Pjazza Santa Margerita — applikazzjoni għal-latrina pubblika
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar mill-applikazzjoni sabiex tinbena latrina pubblika fil-ġnien ta' Pjazza Santa Margerita, liema proġett kien taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tat-Turiżmu?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar minnu l-proġett tal-post magħruf bħala x-Xgħajra jew Pjazza Santa Margerita Bormla, liema proġett kien ilu jiġi mwiegħed minn leġislatura għall-oħra u hawn qed nitkellmu fuq wegħda ta' xi 15-il sena?
Awtorità tad-Djar — xiri ta' proprjetà ssusidjata.
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefgħu applikazzjonijiet għall-aħħar sejħa ta' xiri ta' proprjetà sussidjata maħruġa mill-Awtorità tad-Djar, liema sejħa għalqet nhar il-Ġimgħa 16 ta' Jannar 2009?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-iskema ta’ bejgħ ta’ proprjeta’ għadha miftuħa sat-30 ta’ Jannar. L-informazzjoni mitluba tingħata wara din id-data.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Vetturi mixtrija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill- 1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabret sisa fuq bejgħ ta' tabakk matul is-sena 2008, xahar b'xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-sisa fuq bejgħ ta' tabakk matul is-sena 2008 huwa kif ġej:
Tabakk
Tabakk Manifatturat
€
€
Jannar
91672
1433735
Frar
110760
3986310
Marzu
131400
4523168
April
105894
4734227
Mejju
185003
5285071
Ġunju
99304
5293956
Lulju
141299
5975525
Awwissu
168732
5462578
Settembru
113079
6314722
Ottubru
347669
6676511
Novembru
123728
5779037
Diċembru
97729
3628047
Total
1,716,269
59,092,887
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti li nġabru matul is-sena 2008 minn capital gains maqsuma xahar b'xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Capital Gains Report for Year 2008
Xahar Ammont/€
Jannar 4,585,900
Frar 7,213,774
Marzu 7,068,438
April 5,881,706
Mejju 7,905,373
Ġunju 4,984,004
Lulju 6,316,372
Awissu 7,757,600
Septembru 7,755,199
Ottubru 8,801,732
Novembru 6,251,895
Diċembru 5,725,950
Total 80,247,943
Jista' l-Ministru jgħid kemm bdew l-operazzjoni tagħhom fabbriki ġodda f'Malta matul is-sena 2008, xahar b'xahar u kemm temmew l-operat tagħhom matul l-istess perijodu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2008, disa’ kumpaniji ġodda bdew l-operazzjoni tagħhom, filwaqt li sitta temmew l-operat tagħhom matul l-istess perjodu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5006 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5004 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm qasmu nies bejn Malta u Għawdex matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4987 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġew importati karozzi second hand matul is-sena 2008, maqsuma xahar, xahar kif ukoll skond il-marka, it-tip u ċ-ċilindraġġ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Cottonera — Triq ta' quddiem De La Salle College - manutenzjoni ta' triq
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4176, peress li l-Ministru qed jgħid li mill-informazzjoni li għaddewlu ma jiriżultax li t-Triq ta' quddiem De La Salle College Cottonera tkun mgħarqa kull meta tagħmel ix-xita, u peress li l-interpellant stess jaf b'din is-sitwazzjoni, jista' l-Ministru jara li din il-verifika terġa' ssir jew adirittura jiġu mistoqsija dwar din il-kwestjoni l-uffiċjali għolja ta' De La Salle stess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.
Peress li issa jidher li l-pjanijiet li kien hemm għall-Baċir numru 1 issa taru mar-riħ, jista' l-Ministru jgħid jekk spiċċax ukoll il-proġett ta' multi level car park quddiem l-iskola primarja ta' Bormla?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk interessati fil-proġett tal-Baċir numru 1? Kemm minnhom ressqu l-proposti? Kemm-il darba iltaqa' magħhom? X'inhi r-raġuni li ttieħdet id-deċiżjoni li l-proġett ma jsirx, meta sa ftit qabel kienu qed isiru diskussjonijiet u saru pjanti ġodda minn xi ħadd interessat partikolari?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' kumpaniji jew individwi li wrew interess fil progett tal Bacir numru 1 kienu sbatax. Tnejn minnhom issottomettew proposti. Dak li ntghazel bhala il preferred bidder kellhu ghaxar laqghat man Negotiating Board.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija Parlamentari magħmula minnu stess, ċioe' Nru 4999.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm permessi għall-irmiġġi f'Kemmuna? Jista' jgħid jekk hemmx talbiet għal irmiġġi ġodda f'Kemmuna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm żewġ permessi għal irmiġġi temporanji ġewwa il-bajja ta’ Santa Marija f’Kemmuna. Hemm ukoll talbiet oħra għal irmiġġi ġodda ġewwa Kemmuna.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-vapuri li fuqhom sar xogħol mill-Malta Shipyards matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid f'kull każ kemm dam ix-xogħol fuq kull vapur?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru safriet fuq xogħol minn persuni mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Tista' tgħid x'kien l-iskop f'kull każ u liema kienet id-destinazzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Safar fuq xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru safriet fuq xogħol minn persuni mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kien l-iskop f'kull każ u liema kienet id-destinazzjoni?
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Xiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Ta' liema marka, x'tip kienu u kemm qamu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.