Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #2936 Sitting 48 2008-11-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qbid ta' droga fl-ajruport

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga fl-ajruport matul is-sena 2008? Jista' jgħid x'tip ta' droga kienet u kemm kienu l-ammonti? Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar? Ta' liema nazzjonalita' kienu l-persuni li nqabdu f'kull każ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant qed jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2691 Sitting 47 2008-11-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kottonera — Gallariji

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk operaturi u gallarijiet tal-aluminium mhux permessi fil-Kottonera, lanqas jekk ikunu lewn l-injam? Kemm kien hemm każi t'abbuż simili matul din l-aħħar sena u xi jkun ir-rimedju mitlub f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li restawr, tiswijiet, bdil jew proposti ġodda fiż-Żoni ta' Konservazzjoni Urbana, bħal dawk tal-Kottonera li ġew approvati permezz tan-Notifika tal-Gvern Numru 83/96 ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern maħruġa fit-30 ta’ Jannar 1996, għandhom isegwu l-Linji Gwida għal Żvilupp fiż-Żoni ta' Konservazzjoni Urbana, approvati mill-MEPA fis-16 ta' Frar, 1995. Ta’ min jgħid li l-MEPA kemm-il darba nediet skemi ta' għotjiet ta' flus biex jiġu irrestawrati gallariji ta' l-injam fil Kottonera fost postijiet oħra, u dan sar fl-1996, 1999 u 2001, fejn ingħataw aktar minn 95,000 Ewro. Aktar kmieni din is-sena il-MEPA nediet skema oħra, din id-darba ta' madwar milljun Ewro, għar-restawr tal-gallariji fiż-Żoni ta' Konservazzjoni Urbana u bini skedat fl-inħawi kollha ta' Malta u Għawdex, inkluz fil-Kottonera, biex jiġu restawrati jew mibdula aktar minn elf gallarija ta' l-injam. Fejn l’Awtorità jirriżultala li jkun hemm abbużi simili, jittieħdu dawk il-passi neċessarji kollha billi jinħareġ ‘Aviżż tat-Twettieq’ kontra is-sid jew l’okkupant biex jirritorna is-sit għal l’istat oriġinali tiegħu.

Kottonera — Squatters

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tal-artijiet għandux informazzjoni dwar propjetà tal-Gvern li hija okkuppata minn Squatters? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti indikazzjoni dwar liema huma dawk li jinstabu fil-Kottonera u x' bi ħsiebu jagħmel sabiex is-sitwazzjoni tkun regolarizzata?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kunsill Lokali għall-Isport — SportsBuzz

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien n-numru ta' parteċipanti għall-proġett SportsBuzz organiżżat mill-Kunsill Malti għall-iSport maqsum għal kull dixxiplina sportiva? X'kienu jinkludu l-attivitajiet organiżżati għal kull dixxiplina differenti? Tista' tgħid minn liema lokalità kienu ġejjin il-parteċipanti? F'liema lokalità nżammet kull attività?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li SportsBuzz kien program pilota għat-tfal ta’ Bormla bejn l-eta ta’ 8 – 14 sena. Attendenza kienet ta’ 32 fuq bażi regolari. It-tfal ma ġewx offruti attivitajiet sportivi differenti bħala għażla iżda kellhom varjeta’ ta’ football, basketball, judo, martial art, hip hop, sailing u horse riding. L-attivitajiet inżammu fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera apparti sailing (B’Bugia) u horse-riding (Marsa).

Swimming Promotion Unit — Numru ta' parteċipanti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' parteċipanti għall-programm organizzat mill-kunsill Malti għall-Isport bl-isem ta' Swimming Promotion Unit maqsum skond l-etajiet u s-sess? Jista' jgħid ukoll minn liema lokalità kienu ġejjin il-parteċipanti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Summer on the move — parteċipanti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' parteċipanti għall-programm organizzat mill-Kunsill Malti għall-Isports bl-isem ta' Summer on the move maqsuma skond l-età u s-sess? Tista' tgħid minn liema lokalità kienu ġejjin il-parteċipanti? Fiex kienu jikkonsistu l-attivitajiet u fejn saru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ground Pace Grasso — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2438 li saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk sarx xi progress fuq il-proġett għall-post fejn illum hemm il-groundPace Grasso? Jista' jgħid fiex jikkonsisti dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-MEPA qiegħda tagħmel l-evalwazzjonijiet tal-full development application relatata ma' dan il-proġett imsemmi li jikkonsisti f'appartamenti residenzjali, sheltered housing, polyclinic, underground Car Park u sports facilities li jinkludu football pitch.
Leg 11 PQ #2920 Sitting 47 2008-11-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Arrest fuq pussess ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru arresti fuq pussess ta' droga matul is-sena 2008 waqt parties? Jista' jgħid fejn kien il-post ta' kull arrest u x'kienet id-droga maqbuda? Minn liema lokalita' kienu dawk arrestati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, kien hemm 50 persuna li ġew arrestati fuq suspett ta’ pussess ta’ droga waqt parties li kienu qed isiru ġewwa Paceville, Ta’ Qali, ir-Rabat, il-Floriana, Ħal Farruġ u Paradise Bay. Id-droga maqbuda kienet tinkludi kokaina, ekstasi u reżina tal-kannabis. Dawk arrestati kienu joqogħdu f’diversi lokalitajiet ta’ madwar Malta u Għawdex, fosthom, Bormla, l-Isla, Ħal Luqa, il-Marsa, l-Imsida, l-Imtarfa, Ħaż Żabbar, iż-Żurrieq, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Belt, il-Kalkara, San Ġiljan, is-Siġġiewi, B’Kara, B’Buġia, il-Mosta, is-Swieqi, M’Xlokk, M’Skala, Pembroke, Santa Luċija, Sta Venera; u f'Għawdex, il-Belt Victoria, Għajnsielem u s-Sannat

