Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3815 u jgħid min hu responsabbli mill-manutenzjoni ta' Ġnien Kottonera? Meta kien l-aħħar li sar xi xogħol ta' żbir u tindif fl-istess ġnien?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li bħalissa nies mill-Uffiċju tad-distrett fi ħdan id-dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni qed jieħu ħsieb it-tindif tas-siġar mill-ħaxix ħażin u tisqija ta’ l-istess siġar. Isir ukoll tindif u manutenzjoni tal-funtana u tal-bankijiet u gazebos. It-tindif ġenerali jsir kuljum.
Peress li l-bini tat-triq madwar id-djar f'Sur Santa Liena Bormla ilu jiġi mwiegħed ħafna snin u sa anke kien intqal li ħarġet it-tender għax-xogħlijiet, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3814 u jgħid jekk għandux idea meta dan ix-xogħol jista' jsir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntrattur qed japplika għall-permessi meħtieġa biex ix-xogħol ikun jista' jinbeda.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3813 u jara li jsir xi ħaġa sabiex id-dawra madwar id-daħla tal-kulleġġ Santa Margerita Bormla ma tibqax iżżomm daqshekk ilma wara kull ħalba xita?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT infurmat lil Cleansing Services Department sabiex isir it-tindif fil-culverts li jeżistu f'din it-triq. Minn naħa tagħhom is-CSD ippruvaw inaddfu dan il-culvert anke bi pressure bowser però ma rnexxilhomx. Jidher li hemm xi blockage u x'aktarx ikollu jsir xi tħaffir fit-triq. Għaldaqstant l-ADT ser tkun qed tipprova tillokaliżża fejn hu dan il-blockage sabiex ikun jista' jsir ix-xogħol meħtieġ.
Triq ta' Quddiem De La Salle College — Ilma tax-Xita
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3812 u jara li jsir xi ħaġa sabiex it-triq ta' quddiem De La Salle College ma tibqax iżżomm daqshekk ilma wara kull ħalba xita?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3807 u 2691 u jikkonferma jekk operaturi u gallarijiet tal-aluminium mhux permessi fil-Kottonera, lanqas jekk ikunu lewn l-injam? Kemm kien hemm każi t'abbuż simili matul din l-aħħar sena u xi jkun ir-rimedju mitlub f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2691.
Bormla — proġett ddedikat għall-ħaddiema li tilfu ħajjithom fit-Tarzna
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3422 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'sar minnu l-proġett approvat mic-CRC u li għalih ħarġu t-tenders ukoll, fid-daħla ta' Bormla ddedikat għall-ħaddiema li tilfu ħajjithom fit-Tarzna? Jista' jgħid jekk u meta ser issir?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3417 u jgħid x'sar minnha l-wegħda li saret mis-CRC xhur ilu, li jitpoġġew 33 bank ġdid fi Pjazza Santa Margerita Bormla?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3407 li oriġinarjamnet saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid x'sar mill-proġett ta' pavimentar ma' ġenb il-kappella ta' San Ġwann t'Għuxa, Bormla? Jekk ser isir, jista' jgħid meta ser isir dan ix-xogħol?
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2960, 2433 u W2 fejn staqsejt lill-Ministru dwar xogħol ta' titjib fi Triq Santa Liena, Bormla, u r-risposta tal-Minstru fejn irreferieni għat-tweġiba li tani f'mistoqsija parlamentari W1, nixtieq li l-Ministru jivverifika peress li dawn huma żewġ toroq differenti u allura nerġa' nistaqsi lill-Minsitru: Meta ser isir ix-xogħol fuq Triq Santa Liena, Bormla, triq li ilha xhur li beda x-xogħol fiha u t-trabijiet kbar li hemm qed ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3425 u jgħid meta ser jiġu pprovduti l-fanali dekorattivi approvati snin ilu mic-CRC, għal Triq San Lażru, Bormla?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3429 u jgħid meta ser isiru l-bollards dekorattivi madwar Bieb Santa Liena, Bormla, liema proġett kien approvat mic-CRC?
Peress li l-Ministeru tat-Turiżmu, kien applika sabiex tinbena public convenience fi Ġnien Santa Margerita Bormla, jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni quddiem il-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u Żvilupp, u jekk ġiet approvata, allura meta ser isir il-bini tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-applikazzjoni ta’ din il-public convenience qed tiġi pproċessata mill-MEPA. Il-MEPA talbet lill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta sabiex tibdel il-pjanti tal-proposta sabiex jiġu konformi ma’ istruzzjonijiet tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità. Malli dawn il-pjanti jiġu sottomessi, il-proċess tal-ippjanar jipproċedi sabiex joħroġ il-permess tal-bini.
Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Vetturi Mixtrija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill- 1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi mid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma nxtrat l-ebda karozza mill-1 ta' Marzu 2008 sallum.
Pero' nixtieq ngħid li f'April ta' din is-sena tħallas il-kumplament tal-pagament ta' karozzi li kienu nxtraw f'Diċembru tal-2007 mill-Korp tal-Pulizija. Inżied ukoll li minn naħa tad-dipartiment tal-OIWAS, inxtraw żewġ karozzi tat-tip Kia Picanto LX 1.0L. mill-Refugee Vote liema vot kien u għadu jaqgħa taħt il-Ministeru tal-Politika Soċjali. Dawn iż-żewġ karozzi swew €8,850 il-waħda u jintużaw min Dar il-Liedna u Dar is-Sliem rispettivament.
Ministeru għall-Politika Soċjali — Vetturi Mixtrija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Vetturi Mixtrija
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tagħha mill- 1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Tista' tgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tagħha mill- 1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Tista' tgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Chairpersons u diretturi maħtura
Question
Jista' l-Minstru jgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill- 1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — vetturi mixtrija
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill- 1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi mil-15 ta' Marzu 2008 'l hawn ma nxtraw l-ebda vetturi ġodda.