Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu mpjegati ġodda ma' l-entitajiet u korporazzjonijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Awissu sa Diċembru 2007, xahar b'xahar u skond il-grad?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-Ministeru ghal Ghawdex m'ghandux entitajiet jew korporazzjonijiet li jaqghu tahtu u ghalhekk ir-risposta hija fin-negattiv.
Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Impjegati ġodda
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu mpjegati ġodda ma' l-entitajiet u korporazzjonijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Awissu sa Diċembru 2007, xahar b'xahar u skond il-grad?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Infrastrattura, Trasport u Komunikazzjoni — Impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda ma' l-entitajiet u korporazzjonijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Awissu sa Diċembru 2007, xahar b'xahar u skond il-grad?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda ma' l-entitajiet u korporazzjonijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Awissu sa Diċembru 2007, xahar b'xahar u skond il-grad?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li minn Awissu 2007 sa Diċembru 2007 ma’ l-entitajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, daħlu jaħdmu mpjegati ġodda skond kif ġej:
Awissu
1
Executive Science & Technology Officer
1
Commuciations Officer
1
Research Analyst
1
Gas Engineer
2
Inspectors
Settembru
1
Head of Shift
Ottubru
1
Computer Hardware Technician
1
Laboratory Technician
1
Laboratory Technologist
1
Analyst I (Resource Efficiency
1
Project Officer (Economics)
Diċembru
2
IT Apprentice
TOTAL
14
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid x'inhi l-proċedura sabiex persuni ta' nazzjonalita' Ukrena jżuru Malta? Jista' jgħid ukoll jekk tingħatax attenzjoni partikolari jekk l-applikant/a jkollha xi membru tal-familja miżżewweġ/a Malti/ja?
Response (BORG, TONIO)
Il-proċedura li kienet tintuża sa Marzu ta' din is-sena biex persuni ta' nazzjonalita Ukrena jżuru Malta kienet li dawn japplikaw għall-viża għal Malta fil-Konsolat ta' l-Awstrija ġo Kiev, il-belt kapitali Ukrena.
Din il-proċedura m'għadhiex tintuża u flokha daħħalna proċedura li hi wkoll permessa mill-Ftehim Schenghen u li hi aktar effiċenti u ta' konvenjenza għall-viżitaturi Ukreni. Minn April ta' din is-sena, l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin permezz ta' l-ambaxxata ta' Malta f'Moska daħal bi ftehim ma' diversi aġenti ta' l-ivvjaġġar Ukreni sabiex dawn ikunu jistgħu jwasslu l-applikazzjonijiet ta' persuni ta' nazzjonalita Ukrena bil-passaporti b'kollox dirett fl-Ambaxxata Maltija ġo Moska. L-Ambaxxata Maltija, wara li jkun sar il-proċess meħtieġ, jibagħtu lura l-passaporti bil-viża mwaħħla fuqhom jew le, lura lill-aġenti ta' l-ivjaġġar.
Bħalma jiġri fi kwalunkwe applikazzjoni għal-viża, attenzjoni partikolari dejjem tingħata lil dawk l-applikanti li għandhom xi membru tal-familja f'Malta, wara li jsiru ċerti verifikazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba għal xogħlijiet taħt skema tal-HA bin-numru CR37/2007?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-perit, it-tekniċi u l-Occupational Therapist għamlu l-ispezzjoni u r-rapporti tagħhom u fil-jiem li ġejjin ser tintbgħat lista tax-xogħlijiet li hemm bżonn jsiru lill-persuna li qed tieħu ħsieb l-anzjana konċernata.
Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Reduced Hours
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema fid-dipartiment/entitajiet/korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma fuq reduced hours? Jista' jgħid hux jikkonsidra li jidħol/jew jiżdied n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu mid-dar bis-sistema teleworking? Xi trid tagħmel f'każ li persuna tkun interessata żżid is-sigħat tax-xogħol tagħha permezz ta' teleworking?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra:
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda ma' l-entitajiet u korporazzjonijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Awissu sa Diċembru 2007, xahar b'xahar u skond il-grad?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Awissu u Diċembru 2007 ġew impjegati 12-il persuna full time, persuna waħda part-time kif ukoll apprentist għal sentejn fuq skema ta’ l-ETC, fl-entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Impjegati ġodda
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda ma' l-entitajiet u korporazzjonijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Awissu sa Diċembru 2007, xahar b'xahar u skond il-grad?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li taħt il-Ministeru tiegħi ma hemmx entitajiet u korporazzjonijiet, allura r-risposta hija li ma ddaħħlu l-ebda mpjegati ġodda.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda ma' l-entitajiet u korporazzjonijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Awissu sa Diċembru 2007, xahar b'xahar u skond il-grad?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni hekk mitluba mill-Onor. Interpellant hija din li ġejja :
Ministeru għall-Politika Soċjali — Impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda ma' l-entitajiet u korporazzjonijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Awissu sa Diċembru 2007, xahar b'xahar u skond il-grad?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda ma' l-entitajiet u korporazzjonijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Awissu sa Diċembru 2007, xahar b'xahar u skond il-grad?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni reġistrati bħala b'diżabilita' li qegħdin fuq l-ewwel parti tar-reġistru tal-qgħad? Jista' jaqsamhom skond l-eta' u jgħid x'inhu jsir sabiex dawn jinstabilhom impjieg xieraq?
