Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 2439 u tgħid kemm tqassmu flus matul is-sena 2008 lill-għaqdiet sportivi? Kemm ħadet kull għaqda u għal liema skop ingħataw dawn il-fondi? Tista' tgħid jekk kienx hemm talbiet għall-għajnuna li ġew rifjutati? Tista' tgħid liema huma u r-raġunijiet wara dan ir-rifjut?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bċejjeċ tal-baħar irreġistrati mal-Malta Maritime Authority maqsuma skond id-daqs?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ bċejjeċ tal-baħar reġistrati ma’ l-Awtorita’ Marittima huwa kif ġej:
Bċejjeċ tal-baħar reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili –
6m sa 24m – 3006
Bċejjeċ tal-baħar reġistrati taħt l-
Small Ships Register
–
Taħt l-4m – 9784
4m sa 6m – 5282
6m sa 8m – 894
Aktar minn 8m – 133
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi li nstab li ma kellhomx liċenzja mħallsa matul din is-sena? Jista' jgħid jekk hemmx ħidma bejn l-uffiċċju tal-liċenzji fi ħdan l-Awtorità dwar it-Trasport u l-Pulizija sabiex jiġu ttrejsjati dawk li ma jkunux ġeddew il-liċenzja u allura jkunu qed jiġru fit-toroq bla liċenzja mħallsa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li sabiex ikun hemm ksur ta' Liġi, vettura trid tkun qed tiġi misjuqa fit-triq mingħajr liċenzja valida. Ninsab infurmat li din matul din is-sena l-Pulizija ħarġet 1,866 ċitazzjoni fuq vetturi li kienu li nstabu fit-toroq mingħajr liċenzja valida.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm irriżenjaw jew ġew mitluba jirriżenjaw kunsilliera/sindki mit-twaqqif tal-kunsilli lokali sal-lum? Min kienu, minn liema lokalità kienu u kemm kienu ilhom iservu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1805.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma dawk il-kunsilliera u minn liema lokalità ġejjin li ilhom jiġu eletti f'kull elezzjoni sa mit-twaqqif tal-kunsilli lokali sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2599.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar minnha l-pittura oriġinali li kien hemm fil-Mina ta' Santa Liena? Tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li din tirritorna fil-post oriġinali tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li din il-pittura kienet tneħħiet minn postha għal skopijiet ta' restawr u protezzjoni. Bħalissa il-pittura tinsab fil-pussess ta' Heritage Malta.
Wieħed għad irid jistudja bir-reqqa x’jistgħu jkunu l-konsegwenzi jekk dan ix-xogħol artistiku jerġa’ jitpoġġa fil-post oriġinali tiegħu.
Peress li l-Ministeru tat-Turiżmu, kien applika sabiex tinbena public convenience fi Ġnien Santa Margerita Bormla, jista' l-Prim Ministru fiex waslet l-applikazzjoni quddiem il-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u Żvilupp, u jekk ġiet approvata, allura meta ser isir il-bini tagħha?
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' studenti ġejjn minn Bormla, Birgu, Isla, Kalkara u Xgħajra (separatament) li qed jattendu l-Universita, l-MCAST u l-ITS, maqsuma skond il-kors u s-sena li qegħdin fiha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga minn fuq laneċ/vapuri matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid x'tip ta' droga kienet u kemm kienu l-ammonti f'kull każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li matul din is-sena, s'issa, kien hemm każ wieħed f'Lulju, fejn persuna nstab li kellha fil-pussess tagħha 23 pillola ecstasy waqt li kienet fuq lanċa.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' parteċipanti għall-programm Active Youngsters organizzat mill-Kunsill Malti għall-Isports maqsuma skond kull kategorija sportiva? X'kienu jinkludu l-attivitajiet organizzati għal kull sport differenti? Tista' tgħid minn liema lokalità kienu ġejjin il-parteċipanti? F'liema lokalità nżammet kull attività?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabret l-Enemalta minn fuq konsum tal-elettriku sa mis-sena 1996 sal-lum, sena b'sena, maqsum bejn dak residenzjali u dak kummerċjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' parteċipanti għall-proġett Girls on the Move organizzat mill-Kunsill Malti għall-Isport maqsuma għal kull dixxiplina sportiva? X'kienu jinkludu l-attivitajiet organizzati għal kull dixxiplina differenti? Tista' tgħid minn liema lokalità kienu ġejjin il-parteċipanti? F'liema lokalità nżammet kull attività?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi fejn instabet droga fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin matul din is-sena? X'tip ta' droga kienet u x'kien l-ammont f'kull każ? X'azzjoni ttieħdet f'kull każ? Jista' jgħid x'qed isir sabiex dan it-tip ta' abbuż jinqered?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li ġewwa l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, s'issa, kien hemm 24 il-sejba ta' sustanza, li x'aktarx kienet droga bħal eroina, cannabis, kokaina u steriods. Infurmat ukoll li kull każ, dan ġie rrappurtat lill-Pulizija sabiex jittieħdu l-proċeduri legali.
