B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari W2 fejn staqsejt lill-Ministru dwar xogħol ta' titjib fi Triq Santa Liena Bormla, u r-risposta tal-Minstru fejn irreferieni għat-tweġiba li tani f'mistoqsija parlamentari W1, nixtieq li l-Ministru jivverifika peress li dawn huma żewġ toroq differenti, u allura nerġa nistaqsi lill-Minsitru: Meta ser isir ix-xogħol fuq Triq Santa Liena, Bormla, triq li ilha xhur li beda x-xogħol fiha, u t-trabijiet kbar li hemm qed ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Bormla — Pjazza Santa Margerita - Multi Storey Car Park
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi progress dwar il-proġett tal-Multi Storey Car Park fi Pjazza Santa Margerita Bormla? Jista' jgħid x'inhu dan il-progress wara tant snin ta' stennija?
Jista' il-Ministru jgħid kemm tqassmu fondi mill-Good Causes Fund minn Jannar 2008 sal-lum? Jista' jgħid min ibbenefika minnhom, x'kienet is-somma u r-raġuni għaliex ingħatat din is-somma?
Finanzi, Ekonomija u Investiment — Nies impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fid-dipartimenti, kumpanniji u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid liema toroq f'Bormla, il-Birgu, l-Isla, il-Kalkara, ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar u l-Fgura se jsirilhom xi xogħol (u jispeċifika x'inhu fejn hu l-każ) matul is-sena 2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fl-aħħar ġranet il-Gvern Ċentrali ħadem fuq il-bini mill-ġdid ta’ Triq San Lawrenz fil-Birgu u ser isir xogħol fuq dawn it-toroq:-
Hamlet Access Road – Kalkara Triq ix-Xilep, Fgura
N/S in Triq il-Knisja, Xgħajra Triq is-Sur, Fgura - water culvert
Triq Kolu Vella, Xgħajra Triq P Sciberras, Zabbar
Triq l-Awrat, Xgħajra Triq Hadd in-Nies, Zabbar
Triq il-Fabbriki, Xgħajra T/G fi Triq Hadd in-Nies, Zabbar
Triq il-Grottli, Xghajra Triq l-Istellarju, Zabbar
Sqaq Qaccawiet, Xghajra
Sqaq il-Grawnd, Xghajra
Triq Dwardu Ellul, Xghajra
p/o Triq il-Fortizza tal-Grazzja, Xghajra
Dawn ix-xogħlijiet jikkonsistu fi tqegħid ta’ servizzi ġodda, kostruzzjoni ta’ bankini, skavar, bini w asfaltar tat-triq.
Ta’ min iżid li x-xogħlijiet konnessi mal-Hamlet tal-Kalkara jinkludu bini ta’ ħajt solidu ta’ lqugħ. Dan ix-xogħol se jinbeda hekk kif jitlesta l-proċess ta’ espropjazzjoni ta’ l-art.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm berths f'kull marina li nsibu f'Malta u f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta rmiġġi provduti minn yacht marinas ġewwa Malta u Għawdex huwa kif ġej:-
Portomaso 110
Manoel Island Marina 400
Grand Harbour Marina 250
Msida / Ta’Xbiex Yachting Centres 791
Mgarr Marina 204
Total 1755
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' studenti li għaddew mill-eżami tal-Junior Lyceumf'Mejju li għadda, maqsuma skond l-iskejjel (tal-Gvern għalihom u l-oħrajn għalihom), u skond il-lokalità? Jista', jekk hu possibli, jgħid x'kienu r-riżultati li ġabu l-istudenti għall-istess skejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati tal-Malta Enterprisemaqsumin skond il-grad? Jista' jagħti break-down tal-ħaddiema maqsumin bejn min qala' sa €15,000, sa €30,000, sa €40,000 jew aktar, għas-sena 2007?
Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta' djar/appartamenti quddiem l-Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent ? Kemm hi l-aktar waħda antika?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-ġibjun li hemm f'Santa Liena, Bormla, hux responsabbilità tal-Kunsill Lokali ta' Bormla jew tal-Gvern Ċentrali? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li kulmin ifettillu jista' jmur u jiġbed l-ilma għal ġol-bowser mingħajr kontroll? Jista' jgħid jekk hemmx xi kontrolli sanitarji fuq dan l-ilma, li fl-akbar probabilità qed jinbiegħ għall-konsum domestiku?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabar il-Gvern minn sisa fuq petrol u diesel matul is-sena 2007 xahar b'xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella li turi d-dazju li tħallas mill-Enemalta matul is-sena 2007 fuq petrol u diesel, kull xahar kemm bl-Ewro u kemm bil-liri Maltin.
Kunsill Lokali għall-Isport — Faċilitajiet sportivi
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-faċilitajiet sportivi li huma taħt ir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali għall-Isport?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-faċilitajiet sportivi li huma direttament taħt il-Kunsill Malti għall-iSport huma:
Kumpless Sportiv Cottonera
Kumpless Sportiv Marsa
Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq
Tal-Qroqq Fitness Centre
Faċilita` Sportiva tal-Kulleġġ San Benedittu wara l-ħin ta’ l-iskola u fil-weekend.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema barranin li kien hemm jaħdmu fit-Tarzna tul is-sena 2007, xahar b'xahar u skond in-nazzjonalita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni huwiex imħasseb u inkwetat wara li għal sena oħra reġa' kien hemm riżultati negattivi fl-eżamijiet tal-Junior Lyceum fil-Kottonera? Tista' tgħid hemmx xi pjan biex dan il-livell fl-edukazzjoni tat-tfal tagħna jogħla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Naċċerta lill-Onorevoli Interpellant li bħala Ministru responsabbli mill-Edukazzjoni inkun dejjem imħassba u nkwetata kull meta xi studenti jaqgħu lura u ma jiksbux ir-riżultati mixtieqa.
Dwar il-Kottonera, infurmata li qed jinħadem pjan strateġiku edukattiv għall-Kulleġġ Santa Margerita bil-ħsieb li jissaħħu il-prattiċi edukattivi biex ħadd ma jaqa’ lura.