Response (DALLI, JOHN)
In-numru ta’ persuni reġistrati bħala persuni b’diżabilita’ li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru sa l-aħħar ta’ April 2008 kien ta’ 318 u 21 rispettivament. Huma maqsumin kif gej hawn taht;
Eta’
L-Ewwel Parti
It-Tieni Parti
Total
Taħt il-25 sena
72
5
77
Minn 25 sa 39 sena
113
10
123
Minn 40 sena ‘l fuq
133
6
139
Total
318
21
339
Wara li persuni isirilha ezami mediku sabiex jigi ccertifikat li l-persuni ghandha tigi meqjusa bhala persuna b’dizabilita, din tigi assessjata minn
Occupational Therapist
sabiex jigu identifikati l-hiliet tal-persuna.
Din il-persuna, imbaghad tghaddi ghand
Employment Advisor
apposta fi hdan is-
Supported Employment Section
, fejn isir il-‘
personal profiling
’ fejn il-persuna tghid x’inklinazzjonijiet ta’xoghol ghandha u bl-ghajnuna tal-Advisor jigu identifikati xoghlijiet li l-persuna tista’ tkun kompetenti fihom.
Hawnhekk jibda l-process propju tal-‘
matching
’ mal-‘
vacancies
’ li jkunu ghand l-ETC. F’dan l-istadju l-persuna tigi mhajjra wkoll taghmel xi korsijiet ta’tahrig immirati sabiex izzid il-hiliet taghha u b’hekk jitkattru c-cansijiet li persuna ma ddumx ma tidhol fis-suq tax-xoghol.
Fejn il-kaz ikun tali, l-persuna tidhol ghal dawn il-korsijiet ta’tahrig mal-kumplament tar-registranti. Fejn jigi identifikat li l-persuna jkolha bzonn tahrig specjalizzat, il-persuna tigi riferuta lil xi
NGO
li maghhom l-ETC ghandha ftehim ta’koperazzjoni. Ftehim tali jezistu mal-
Eden Foundation
u mar-
Ricmond Foundation
, fejn jigu riferuti persuni b’dizabilitajiet intellettwali u persuni b’mard mentali rispettivament.
Sabiex aktar
Employers
jigu mhajjra jaghtu cans ta’ prova fuq il-post tax-xoghol propju lill persuni b’dizabilita’, l-ETC thaddem skema maghrufa bhala ‘
Bridging the Gap’
. Fejn waqt dan il-perjodu ta’prova l-persuna tinghata ‘
allowance
’ ekwivalenti ghall 80% tal-paga minima nazzjonali minghand l-ETC, minghajr htiega minn naha tal-
Employer
li jidhol fl-obligazzjoni li normalment ikun marbut bihom meta jimpjega lil xi hadd.
Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti ta' slum clearance hemm ġewwa Bormla? Meta hu pprogrammat li jibda u eventwalment jitlesta x-xogħol u fiex jikkonsisti l-proġett?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li f’Bormla, l-Awtorita’ tad-Djar għandha ppjanat proġett ta’ slum clearance ta’ żewġ blokki mdawra minn Triq Santa Liena, Triq l-Irlandiżi, Triq Hanover u Triq San Mark. Dan il-proġett jikkonsisti fit-twaqqigħ ta’ bini eżistenti u l-l-bini ta’ 56 appartament u 56 garaxx ġdid.
Ninsab infurmat ukoll li bħalissa l-Awtorita’ qiegħda fil-fażi li talloka postijiet alternattivi lid-39 familja li jokkupaw il-postijiet li ser jitwaqqgħu. Qed jiġu ppreparati wkoll id-dokumenti meħtieġa, nkluż pjanti u sejħiet għall-offerti, biex isir dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid liema toroq f'Bormla, il-Birgu, l-Isla, il-Kalkara, ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar u l-Fgura se jsirilhom xi xogħol (u jispeċifika x'inhu fejn hu l-każ) matul is-sena 2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Inerpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tara x'inhi l-possibbilta' li timtela' u tingħata t-tarmac ir-rokna li tkissret fil-ground ta' l-iskola primarja ta' Bormla li qed isservi ta' miżbla? X'kienet ir-raġuni għaliex ittieħdet din il-parti minn dan il-ground?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ground li qed issir referenza għalih mhux proprjeta’ ta’ l-iskola. L-iskola għandha biss aċċess għalih waqt il-breaks. Il-Kunsill Lokali jkun f’pożizzjoni li jagħti informazzjoni aktar preċiża. Il-Kulleġġ ikun minn ta’ l-ewwel li japprezza jekk il-kantuniera msemmija titnaddaf.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-kuntratt tal-Marina tal-Kottonera hemmx klawsola li tippermetti li boat owners ta' Bormla, il-Birgu u l-Isla (b'mod separat) jagħmlu użu mill-pontoons għal ħlas nominali? Jekk fl-affermattiv, kemm hu n-numru għal kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Kif jaf l-Onor. Interpellant, il-kuntratt li qed jirreferi għalih hu dokument pubbliku u għalhekk l-informazzjoni li qed jitlob tista' tinkiseb liberalment minn hemm.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fil-kuntratt tal-Marina tal-Kottonera hemmx klawsola li tippermetti li boat owners ta' Bormla, il-Birgu u l-Isla (b'mod separat) jagħmlu użu mill-pontoons għal ħlas nominali? Jekk fl-affermattiv, kemm hu n-numru għal kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 755.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi ġodda, xahar b'xahar, matul is-sena 2007 u ta' liema ditta kienu u ta' kemm iċ-ċilindraġġ? Kemm inġabru flus fl-istess perjodu bħala registration tax?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant li, rigward importazzjoni ta' karozzi ġodda jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ninsab infurmat li minn karozzi ġodda, matul is-sena 2007 inġabru €32,888,965 f'registration tax.