Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Donazzjonijiet lill-għaqdiet sportivi
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn (2007/2008) ingħataw donazzjonijiet mill-Ministeru lill-għaqdiet sportivi? Liema kienu dawk l-għaqdiet li bbenefikaw minnhom? X'kien l-ammont f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2007 il-Ministeru għadda s-somma ta' € 9317.49 (Lm 4,000) lill-Luxol Sports Club hħala għajnuna biex saru ċ-ċelebrazzjonijiet tal-EU dwar is-50 sena mit-Trattat ta' Ruma.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Donazzjonijiet lill-għaqdiet sportivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn (2007/2008) ingħataw donazzjonijiet mill-Ministeru lill-għaqdiet sportivi? Liema kienu dawk l-għaqdiet li bbenefikaw minnhom? X'kien l-ammont f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għat-twegiba parlamentari li tajt u li ġġib in-numru 2114.
Ministeru għall-Polotika Soċjali — Donazzjonijiet lill-Għaqdiet Sportivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn (2007/2008) ingħataw donazzjonijiet mill-Ministeru lill-għaqdiet sportivi? Liema kienu dawk l-għaqdiet li bbenefikaw minnhom? X'kien l-ammont f'kull każ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li ma jirriżultax li f’dawn l- aħħar sentejn (2007/2008) ingħataw donazzjonijiet mill-Ministeru lill-għaqdiet sportivi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabret VAT minn bejgħ ta' biljetti għall-attivitajiet sportivi matul is-sena 2007? Minn liema dixxiplini sportivi nġabru?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux l-informazzjoni mitluba fis-sistema tieġħu, għaliex il-figuri ta’ VAT rappurtati minn għaqdiet sportivi jinkludu wkoll ammonti oħra ta’ VAT miġbura fuq attivitajiet oħra li huma rraportati flimkien f’kaxxa waħda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fid-Dipartiment tal-VAT maqsuma skond il-grad?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fid-Dipartiment tal-VAT hemm jaħdmu 138 persuna. Dawn huma mqassma fi gradi kif spjegat hawn taħt:
Director General 1
Director 3
Assistant Director 6
Principal 22
PRO 1
Assistant Principal 20
Programmer II (IT) 1
Officer i/c Minor Staff 1
Executive Officer 17
Senior Clerk 32
Senior Customs Assistant 1
Senior Postperson 4
Clerk 13
Other Industrial Grades 7
Mail Inspector 1
Mailing Officer 1
Group III 3
Casuals/Part-timers/Trainees 2
On loan/Contract 2
138
Kumpless Sportiv tal-Kottonera — Użu minn organizzazzjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm organizzazzjonijiet li qed jużaw il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera? Liema huma dawn l-organizzazzjonijiet? X'inhu l-ħlas, jekk hu l-każ, li hu mitlub sabiex jintuża?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Kunsill Malti għall-iSports — Flus miġbura minn kirjiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm inġabru flus mill-Kunsill Malti għall-iSports għall-kirjiet li jeżistu mal-għaqdiet sportivi matul is-sena 2007?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li matul is-sena 2007, l-ammont ta’ flus li nġabru minn kirijiet ma’ l-għaqdiet sportivi kien kif ġej:
Ħlas ta’ kiri/użu tal-faċilitajiet
€66,932.00
Ħlas fuq ċens /kera ta’ artijiet
€186,752.00
Total
€253,684.00
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi second hand matul din is-sena, maqsuma skond iċ-ċilindraġġ u l-pajjiż ta' l-oriġini? Jista' jgħid ukoll kemm inġabret registration tax f'dan l-istess perijodu għal dawn il-karozzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ karozzi second hand importati matul din is-sena, maqsuma skond ic-cilindraġġ u l-pajjiz ta' l-origini maħduma mill-1 ta’ Jannar 2008 sa 26 ta’ Settembru 2008.
Ninsab infurmat li nġabar l-ammont ta’ €14,738,155.50 f’
registration tax
f'dan l-istess perjodu għal dawn il-karozzi.
Din it-tweġiba ġiet ikkoreġuta bid-dokument Nru. 1375 li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta 69 tat-13 ta' Jannar 2009.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabret registration tax matul din is-sena minn fuq karozzi ġodda? Jista' jgħid kemm ġew importati karozzi ġodda matul l-2008, maqsuma skond iċ-ċilindraġġ u l-pajjiż tal-oriġini?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' karozzi ġodda mpurtati matul din is-sena, maqsuma skond iċ-ċilindraġġ u l-pajjiż ta' l-oriġini maħduma mill-1 ta' Jannar 2008 sa 26 ta' Settembru 2008.
Ninsab infurmat li nġabar l-ammont ta' Eur 23,145,775.30 f'registration tax f'dan l-istess perjodu għal dawn il-karozzi.
