Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #6567 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bormla, Isla, Birgu u Kalkara — Proġetti ta' akkomodazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il survey arkeoloġiku sar f'Bormla, Isla, Birgu u Kalkara qabel ma nħarġu permessi għat-twaqqiegħ u bini mill-ġdid ta' proġetti ta' akkomodazzjoni bejn is-sena 2000 u llum? Jista' jgħid ukoll jekk f 'kull każ sarx environmental impact assessment minħabba li ż-żona hi ta' importanza storika u arkeoloġika?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li ma jsirux "surveys" arkajeologici fejn ikun hemm proġetti ta' twaqqiegħ ta' bini. Biss jekk waqt ix-xogħol jinstabu xi fdalijiet arkajelogiċi, l-Awtorita' tad-Djar obbligata tiġbed l-attenzjoni lil-awtoritajiet konċernati. Jien infurmat li ma nstabu edba fdalijiet fis-siti indikati mill-Onorevoli Interpellant.

Malta Financial Services Authority — Kumpaniji reġistrati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm kienu l-kumpaniji reġistrati mal-Malta Financial Services Authority li ffurmaw ġodda fl-aħħar ħames snin (2004-08) u dawk li ġew xolti (dissolved) fl-istess perijodu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej : Kumpaniji reġistrati ġodda: Numru Totali ta’ Kumpaniji Reġistrati kull sena (inklużi soċjetajiet) 2004 2,479 2005 2,407 2006 2,979 2007 2,739 2008 2,806 Kumpaniji xolti: Numru ta’ Kumpaniji Xolti kull sena 2004 664 2005 900 2006 766 2007 592 2008 646

Bormla — Irranġar ta' toroq

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 9, jista' l-Ministru jara li jitranġaw t-toroq użati minn vetturi kbar bħalma huma t-toroq arterjali Triq ix-Xatt u Triq it-8 ta' Diċembru, Bormla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fi Frar 2009 sar xogħol ta’ resurfacing fi Triq ix-Xatt ta’ Bormla u Triq l-Immakulata, Bormla. Aktar xogħol isir skond ir-rizorsi finanzjarji u l-prioritajiet li jkun hemm bżonn.
Leg 11 PQ #6557 Sitting 91 2009-03-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Impjegati li qabżu l-kwota permessa lilhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni impjegati jew b'kuntratt mal-Gvern li fuq infiq permess lilhom fuq safar, xiri u kuntratti magħmula magħhom qabżu l-kwota permessa u dan għall-perijodu 2004/08? U jekk fl-affermattiv, x'kienu l-ammonti u x'passi ttieħdu sabiex dawn il-flus jerġgħu jinġabru?

Response (DALLI, JOHN)

Peress li l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ħafna xogħol, it-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Impjegati li qabżu l-kwota permessa lilhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni impjegati jew b'kuntratt mal-Gvern li fuq infiq permess lilhom fuq safar, xiri u kuntratti magħmula magħhom qabżu l-kwota permessa u dan għall-perijodu 2004/08? U jekk fl-affermattiv, x'kienu l-ammonti u x'passi ttieħdu sabiex dawn il-flus jerġgħu jinġabru?

Response (FENECH, TONIO)

Billi l-informazzjoni li qed tintalab hija mifruxa fuq erba’ snin u titlob riċerka estensiva, nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu.

