Bormla — Pjazza Santa Margerita - Multu Storey Car Park
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2887 u 2434 u jgħid jekk sarx xi progress dwar il-proġett tal-Multi Storey Car Park fi Pjazza Santa Margerita, Bormla? Jista' jgħid x'inhu dan il-progress wara tant snin ta' stennija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttorat ta' l-Ippjanar ipproċessa l-applikazzjoni PA 3366/08 li kienet sottomessa fl-4 ta’ Lulju 2008, b'talba sabiex ikun imġedded il-permess 'Outline' (PA 2243/03). L-applikazzjoni tinsab fil-proċess li tiġi deċiża mill-Bord tal-MEPA.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-medja ta' ġimgħa xogħol f'sigħat li Pulizija jaħdem f'diversi branki u distretti differenti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi, peress li hemm diversi sezzjonijiet fil-Korp tal-Pulizija u allura n-natura tax-xogħol rikjest ikun jinvolvi xiftijiet differenti, il-medja ta' ġimgħa xogħol tal-pulizija hija ta' 48 siegħa.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pulizija fl-1993, minkejja l-ftehim kollettiv fejn ġew imwegħda li kif jaqbżu l-46 siegħa fil-ġimgħa jibdew jitħallsu overtime, sal-lum għadhom m'humiex jitħallsu kif jaqbżu l-46 siegħa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija, li jaqbżu n-numru ta' sigħat ta' xogħol fil-ġimgħa, li huma dovuti jaħdmu skont ix-xift tat-Taqsima fejn huma stazzjonati, jitħallsu overtime.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex membri tal-Korp tal-Pulizija li għandhom l-istess paga u l-istess rank, ma jaħdmux l-istess sigħat fil-ġimgħa, imma jitħallsu l-istess mingħajr ma jingħata kont tas-sigħat żejda li dawn ikunu ħadmu? Qed nibgħat separatament xi dettalji dwar dan.
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija li jaqbżu n-numru ta' sigħat ta' xogħol fil-ġimgħa, li huma dovuti jaħdmu skont ix-xift tat-Taqsima fejn huma stazzjonati, jitħallsu overtime.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-fizzjali tal-Pulizija li kienu mwegħda żieda fl-allowance tagħhom, għadhom ma ħaduhiex?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li qed isir ix-xogħol meħtieġ sabiex iż-żieda fl-allowance, li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, tkun riflessa fis-salarji rispettivi tal-fizzjali konċernati qabel l-aħħar tas-sena.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar milll-proġett ta' pavimentar ma' ġenb il-kappella ta' San Ġwann t'Għuxa, Bormla? Jekk ser isir, jista' jgħid meta ser isir dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat
Peress li Triq Santa Liberata, Kalkara, qed tintuża minn ħafna trakkijiet kbar, u peress li din it-triq soffriet ħafna ħsarat kbar b'periklu kbir għas-sewwieqa, jista' l-Ministru jikkunsidra li għall-anqas isir patching ta' din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT ser tkun qed tagħmel xogħol ta' patching f'din it-triq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga fuq immigranti matul l-aħħar sena? Fejn inqabdet, x'kienet il-kwalità u l-ammont, u x'azzjoni ttieħdet f'kull każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tieħu l-passi kollha skont il-Liġi fuq kull każ.
Bormla — proġett ddedikat għall-ħaddiema li tilfu ħajjithom fit-Tarzna
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnu l-prpġett approvat mic-CRC u li għalih ħarġu t-tenders ukoll, fid-daħla ta' Bormla ddedikat għall-ħaddiema li tilfu ħajjithom fit-Tarzna? Jista' jgħid jekk u meta ser issir?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tal-artijiet għandux informazzjoni dwar propjetà tal-Gvern li hija okkupata minn squatters? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti indikazzjoni dwar liema huma dawk li jinstabu fil-Kottonera u x' bi ħsiebu jagħmel sabiex is-sitwazzjoni tkun regolarizzata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern għandha nformazzjoni dwar post fil-Kottonera fejn jista’ jkun hemm squatter jew squatters. Dan il-każ qed jiġi nvestigat sabiex tittieħed azzjoni. Kull rapport li jidħol dwar Squatters jittieħdu l-passi kollha neċessarji kontra dan l-abbuż, skond l-Att dwar Żgumbrament minn Artijiet (Kapitolu 228).
