Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu l-qorti matul is-sena 2007 sal-lum fuq użura?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 9 persuni fuq akkużi relatati ma' usura, filwaqt li matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena tressqu 2.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti matul is-sena 2007 sal-lum fuq prostituzzjoni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra, kien hemm 58 persuna li tressqu l-Qorti fuq akkużi ta’ tlajjar għal skop ta’ prostituzzjoni, filwaqt li matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kien hemm 27 persuna.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jiftaħ xi open centre ieħor għall-immigranti rregolari u jekk fl-affermattiv jgħid fejn tinsab din il-lokalita'?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Il-Gvern qiegħed f'diskussjonijiet biex post f' Sta Venera jiġi kkonvertit f'ċentru miftuħ bil-għan li jkun jista' jilqa' fih familji u persuni vulnerabbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru investigazzjonijiet mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali matul is-sena 2007 fuq abbużi minn benefiċċji? Kemm-il każ ta' abbuż instab u x'kienet id-deċiżjoni fuq dawn il-każi?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn skejjel li għandhom ground tal-football b'wiċċ sintetiku? Tista' tgħid jekk, f'kull każ, isirx użu minnhom wara l-ħinijiet ta' l-iskola? Jekk fl-affermattiv, min jagħmel użu minnhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-iskejjel li għandhom ground tal-football bil-wiċċ sintetiku huma kif jidhru fil-lista t’hawn taħt.
Il-lista mehmuża turi liema minn dawn il-
grounds
isir użu minnhom wara l-ħin ta’ l-iskola, u minn min.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn skejjen/laneċ tas-sajd f'pajjiżna maqsuma skond id-daqs?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li f’Malta hawn irreġistrati skejjen/laneċ tas-sajd skond kif ġej:
Taħt is-6 metri
520
Bejn 6 metri u 7.99 metri
327
Bejn 8 metri u 11.99 metri
167
Bejn 12 -il metru u 14.99 metri
38
Iżjed minn 15 -il metru
57
Total
1109
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' tfal li għamlu l-aħħar eżami (May 2008) tal-Junior Lyceum maqsumin lokal b'lokal? Tista' tgħid kemm għaddew lokal b'lokal u skond is-suġġetti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni fuq in-numru ta’ tfal li għamlu l-aħħar eżami (May 2008) tal-Junior Lyceum maqsumin lokal b’lokal .
Tagħrif dwar in-numru ta’ kemm għaddew lokal b’lokal u skond is-suġġetti jingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' studenti li hemm, lokal b'lokal fl-iskejjel tal-Kottonera u Zabbar, sena b'sena (klassi)? Kemm hu n-numru ta' għalliema f'kull skola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ġnien (li fil-passat kien ċimiterju) magħluq, li jinstab fi Triq il-Ġublew tal-Fidda, Bormla hux mikri lil xi ħadd? X'użu qed isir minnu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-possibilita' li r-rokna tal-ground ta' l-iSkola Primarja ta' Bormla li hemm imkissra, tkun tista' timtela'? X'kienet ir-raġuni għaliex din kienet tkissret?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li r-rokna tal-ground li għaliha hemm referenza fil-mistoqsija ma tiffurmax parti mill-iskola Primarja ta’ Bormla. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi permezz tal-Kulleġġ Santa Margerita m’għandhom mibdi l-ebda proġett f’din il-parti li qed issir referenza għaliha.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min hu responsabbli mill-manutenzjoni tal-ġnien a) Kottonera u b) Sta Margerita? Jista' jara li jinqata' l-ammont kbir ta' ħaxix ħażin li hemm, u jinbidlu l-bozoz maqtugħin li hemm?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ġnien Kottonera
Ninsab infurmat li r-responsabbiltà tal-manutenzjoni ta' dan il-Ġnien fil-preżent hija tal-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.
F'dan ir-rigward l-uffiċjal inkarigat ser jiġi mitlub li jispezjona s-sit ħalli jara x'hemm bżonn isir biex isir ix-xogħol li hemm bżonn.
Ġnien Santa Margerita
Ninsab infurmat ukoll li l-manutenzjoni tal-Ġnien Santa Margerita taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali. Il-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali għaddej b’ħidma sabiex id-dwal ta’ dan il-Ġnien jinxtegħlu.
Jista' l-Ministru jara li ssir reviżjoni tal-pensjoni tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha, jew iċċempel SPIC fuq freephone 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list ta' persuni biex jidħlu fil-home ta' Bormla? Jista' jaqsamhom skond high priority, priority u not urgent?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-waiting list ta' persuni biex jidħlu fil-home ta' Bormla hija ta' 152 li hija mqassma hekk :-
37 - high priority
23 - low priority
58 - sarilhom assessment mis-social worker u qed jistennew biex l-admission board jara l-applikazzjoni
14 - qed jistennew li jmur is-social worker
20 - kienu applikaw qabel l-2006 u meta ġew mitluba permezz t'ittra, biex jikkonfermaw l-interess tagħhom, id-Dipartiment ma rċieva l-ebda risposta. Id-Dipartiment qed jagħmel tentattiv biex jagħmel kuntatt ma' dawn il-persuni permezz tat-telephone.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet t-talba għal pensjoni tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, wara li żewġha ilu fuq sena li miet?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha, jew iċċempel SPIC fuq freephone 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.