Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birgu — Pjazza - tiswija fuq kanċell

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6047 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' : Peress li l-kanċell li jdawwar l-istatwa ta' Malta fil-pjazza tal-Birgu, sofra xi ħsarat, jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol ta' tiswija fuq dan il-monument storiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Privatizzazzjoni tat-Tarnża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6041 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' : Peress li issa n-numru ta' ħaddiema fuq il-kotba tal-Malta Shipyards niżlu għan-numru li xtaq il-Gvern , jista' jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi fuq il-privatizzazzjoni tat-Tarzna?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Good Causes Fund — fondi mqassma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu fondi mill-Good Causes Fund matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar? Lil min ingħataw u l-ammont li ngħata f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-rapport illi poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 2 ta’ Marzu 2009 fejn għandu jsib l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Overtime

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' sigħat ta' overtime li sar matul is-sena 2008 f'kull dipartiment u entità fid-dekasteru tagħha, maqsuma xahar b'xahar? Tista' tgħid ukoll x'allowances ingħataw fl-istess entitajiet matul l-istess perijodu maqsuma ukoll xaħar b'xahar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma nħossx li għandi naħli r-riżorsi tal-Gvern b’dan il-mod sakemm l-Onor. Interpellant ma jgħatix raġuni valida għall-ħtieġa ta’ din l-informazzjoni.

Reġistru Pubbliku — dħul ta' flus minn riċerki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul ta' flus mir-riċerka li saru matul is-sena 2008 mid-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku? Jista' jgħid jekk kienx hemm riċerki li ma nġabrux u jekk fl-affermattiv kemm huwa l-ammont ta' flus dovuti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dħul ta' flus mir-riċerki li saru matul l-2008 kien ta' €98,467.07. Iva, kien hemm riċerki li ma nġabrux u l-ammont ta' flus dovut għal dawn kien ta' €9,133.06.
Leg 11 PQ #6149 Sitting 88 2009-03-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħaddiema li ngħataw is-sensja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew issensjati ħaddiema minn Jannar sa Diċembru 2008, maqsuma xahar b'xahar u skont liema settur kienu ġejjin minnu?

Response (DALLI, JOHN)

Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi n-numru ta’ ħaddiema li ġew issensjati minn Jannar sa Diċembru 2008 u li ġew jirreġistraw għax-xogħol. Dawn huma maqsuma xahar b’xahar u skond is-settur li kienu ġejjin minnu.
Leg 11 PQ #6150 Sitting 88 2009-03-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bormla — Triq Hanover u Triq l-Ajkla - Proġett ta' Slum Clearance

Question

Peress li numru ta' residenti fl-area ta' Triq Hanover u Triq l-Ajkla, Bormla, ingħataw akkomodazzjoni alternattiva u peress li qalulhom li hemm proġett ta slum clearnace, jista' l-Ministru jgħid fejn eżatt ser issir dan is-slum clearance u x'ser jinbena u x'time frames hemm għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoili Interpellant li dal-proġett ser isir flok il-bini eżistenti bejn Triq Santa Liena, Triq Hanover, Triq San Mark u Triq il-Mediterran. Hu ppjanat li s-sejħa għall-offerti toħrog iktar tard din is-sena biex ix-xogħol jinbeda għall-bidu ta’ l-2010 u jitlesta fl-2013.