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' studenti li qed jattendu l-iskejjel primarji ta' Bormla, Birgu, Isla, Kalkara u Xgħajra maqsuma skond l-klassi li jattendu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' għalliema, assistant heads, heads li hemm f'kull skola primarja f'Bormla, Birgu, Isla, Kalkara u Xgħajra? Kemm ilhom jgħallmu f'dawn l-istess skejjel kull għalliem/a?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-homes tal-anzjani li huma taħt il-ftehim private public partnership, jekk ikunx hemm tabib jew nurse kwalifikata kuljum kif ukoll bil-lejl? Jista' jgħid min hu responsabbli li jqassam il-mediċini u jagħti titqib fejn ikun hemm bżonn? Kemm ikun in-numru ta' carersli jaħdmu bil-lejl għal kull għaxra, għoxrin u tletin anzjan? X'inhu x-xogħol li suppost jagħmlu l-carers?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li d-Djar ta' l-anzjani li huma taħt il-ftehim tal-PPP huma Casa Arkati, Villa Messina, Casa Serena u d-Djar ta' l-Anzjani tal-Mellieħa, Bormla u Żejtun.
Informat ukoll li aktar informazzjoni dwar dawn id-Djar ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li ilna nisimgħu dwar azzjoni li se tittieħed sabiex jitjiebu r-riżultati fl-iskola primarja ta' Bormla, u peress li fl-aħħar eżamijiet tal-Junior Lyceum ħadd mill-istudenti ta' din l-iskola ma għadda, tista' l-Ministru tgħid jekk dan il-fatt hux qed jinkwetaha u jekk fl-affermattiv x'se jsir sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rranġata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħala parti mill-Pjan Strateġiku Edukattiv imsemmi fit-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari 2057, il-Kulleġġ ilu minn Lulju jaħdem ma’ l-għalliema u t-tmexxija tal-iskola primarja ta’ Bormla biex issir reviżjoni profonda tal-programmi ta’ tagħlim ta’ din l-iskola u tal-mod kif l-iskola u l-kommunita’ jaħdmu flimkien. Fil-fatt l-ewwel laqgħa tal-kumitat ta’ azzjoni dwar dan , inżammet nhar l-Erbgħa, 29 t’Ottubru, 2008.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2433 u W2 fejn staqsejt lill-Ministru dwar xogħol ta' titjib fi Triq Santa Liena Bormla, u r-risposta tal-Minstru fejn irreferieni għat-tweġiba li tani f'mistoqsija parlamentari W1, nixtieq li l-Ministru jivverifika peress li dawn huma żewġ toroq differenti, u allura nerġa' nistaqsi lill-Minsitru: Meta ser isir ix-xogħol fuq Triq Santa Liena, Bormla, triq li ilha xhur li beda x-xogħol fiha u t-trabijiet kbar li hemm qed ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2433 u W2 fejn staqsejt lill-Ministru dwar xogħol ta' titjib fi Triq Santa Liena Bormla, u r-risposta tal-Minstru fejn irreferieni għat-tweġiba li tani f'mistoqsija parlamentari W1, nixtieq li l-Ministru jivverifika peress li dawn huma żewġ toroq differenti, u allura nerġa' nistaqsi lill-Minsitru: Meta ser isir ix-xogħol fuq Triq Santa Liena, Bormla, triq li ilha xhur li beda x-xogħol fiha u t-trabijiet kbar li hemm qed ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.