Good Causes Fund — Tqassim ta' fondi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tqassmu fondi mill-Good Causes Fund minn Jannar 2008 sal-lum? Jista' jgħid min ibbenefika minnhom, x'kienet is-somma u r-raġuni għaliex ingħatat din is-somma?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dettalji ta’ l-għaqdiet kollha li ibbenefikaw mill-Fond Għall-Kawzi Ġusti minn Jannar sa Marzu 2008 jinsabu fi tweġiba parlamentari li tajt u li ġġib n-numru 283. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra il-lista ta’ dawk l-organizzazzjonijiet illi ibbenifikaw mill-1 t’April sal-lum.

Good Causes Fund — Tqassim ta' Fondi

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 2435 u jgħid kemm tqassmu fondi mill-Good Causes Fund minn Jannar 2008 sal-lum? Jista' jgħid min ibbenefika minnhom, x'kienet is-somma u r-raġuni għaliex ingħatat din is-somma?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2435.
Leg 11 PQ #2887 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bormla — Pjazza Santa Margerita - Mutli Storey Car Park

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 2434 u jgħid jekk sarx xi progress dwar il-proġett tal-Multi Storey Car Park fi Pjazza Santa Margerita Bormla? Jista' jgħid x'inhu dan il-progress wara tant snin ta' stennija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2888 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — Proġetti ta' konstruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti ta' konstruzzjoni ta' djar/appartamenti li tinsab għaddejja bihom bħalissa l-Awtorità tad-Djar? Fiex jikkonsistu? Jista' jgħid ukoll liema huma l-proġetti li ser isiru fix-xhur li ġejjin?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2907 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Każi ta' traffikar ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każi li ilhom pendenti aktar minn sentejn dwar traffikar ta' droga? Jista' jaqsamhom skond il-perijodu li ilhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għal din il-mistoqsija għadu qed jinġabar u t-tweġiba ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2908 Sitting 46 2008-10-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Breathalyser tests

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru breathalyser tests matul is-sena 2008, xahar b'xahar? F'liema lokalità saru, u kemm minnhom instabu li kienu qabżu l-limitu? X'sar f'kull każ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, it-testijiet tan-nifs li saru mill-Pulizija wara li l-ewwel test meħud fir-triqi rriżultat fil-pożittiv, kienu kif ġej: 2008 Numru ta’ persuni miġjuba għat-test tan-nifs Test Pożittiv Test Negattiv Irrifjuta jew test mhux komplut Jannar 12 6 - 6 Frar 5 2 - 3 Marzu 15 12 - 3 April 9 7 2 Mejju 6 3 - 3 Ġunju 3 3 - - Lulju - - - - Awwissu 1 1 - - Settembru - - - - Total 51 34 - 17 Dawn inqabdu f’dawn il-lokalitajiet – Raħal Ġdid; Ibraġġ; St Andrews; Gżira; San Ġiljan; Baħar iċ-Ċagħaq; Qawra; Buġibba; San Gwann; Żabbar; Mellieħa; Mosta; Furjana; B’Kara; Bormla; M’Skala; Rabat; u l-Belt Victoria f'Għawdex. Fil-każijiet kollha nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.

Multi fuq kontravenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jista' jiġri f'każ fejn persuna, sid ta' karozza tmut u l-eredi tiegħu jiġu ffaċjati b'ammont kbir ta' multi fuq kontravenzjonijiet tat-traffiku? Jekk l-ammont ikun irid jitħallas kollu, jista isir ftehim li dan l-ammont jitħallas f'pagamenti kull xahar?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Applikazzjoni għal Reserved Parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-persuna li isimha jidher separatament, peress li dan ilu li applika għal reserved parking għax għandu diżabilità biex jimxi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant saret fit-2 ta' Settembru 2008 u qed tkun proċessata skond il-proċeduri stabbiliti għal dawn il-każijiet.
Leg 11 PQ #2881 Sitting 45 2008-10-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

omiċidji li mhumiex solvuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn omiċidji li qatt ma ġew solvuti? Jista' jgħid x'kienu il-każi u meta saru?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2882 Sitting 45 2008-10-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Nies rapurtati nieqsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn każi ta' persuni rrapurtati nieqsa? Jista' jgħid meta ġie rrapurtat kull każ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant

Birgu — Triq SM Genuis - Bus Shelter

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba sabiex isir bus shelter li ilu mwiegħed kif ukoll approvat mill-Awtorità tal-ppjanar u l-Iżvilupp fi Triq S.M Genuis fil-Birgu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.