Bormla — Sana Margerita - zebra crossing u ftuħ tal-gate l-antik

Question

Peress li l-iskola Santa Margerita Verdala hija lesta, tista' l-Ministru tikkunsidra li l-gate l-antik jerġa' jinfetaħ u ssir zebra crossing għan-naħa ta' Verdala Housing Estate u dan peress li hemm numru konsiderevoli ta' tfal minn Bormla li jitilgħu bil-mixi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-grada l-antika imsemmija diġa hija aċċessibli għall-pubbliku, u saret talba lid-dipartiment konċernat jekk tistax issir zebra crossing fil-post imsemmi.
Leg 11 PQ #6152 Sitting 88 2009-03-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Għajnuna legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għandu dritt għall-għajnuna legali? Min huma l-avukati li jagħmlu xogħol ta' legal aid? Jista' jgħid kemm tħallas matul is-sena 2008 bħala legal aid?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tad-domanda kienet ingħatat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25316 fis-seduta 527 tal-21 ta’ Mejju 2007. L-avukati li jipprattikaw xogħol ta’ għajnuna legali huma dawn: L-Avukat Joe Mifsud li hu impjegat full- time ; jassistih għandu lill-Avukat Malcolm Mifsud, li hu mpjegat b’kuntratt li jiġġedded kull sena. Hemm imbagħad 8 avukati oħra li jipprovdu għajnuna legali; dawn huma annessi ma’ l-Uffiċċju ta’ l-Avukat Ġenerali u l-kuntratt tax-xogħol tagħhom jiġġedded ukoll kull sena:- L-Avukat Porsella Flores L-Avukat Kevin Mompalao L-Avukat Patrick Valentino L-Avukat Richard Sladden L-Avukat Anthony Cutajar L-Avukat Martin Fenech L-Avukat Mark Busuttil L-Avukat Sean Paul Grech L-ammont totali li tħallas lill-avukati ta’ l-għajnuna legali matul is-sena 2008 kien ta' €34,265.44.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sigħat ta' overtime li sar matul is-sena 2008 f'kull dipartiment u entità fid-dekasteru tiegħu, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll x'allowances ingħataw fl-istess entitajiet matul l-istess perijodu maqsuma ukoll xaħar b'xahar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nħossx li għandi naħli r-riżorsi tal-Gvern b'dan il-mod sakemm l-Onor. Interpellant ma jgħatix raġuni valida għall-ħtieġa ta' din l-informazzjoni.
Leg 11 PQ #6142 Sitting 87 2009-03-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għal Politika Soċjali — overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sigħat ta' overtime li sar matul is-sena 2008 f'kull dipartiment u entità fid-dekasteru tiegħu, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll x'allowances ingħataw fl-istess entitajiet matul l-istess perijodu maqsuma ukoll xaħar b'xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Ma nħossx li għandi naħli r-riżorsi tal-Gvern b'dan il-mod sakemm l-Onor. Interpellant ma jgħatix raġuni valida għall-ħtieġa ta' din l-informazzjoni.
Leg 11 PQ #6143 Sitting 87 2009-03-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sigħat ta' overtime li sar matul is-sena 2008 f'kull dipartiment u entità fid-dekasteru tiegħu, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll x'allowances ingħataw fl-istess entitajiet matul l-istess perijodu maqsuma ukoll xaħar b'xahar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ma nħossx li għandi naħli r-riżorsi tal-Gvern b'dan il-mod sakemm l-Onorevoli Interpellant ma jagħtix raġuni valida għall-ħtieġa ta' din l-informazzjoni.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sigħat ta' overtime li sar matul is-sena 2008 f'kull dipartiment u entità fid-dekasteru tiegħu, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll x'allowances ingħataw fl-istess entitajiet matul l-istess perijodu maqsuma ukoll xaħar b'xahar?

Response (FENECH, TONIO)

Ma nħossx li għandi naħli r-riżorsi tal-Gvern b’dan il-mod sakemm l-Onor. Interpellant ma jagħtix raġuni valida għall-ħtieġa ta’ din l-informazzjoni.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sigħat ta' overtime li sar matul is-sena 2008 f'kull dipartiment u entità fid-dekasteru tiegħu, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll x'allowances ingħataw fl-istess entitajiet matul l-istess perijodu maqsuma ukoll xaħar b'xahar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ma nħossx li għandi naħli r-riżorsi tal-Gvern b’dan il-mod sakemm l-Onor. Interpellant ma jagħtix raġuni valida għall-ħtieġa ta’ din l-informazzjoni.
Leg 11 PQ #6146 Sitting 87 2009-03-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Overtime

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' sigħat ta' overtime li sar matul is-sena 2008 f'kull dipartiment u entità fid-dekasteru tiegħha, maqsuma xahar b'xahar? Tista' tgħid ukoll x'allowances ingħataw fl-istess entitajiet matul l-istess perijodu maqsuma ukoll xaħar b'xahar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.

Ta' Qali Crafts Village — rapporti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5506 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm saru rapporti fuq il-Crafts Village ta' Ta' Qali mis-sena 1987 sal-lum? Jista' jgħid minn min saru u x'kienet l-ispiża f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Isla — Dock 1 - asbestos

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5504 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk huwiex minnu li fl-ewwel żewġ imħażen lejn in-naħa tal-Isla, f'Dock 1 hemm midfun, fuq wara, ammont ta' asbestos liema asbestos intradam f'dan il-post ħafna snin ilu?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6125 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Addozzjoni tat-tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew addottati tfal matul is-sena 2008? Minn liema pajjiż kienu ġejjin? Jista' il-gvern jikkunsidra li tiżdied l-għajnuna u s-sapport lil dawk il-familji li qed jippruvaw jaddottaw it-tfal?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li n-numru ta' tfal li ġew adottati fl-2008 kien ta' 69. Dawn kienu ġejjin minn dawn il-pajjiżi :- Malta - 3, Russian Federation - 42, Ethiopia - 14, Guatemala - 1, Kazakhstan - 2, Pakistan - 1, Albania - 1, Cambodia - 3 u Bulgaria - 2. Tagħrif għat-tielet parti tal-Mistoqsija għada qed tinġabar.
Leg 11 PQ #6126 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Studenti gradwati li jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' gradwati li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol? Kemm ilu jirreġistra kull wieħed minnhom u fiex hu gradwat?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li sa l-aħħar ta' Diċembru 2008 kien hemm 70 gradwati li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru. It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #6139 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — overtime

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sigħat ta' overtime li sar matul is-sena 2008 f'kull dipartiment u entità fid-dekasteru tiegħu, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll x'allowances ingħataw fl-istess entitajiet matul l-istess perijodu maqsuma ukoll xaħar b'xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma nħossx li għandi naħli r-riżorsi tal-Gvern b’dan il-mod sakemm l-Onorevoli Interpellant ma jagħtix raġuni valida għall-ħtieġa ta’ din l-informazzjoni.