Tista' l-Ministru tgħid x'għajnuna qed tingħata lill-għaqdiet sportivi sabiex ikunu jistgħu jsiru testijiet tal-anti-doping? Liema huma dawk id-dixxiplini sportivi li qed ikunu megħjuna u x'inhi l-għajnuna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kunsill Malti għall-iSport, taħt l-iskema tiegħu Doping Assistance, ta din l-għajnuna lil dawn l-entitajiet:
Entita’
Skop
Ammont f’Assistenza
Kunsill Malti għall-iSport
Twaqqif ta’ Doping Unit
EUR 16,958.00
Malta Amateur Athletic Association
Testijiet kontra d-Doping
EUR 2,096.44
Malta Football Association
Testijiet kontra d-Doping
EUR 18,634.99
Malta Triathlon Association
Testijiet kontra d-Doping
EUR 745.40
Malta Weightlifting Association
Testijiet kontra d-Doping
EUR 1,164.69
Total
EUR 39,599.52
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xi progress fuq il-proġett għall-post fejn illum hemm il-groundPace Grasso? Tista' tgħid fiex jikkonsisti dan ix-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-proġett imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari jaqa’ taħt il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm tqassmu flus matul is-sena 2008 lill-għaqdiet sportivi? Kemm ħadet kull għaqda u għal liema skop ingħataw dawn il-fondi? Tista' tgħid jekk kienx hemm talbiet għall-għajnuna li ġew rifjutati? Tista' tgħid liema huma u r-raġunijiet wara dan ir-rifjut?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li ser jingħataw wiċċ ġdid fit-Tieni Distrett Elettorali? Jista' jgħid ukoll jekk għandux informazzjoni dwar liema toroq ser isiru mill-kunsilli lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 725. Barra minn hekk qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta' toroq li jridu jsiru mill-ADT fit-Tieni Distrett Elettorali.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru konċernat.
Impjieg lil persuni li jkunu skontaw sentenza fil-Faċilita Korrettiva ta' Kordin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni, li kienu għadhom kemm skontaw xi sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, li nstabilhom xogħol matul din is-sena? Jista' jgħid jekk hemmx xi skemi (u jgħid liema huma) li qegħdin hemm sabiex dawn il-persuni jerġgħu jintegraw fid-dinja tax-xogħol?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi d-detenuti ġewwa l-Faċilita` Korrettiva ta’ Kordin, grazzi għall-għajnuna ipprovduta minn entitajiet bħalma huma l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi u oħrajn, għandhom l-opportunita` li, fuq bażi volontarja, isegwu korsijiet ta’ taħriġ f’dawn il-mestieri:
Shutter Frame Work
Welding MMA ( Manual Metal ACC)
Introduction to Pipe Welding Malta Shipyards
Spray Painting (vehicles)
Food Preparation & Culinary Arts
Food Handling Cat. A & B
Electrical services level 1,2,3, ( City & Guilds) (diskussjonijiet dwar dan il-kors għadhom mhux konklużi).
Dawn il-korsijiet jingħataw bl-iskop li jgħinu lid-detenuti jerġgħu jintegraw fid-dinja tax-xogħol. Barra minn dan, id-detenuti jingħataw il-permess li jibdew ifittxu x-xogħol tliet xhur qabel ma jkunu skontaw is-sentenza.
Statistika dwar in-numru ta’ dawk li jkun sabu xogħol wara li jkunu nħelsu mill-Faċilita` Korrettiva ma tinżammx.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda ma' l-entitajiet u korporazzjonijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Awissu sa Diċembru 2007, xahar b'xahar u skond il-grad?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra:
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru investigazzjonijiet mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali matul is-sena 2007 fuq abbużi minn benefiċċji? Kemm-il każ ta' abbuż instab u x'kienet id-deċiżjoni fuq dawn il-każi?
Response (DALLI, JOHN)
L-entita` li tinvestiga abbużi minn benefiċċji maħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali hi d-Direttorat (Frodi ta’ Benefiċċji u Investigazzjoni). Ninsab infurmat li, matul is-sena 2007, dan id-Direttorat ikkonkluda l-investigazzjonijiet fuq 1,444 każ.
Ninsab infurmat ukoll li minn dawn il-każijiet instab li 1,045 kienu qegħdin jitħallsu l-benefiċċji bi ksur tal-provvedimenti ta’ l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali u ttieħdu l-passi biex id-Diviżjoni tas-Sigurta` Soċjali twaqqaf il-pagament fejn dan kien għadu għaddej u kull ħlas żejjed li sar jinġabar.
Peress li issa għandna l-infurzar tal-liġi dwar is-sidien ta' klieb li jħamġu fit-toroq, jista' l-Ministru jgħid jekk din l-istess liġi tgħoddx għaż-żwiemel ukoll? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm kien hemm taħrikiet fuq ħmieġ magħmul minn żwiemel?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi r-regolamenti dwar il-kontroll tal-klieb li għamel referenza għalihom l-Onorevoli Interpellant ma japplikawx għaż-żwiemel.
Ir-reat dwar ħmieġ magħmul minn żwiemel huwa stabbilit fl-Art. 4 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 435.63, partikolarment ir-regolament (e) taħt l-ewwel Skeda.
Din is-sena tressqu ħames persuni b'konnessjoni ma' dan ir-reat.