Flus li ġew iffrankati mill-ħlas ta’ taxxa tal-boll

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew iffrankati flus mit-tnaqqis tal-ħlas tat-taxxa tal-boll fuq proprjetà f’Urban Conservation Area (UCA) mis-sena li ġiet imnedija sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-flus li ġew iffrankati mit-tnaqqis tal-ħlas tat-taxxa tal-boll fuq proprjetà f’Urban Conservation Area (UCA) mis-sena li ġiet imnedija sal-aħħar ta’ Settemru 2023 huwa kif ġej: Sena Flus iffrankati 2016 € 2,787,485.01 2017 € 1,805,265.67 2018 € 2,735,642.78 2019 € 3,292,805.46 2020 € 1,167,873.71 2021 € 762,477.50 2022 € 12,206,634.18 2023 € 11,817,051

Proprjetà f’Għawdex — Flus li ġew iffrankati mill-ħlas ta’ taxxa tal-boll

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew iffrankati flus mit-tnaqqis tal-ħlas tat-taxxa tal-boll għal min xtara proprjetà ġewwa Għawdex mis-sena li ġiet imnedija sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-flus li ġew iffrankati mit-tnaqqis tal-ħlas tat-taxxa tal-boll għal min xtara proprjetà ġewwa Għawdex mis-sena li ġiet imnedija sal-ahhar ta’ Settembru 2023 huwa kif ġej: Sena Flus iffrankati 2016 € 249,615.35 2017 € 2,376,223.41 2018 € 4,203,845.01 2019 € 5,508,182.34 2020 € 5,403,673.84 2021 € 8,437,117.50 2022 € 10,819,612.19 2023 € 5,564,816

Għajn Dwieli – Xogħlijiet pendenti mal-mina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma x-xogħlijiet pendenti mal-mina ta’ Għajn Dwieli?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet pendenti mal-mina ta’ Għajn Dwieli jinkludu xogħol minuri, l-installazzjoni tas-sistema tad-dawl, u aċċessorji oħra.