Fil-Faċilita’ Korrettiva hemm preżentament sistema li fuq bażi regolari jsir eżami mediku fuq il-persuni li hemm ġewwa. Dawn qed isiru aktar ta’ spiss minn dak li kienet il-prattika. Barra minn dan jittieħdu kontinwament miżuri sabiex issir tfittxija fuq il-persuni li jiġu jaraw il-ħabsin
.
Water Services Corporation — Ġbir fuq konsum tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabret il-Water Services Corporation fuq il-konsum tal-ilma sa mis-sena 1996 sal-lum, sena b'sena, maqsum bejn dak residenzjali u dak kummerċjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill -Onor. Interpellant jirreferi għar-rapporti annwali awditjati li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Persuni impgejati
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati mal-MEPA maqsumin skond ir-responsabbiltajiet tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' impjegati li l-MEPA tħaddem bħalissa hu ta' 431, li minnhom 106 huma detailed, 4 seconded, 2 redeployed u 20 unpaid, 2 maternity.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kif huma maqsuma r-responsabiltajiet ta’ l-impjegati.
Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Persuni li qed jiskontaw sentenza
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni maqsuma bejn Maltin u barranin li qed jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fuq pussess u/jew traffikar ta' droga? Jista' jgħid għal kull każ fuqiex kienu akkużati, u l-ammonti u kemm qed jiskontaw?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, għas-sena 2008, liema kienu dawk il-vapuri/jottijiet li daħlu għal xi xogħol fil-Malta Shipyards? Jista' jgħid ukoll kemm dam f'Malta kull wieħed minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni mitluba hi ta' natura kunfidenzjali u kummerċjali u ma jidhirlhix li għandha tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol, u fuq liema vapuri, li għandha programmat il-Malta Shipyards? Jista' jgħid ukoll kemm hu programmat li jdum kull wieħed minn dawn ix-xogħlijiet sabiex jitlestew?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Nru. 2922.
Bormla — Santa Margerita Line - manutenzjoni fuq swar
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin jgħid x'inhi r-raġuni għaliex fil-proġett approvat mill-Unjoni Ewropea dwar manutenzjoni ta' swar, ma ġewx inkluża s-Santa Margerita Line u l-ebda binja f'Bormla?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lil Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill Ministru ikkonċernat.
Bormla — Santa margerita Line - Manutenżjoni ta Swar
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex fil-proġett approvat mill-Unjoni Ewropea dwar manutenzjoni ta' swar, ma ġewx inkluża s-Santa Margerita Line u l-ebda binja f'Bormla?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Kif kelli l-opportunità nispjega diġà f’laqgħat pubbliċi li saru, meta tfassal il-programm għar-restawr tas-swar u fortifikazzjonijiet prinċipali fil-gżejjer Maltin ma kienx possibbli li jiġu nklużi l-fortizzi kollha ta’ Malta. Fil-Gżejjer Maltin hawn b’kollox madwar 60 km ta’ swar (ramparts). Il-fuq minn 25 km jinsabu madwar il-Port il-Kbir. Għalhekk ġie deċiż li r-restawr jiffoka fuq dawk il-fortifikazzjonijiet li għandhom:
· l-aktar ħsarat diffiċli jew problematiċi ;
· ix-xogħol ta’ restawr fuqhom seta jitlesta f’inqas minn seba’ snin skond id-direttivi ta’ l-ERDF;
· l-ikbar potenzjal turistiku u ekonomiku;
· l-aktar sinifikat u valur storiku u arkitettoniku.
Barra minnhekk is-swar u l-fortifikazzjonijiet li kienu ser jintgħażlu kellhom jiġu restawrati b’mod ħolistiku u mhux biċċa biċċa.
Dawn il-kriterji wasslu biex jintgħażlu sistemi ta’ difiża sħaħ u swar bi problemi differenti minn zoni varji fil-Gżejjer Maltin, jiġifieri:
· il-landfront tal-Belt Valletta,
· l-Mdina,
· iċ-Ċittadella (Għawdex),
· il-Birgu.
Tajjeb li jingħad li minkejja dan, ir-Restoration Unit wettqet numru ta’ xogħlijiet ta’ restawr fis-snin li għaddew fuq is-swar tas-Santa Margherita fl-inħawi ta’
St Helen’s Gate
, inkluż ir-restawr ta’ dan il-Bieb prinċipali.
Fl-aħħarnett, jien infurmat li r-restawr jiffoka biss fuq is-swar u fortifikazzjonijiet u ma jinkludix tip ta’ bini storiku ieħor.