Bormla — Santa Liena - Ġibjuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi proġett maħsub dwar l-użu aħjar tal-ġibjuni ta' Santa Liena, Bormla? Hemm xi ħsieb li jkunu msewwija biex jilqgħu fihom il-kapaċità oriġinali tal-ilma li għalihom kienu maħsuba?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li il-ġibjuni msemmija huma propjetà tal-Water Services Corporation u għalhekk nitlob l-Onor membru biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #6560 Sitting 91 2009-03-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Impjegati li qabżu l-kwota permessa lilhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni impjegati jew b'kuntratt mal-Gvern li fuq infiq permess lilhom fuq safar, xiri u kuntratti magħmula magħhom qabżu l-kwota permessa u dan għall-perijodu 2004/08? Jekk fl-affermattiv, x'kienu l-ammonti u x'passi ttieħdu sabiex dawn il-flus jerġgħu jinġabru?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn is-snin 2004 u 2008 kien hemm 19 il-persuna li qabżu l-infiq permess lilhom fil-kuntratt tal-impjieg tagħhom kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. Infurmat ukoll li ttieħdu l-passi meħtieġa sabiex il-persuni konċernati jirrifondu lura dawn l-ammonti.
Leg 11 PQ #6561 Sitting 91 2009-03-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati li qabżu l-kwota permessa lilhom

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni impjegati jew b'kuntratt mal-Gvern li fuq infiq permess lilhom fuq safar, xiri u kuntratti magħmula magħhom qabżu l-kwota permessa u dan għall-perijodu 2004/08? Jekk fl-affermattiv, x'kienu l-ammonti u x'passi ttieħdu sabiex dawn il-flus jerġgħu jinġabru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma kienx hemm persuni impjegati jew b'kuntratt mal-Gvern li fuq infiq permess lilhom fuq safar, xiri u kuntratti magħmula magħhom qabżu l-kwota permessa għall-perjodu 2004/2008.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Impjegati li qabżu l-kwota permessa lilhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni impjegati jew b'kuntratt mal-Gvern li fuq infiq permess lilhom fuq safar, xiri u kuntratti magħmula magħhom qabżu l-kwota permessa u dan għall-perijodu 2004/08? Jekk fl-affermattiv, x'kienu l-ammonti u x'passi ttieħdu sabiex dawn il-flus jerġgħu jinġabru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-Ministeru tiegħi ma kienx hemm każijiet bħal dawk indikati mill-Onor Interpellant.

Restawr fuq l-Istatwa ta' San Duminku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6040 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilu u cioè: Peress li ftit tas-snin ilu kien ġie mwiegħed li kellu jsir restawr fuq l-istatwa ta' San Duminku li hemm fid-daħla lejn il-Birgu, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol tant bżonnjuż fuq din l-istatwa artistika jekk hux se jsir? Jekk fl-affermattiv, allura jista' jagħti indikazzjoni meta se jsir dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #6552 Sitting 90 2009-03-10 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Impjegati li qabżu l-kwota permessa lilhom

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni impjegati jew b'kuntratt mal-Gvern li fuq infiq permess lilhom fuq safar, xiri u kuntratti magħmula magħhom qabżu l-kwota permessa u dan għall-perijodu 2004/08? U jekk fl-affermattiv, x'kienu l-ammonti u x'passi ttieħdu sabiex dawn il-flus jerġgħu jinġabru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6553 Sitting 90 2009-03-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mobile speed cameras fit-toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-local wardens qed jużaw il-mobile speed cameras fit-toroq? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid għaliex din l-informazzjoni ma ġietx mgħoddija lill-poplu? F'liema toroq qed jintużaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi m’hemm l-ebda local warden li qed juża’ mobile speed cameras fit-toroq.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Impjegati li qabżu l-kwota permessa lilhom

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien hemm persuni impjegati jew b'kuntratt mal-Gvern li fuq infiq permess lilhom fuq safar, xiri u kuntratti magħmula magħhom qabżu l-kwota permessa u dan għall-perijodu 2004/08? U jekk fl-affermattiv, x'kienu l-ammonti u x'passi ttieħdu sabiex dawn il-flus jerġgħu jinġabru?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jirriżultax illi kien hemm persuni mpjegati jew b'kuntratt mal-Gvern li fuq infiq permess lilhom fuq safar, xiri u kuntratti magħmula magħhom qabżu l-kwota permessa.

