Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żabbar — Triq Girdle - Xogħlijiet

Question

Peress li ftit tax-xhur ilu saret mill-ġdid parti mit-Triq Girdle, Żabbar, liema triq illum saret tintuża ħafna, jista' l-Ministru jikkunsidra li l-komplament tat-triq tinagħata dik l-attenzjoni li għandha bżonn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li li din it-triq tagħmel parti mill-proġett tal-bini ta’ Triq Ġdida għal Smart City. Huwa ppjanat li x-xogħlijiet isiru matul is-sentejn li ġejjin.

Kottonera — Riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena kemm ingħata fondi l-kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera, sa mit-twaqqif tiegħu? X'kienu l-proġetti kollha li saru tul dan iż-żmien? Xi proġetti hemm programmati għax-xhur li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #2691 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kottonera — Gallariji

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk operaturi u gallarijiet tal-aluminium mhux permessi fil-Kottonera, lanqas jekk ikunu lewn l-injam? Kemm kien hemm każi t'abbuż simili matul din l-aħħar sena u xi jkun ir-rimedju mitlub f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MCAST — Korsijiet bla ħlas

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li persuni li jirreġistraw għax-xogħol u jiddeċiedu li jieħdu il-kors mal-MCAST fil-Fire Fighting, First Aid u Servival Techniques qed jintalbu ħlas? Min hu ntitolat li jieħu dawn il-korsijiet bla ħlas?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-korsijiet kollha part-time jirrikjedu ħlas. L-MCAST joffri żewġ konċessjonijiet biss, studenti tal-MCAST iħallsu 50% tat-total u studenti anzjani, jiġifieri dawk li għandhom karta anzjan, iħallsu biss 25% tat-total. Infurmata wkoll li għal dawk li jirreġistraw għal-korsijiet, normalment wara li jħallsu, jirreferu lill-ETC u huwa fid-diskrezzjoni tagħhom jekk dawn jingħatawx il-ħlas lura li jkunu ħallsu.
Leg 11 PQ #2694 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija f'kull għassa skond il-grad

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' pulizija maqsuma skond il-grad li nsibu f'kull għassa f'Malta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhix il-prassi li jiġi ppubblikat tagħrif hekk dettaljat dwar l-operat tal-Korp tal-Pulizija.

Malta Enterprise — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati tal-Malta Enterprisemaqsumin skond il-grad? Jista' jagħti break-down tal-ħaddiema maqsumin bejn min qala' sa €15,000, sa €30,000, sa €40,000 jew aktar, għas-sena 2007?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi kif jidher hawn taħt: Malta Enterprise staff complement as at today Grade No. of Employees CEO 1 Chief Officers 3 Heads 18 Managers 30 Senior Executives 18 Executives 17 Support Officers 5 Messengers/Drivers 3 Housekeeper 1 Total Employees 96 Fis-sena 2007 mal-Malta Enterprise kien hemm 100 impjegat u kienu maqsumin hekk: Min qala' sa €15,000 Min qala' sa €30,000 Min qala' sa €40,000 12Min qala’ aktar minn €40,000 6 (LM 6,440) (LM 12,880) (Lm 17,172) 13 69 TOTAL 100
Leg 11 PQ #2455 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Donazzjonijiet lill-għaqdiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn (2007/2008) ingħataw donazzjonijiet mill-Ministeru lill-għaqdiet sportivi? Liema kienu dawk l-għaqdiet li bbenefikaw minnhom? X'kien l-ammont f'kull każ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-perijodu indikat ma sarux donazzjonijiet mill-Ministeru lill-għaqdiet sportivi kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Donazzjonijiet għall-għaqdiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn (2007/2008) ingħataw donazzjonijiet mill-Ministeru lill-għaqdiet sportivi? Liema kienu dawk l-għaqdiet li bbenefikaw minnhom? X'kien l-ammont f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma ngħatawx donazzjonijiet mill-Ministeru tiegħi lill-għaqdiet sportivi f'dawn l-aħħar sentejn.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Donazzjonijiet lill-għaqdiet sportivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn (2007/2008) ingħataw donazzjonijiet mill-Ministeru lill-għaqdiet sportivi? Liema kienu dawk l-għaqdiet li bbenefikaw minnhom? X'kien l-ammont f'kull każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2459 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Donazzjonijiet lill-għaqdiet sportivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn (2007/2008) ingħataw donazzjonijiet mill-Ministeru lill-għaqdiet sportivi? Liema kienu dawk l-għaqdiet li bbenefikaw minnhom? X'kien l-ammont f'kull każ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Propjetà ta' għaqdiet sportivi — Xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm sar xogħol fi propjetà ta' għaqdiet sportivi tul dawn l-aħħar sentejn (2007/8)? Liema kienu dawk l-għaqdiet li bbenefikaw minn dan, x'kien ix-xogħol u kemm qam f'kull każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Good Causes Fund

