Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet bejn Jannar u Marzu 2008 fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Marzu ta' din is-sena, ingħataw 80 - il promozzjoni fid-dipartimenti u entitajiet li kienu u li wara t-8 ta' Marzu 2008 baqgħu jiffurmaw parti mill-Ministeru tiegħi.
Tajjeb jingħad li dawn il-promozzjonijiet ingħataw skond kif stipulat fl-Addendum għall-ftehim ta' l-1993 dwar l-impjegati fis-Servizz Pubbliku, kif ukoll li numru minn dawn il-promozzjonijiet ingħataw wara li sar eżami intern għal grad ta' Uffiċjal Eżekuttiv fl-2007.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw promozzjonijiet bejn Jannar u Marzu 2008 fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Promozzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet bejn Jannar u Marzu 2008 fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet bejn Jannar u Marzu 2008 fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ promozzjonijiet fid-dekasteru tiegħi fil-perijodu ndikat mill-Onor. Interpellant, eskluż dawk fid-Dipartiment ta’ l-Anzjani u Kura fil-Komunita’, kien ta’ 196.
Ninsab infurmat ukoll li tagħrif dwar id-Dipartiment imsemmi qed jinġabar u Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Promozzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet bejn Jannar u Marzu 2008 fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet bejn Jannar u Marzu 2008 fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għad-dipartimenti, kumpaniji, u entitajiet li numru minnhom qed jidhru taħt dan id-dikasteru minn Marzu l’hawn, hu kif ġej:
Jannar, Frar u Marzu – 106.
Il-proċess tagħhom ikun ilu xhur li nbeda
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 9, jista' l-Ministru jara li jitranġaw t-toroq użati minn vetturi kbar bħalma huma t-toroq arterjali Triq ix-Xatt u Triq it-8 ta' Diċembru, Bormla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw fondi lill-kunsilli lokali, lokal lokal matul is-sena 2007?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Billi l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għas-sena kalendarja 2007, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm ingħataw fondi l-Kunsilli Lokali, matul is-snin finanzjarji 2006-2007 u 2007-2008.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali, lokal lokal u jgħid x'kienu l-kontravenzjonijiet matul is-sena 2007, xahar b'xahar, u f'Jannar, Frar u Marzu 2008?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet bejn Jannar u Marzu 2008 fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet bejn Jannar u Marzu 2008 fid-dipartimenti, kumpaniji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ingħataw żewġ promozzjonijiet, fi gradi diplomatiċi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpanniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li matul Jannar ġew imjegati 41 persuna fuq bażi full time u 107 fuq bażi part-time, casual, supply jew on call.
Matul Frar ġew impjegati 21 persuna full- time u 72 fuq bażi part-time li jinkludu ħaddiema casual, supply, on call jew biex jgħallmu evening courses.
Matul Marzu ma ġewx impjegati persuni full-time, iżda 27 persuna fuq bażi part-time li jinkludu casual, supply jew biex jgħallmu evening courses.
Finanzi, Ekonomija u Investiment — Nies impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpanniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpanniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infrastruttura, Trasport u Edukazzjoni — Nies impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpanniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Riżorzi u Affarijiet Rurali — Nies impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpanniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li n-nies ġodda li ġew impjegati fid-dipartimenti kumpaniji u entitajiet oħra li llum jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008 kienu 44. Numru minn dawn il-ħaddiema kienu qed jimlew postijiet li sfaw battala matul iż-żmien.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpanniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li minn Jannar sa Marzu 2008 gew impjegati zewg impjegati godda fil-grad ta' Principal Agricultural Officer fid-dipartimenti li jaqghu taht il-Ministeru ghal Ghawdex.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal ix-xogħol fuq il-proġett imwiegħed ta' Dock Nru. 1? Jista' jgħid jekk għandux xi target date ta' meta se jibdew ix-xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa L-Environmental Impact Assessment li issottometta il-Konsorzju qiegħed jiġi evalwat mil-MEPA waqt li konsultazzjonijiet mal-Konsorzju għadhom għaddejjin. M'hemmx target date ta' meta se jibdew ix-xogħolijiet għal issa.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslet it-talba tar-residenti li joqogħdu fi Block G, Entratura B, Triq il-Qalb ta' Ġesu', Birgu, sabiex ikun installat lift?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ippreparat il-pjanta tal-pjan eżistenti u spezzjonat il-post, indikat mill-Onor. Interpellant, permezz tal-perit kif ukoll ta’ l-inġinier tagħha. L-Awtorita' qegħda tħejji d-dokumenti meħtieġa biex tissottometti l-applikazzjoni lill-MEPA għall-permess.