Minister għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Impjegati li qabżu l-kwota permessa lilhom

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni impjegati jew b'kuntratt mal-Gvern li fuq infiq permess lilhom fuq safar, xiri u kuntratti magħmula magħhom qabżu l-kwota permessa u dan għall-perijodu 2004/08? U jekk fl-affermattiv, x'kienu l-ammonti u x'passi ttieħdu sabiex dawn il-flus jerġgħu jinġabru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma kien hemm l-ebda persuna impjegata jew b’kuntratt mal-Gvern li qabżet il-kwota permessa fuq safar, xiri u kuntratti magħmula magħha għall-perjodu 2004-2008.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Impjegati li qabżu l-kwota permessa lilhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni impjegati jew b'kuntratt mal-Gvern li fuq infiq permess lilhom fuq safar, xiri u kuntratti magħmula magħhom qabżu l-kwota permessa u dan għall-perijodu 2004/08? U jekk fl-affermattiv, x'kienu l-ammonti u x'passi ttieħdu sabiex dawn il-flus jerġgħu jinġabru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6153 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħaddiema li ma jieħdux paga

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar sena, waslulux rapporti ta' ħaddiema li qed jgħaddu ġimgħat u xhur bla ma jieħdu l-paga? X'jista' jsir sabiex din is-sitwazzjoni tkun irranġata sabiex tittaffa t-tbatija ta' dawn il-ħaddiema?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li meta jiġu individwati każi fejn ikun allegat li ma tħallsitx il-paga skont il-liġi, id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg jagħmel l-investigazzjonijiet meħtiega fil-post tax-xogħol konċernat. Jekk jirriżulta li l-pagi ma tħallsux, issir talba lill-prinċipal biex iħallas l-ammonti dovuti lill-ħaddiema. Jekk dawn il-pagi jibqgħu ma jkunux imħallsa, kif ikun talab id-Dipartiment, jittieħdu l-passi neċessarji kontra l-prinċipal quddiem il-Qorti talli jkun naqas li jħallas il-pagi skond il-liġi.
Leg 11 PQ #6154 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ażjendi li jaħdmu fuq 3 day week

Question

Peress li issa sfortunatament għandna numru ta' ażjendi li qed jaħdmu fuq il-4 day week, jista' l-Ministru jgħid jekk kellux xi talbiet matul is-sena 2008 u 2009 sabiex xi ażjendi jmorru għal 3 day week? Jekk għandna minn dawn l-ażjendi li qegħdin fuq 3 day week, jista' jgħid liema huma?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li ma kien hemm l-ebda talba lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg biex xi azjenda tmur fuq 3 day week.

Awtorità dwar it-Trasport — dewmien biex jinħarġu n-number plates

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala persuni li importaw karozza second hand, u jmorru l-Awtorità dwar it-Trasport biex iħallsu r-registration qed ikollhom jistennew sa tliet ġimgħat sabiex jingħataw in-number plates?

Response (GATT, AUSTIN)

Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi speċifikament għall-karozzi second hand impurtati minn barra l-UE. Id-dewmien f'dawn il-każi ġej mill-fatt li l-importaturi ma setgħux jipprovdu ċertifikazzjoni ta' emissjonijiet konformi man-norma Ewropej. Ninsab infurmat li l-importaturi sabu soluzzjoni għal din il-problema u r-reġistrazzjoni ġejja lura għan-normal.

Għawdex — ħaddiema Maltin inaddfu l-Qasam Industrijali tax-Xewkija u ta' Dbiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li ħaddiema Maltin qed jittellgħu Għawdex sabiex inaddfu l-Qasam Industrijali tax-Xewkija u ta' Dbiegi? X'inhi din ir-raġuni? Għaliex mhux jintużaw ħaddiema Għawdxin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Industrial Parks għanda group ta’ ħaddiema li jieħdu ħsieb it-tindif ġenerali tal-industrial areas. Ix-Xewkija u Ta’ Dbiegi huma areas li jaqaw taħt ir-responsabilita tal MIP, għalhekk dawn jiġu imnadfa ukoll min MIP.