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu fondi mill-Good Causes Fund lill-għaqdiet/soċjetajiet matul is-sena 2007 u Jannar, Frar, Marzu 2008 xahar b'xahar? Lil min ingħataw f'kull każ u għal liema kawża? Jista' jgħid jekk f'kull każ saritx investigazzjoni u jekk kull xogħol li għalih ingħataw il-fondi sarx verament? Xi prova intalbu, u jekk hemmx każi fejn il-fondi ntefqu mhux għall-kawża oriġinali?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi lista sħiħa ta’ l-Organizzazzjonijiet li bbenefikaw minn fondi mill-Fond għall-Kawżi Ġusti xahar b’xahar qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Kumitat għall-Fond tal-Kawżi Ġusti ħa ħsieb illi l-fondi li ngħataw dejjem tqassmu skond il-proġett propost fl-applikazzjoni. Għal dan il-għan intalbu rċevuti fiskali jew dokumenti oħra relevanti li rriflettew l-implimentazzjoni ta’ l-istess proġetti. Ma jirriżultax illi kien hemm xi każ fejn il-fondi ma ntefqux għall-iskop propost mill-organizzazzjonijiet li applikaw għalihom.

Chairman ta' l-ME/MIP

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pakkett (salarju u benefiċċji oħra) li ngħata liċ-chairman il-ġdid kemm tal-M.E, kif ukoll tal-M.I.P. separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-pożizzjoni ta’ Chairman tal-Malta Enterprise (Kategorija A) u dik ta’ Chairman tal-Malta Industrial Parks (Kategorija B) huma okkupati t-tnejn mill-istess individwu. F’dan il-każ il-ħlas ikun dak ta’ Chairman ta’ Korporazzjoni f’Kategorija A biss cioè €16,305.10, filwaqt illi hu intitolat għal użu ta’ karozza uffiċjali.
Leg 11 PQ #2427 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta' djar/appartamenti quddiem l-Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent ? Kemm hi l-aktar waħda antika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li sabiex l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tagħti l-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant jeħtieġ ħafna ħin u riżorsi. Sakemm ma jkollhiex raġuni ta’ l-utilità ta’ din l-informazzjoni, ma narax li għandna naħlu r-riżorsi tagħha dan il-mod. Bħala indikazzjoni ġenerali l-Awtorità għandha quddiema 4716 applikazzjoni attivi validi għall-ewwel deċiżjoni, l-aktar waħda antika minnhom ġiet reġistrata fuq is-sistema ta’ l-informatika ta’ l-Awtorità fit-3 ta’ Frar tas-sena 1993 u li l-proposta tagħha hija Construction of Terraced Bungalows.
Leg 11 PQ #2428 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Minor amendments

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet ta' minor amendments quddiem l-Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti ghal minor amendments quddiem l-Awtorita' Maltija ghall-Ippjanar u l-Ambjent huwa tlett mija u tmenin (380).
Leg 11 PQ #2449 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar San Luqa — Pazjenti u Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti fl-iSptar San Luqa u għal liema kondizzjoni huma miżmuma hemm? Jista' jgħid ukoll kemm hu n-numru ta' impjegati tad-Dipartiment tas-Saħħa li qed jirrapurtaw għax-xogħol fl-iSptar San Luqa maqsumin skond il-grad?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar , tweġiba tingħata f xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #2450 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pazjenti fuq il-waiting list

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' pazjenti fuq il-waiting list sabiex: a) jitteħdilhom l-MRI b) issirilhom operazzjoni tal-cruscade ċ) issirilhom operazzjoni tal-hip replacement d) issirilhom operazzjoni tal-cartilage?

Response (DALLI, JOHN)

Informat hekk : Procedura / Intervent Nru ta’ pazjenti fuq il- waiting list MRI Scan 1,801 Anterior Cruciate Repair 305 Total Hip Replacement 626 Arthroscopy Knee 3,545
Leg 11 PQ #2451 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju ta' Prim Ministru — Donazzjonijiet lill-għaqdiet sportivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn (2007/2008) ingħataw donazzjonijiet mill-Ministeru lill-għaqdiet sportivi? Liema kienu dawk l-għaqdiet li bbenefikaw minnhom? X'kien l-ammont f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant it-tabella mehmuża ma’ din it-tweġiba.