Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi rranġata l-art/it-triq li hemm mill-monument tal-31 ta' Marzu sal-Club tar-Regatta ta' Bormla, issa li anke f'din il-parti qed ikun hemm irmiġġati jottijiet ta' ċertu daqs?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Xiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Ta' liema marka, x'tip kienu u kemm qamu?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li tiġi rranġata s-sitwazzjoni tal-pensjoni tal-Pulizija, biex din ukoll tibda tiżdied skond l-inflazzjoni u l-għoli tal-ħajja?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kull pensjoni tat-Teżor tinħadem fuq l-aħħar paga li jkollha l-persuna qabel ma tirtira mis-servizz, jew mill-korp. Dan huwa stabbilit bil-liġi u għaldaqstant kull tibdil irid isir b'emendi strutturali fil-leġislazzjoni.
Meta persuna tirtira mis-servizz din tibqa’ tieħu l-istess pensjoni tat-Teżor għal dejjem. Meta din il-persuna tilħaq l-eta ta’ 61 sena, din tibda tirċievi wkoll il-pensjoni tas-sigurta' soċjali. Iż-żiediet tal-għoli tal-ħajja normalment dejjem jingħataw mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali mal-pensjoni tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq attivitajiet kulturali u turistiċi imtella' separatament fil-Birgu, Bormla, Isla u Kalkara mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mis-sena 2000 sal-lum, sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6564 u jgħid kemm intnefqu flus fuq attivitajiet kulturali u turistiċi imtella' separatament fil-Birgu, Bormla, Isla u Kalkara mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mis-sena 2000 sal-lum, sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 6564.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6563 u jgħid min huma l-membri tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera? Kemm-il darba ltaqgħu matul is-sena 2008? Kemm kellhom flus ivvutati? Liema proġetti saru matul is-sena 2008 u f'liema lokalità? Kemm kienet l-ispiża f'kull każ?
Kottonera — Ċentri ta' detenzzjoni immigranti illegali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinfetħu xi ċentri oħra ta' detenzjoni għall-immigranti illegali? Jista' jserraħ ras in-nies tal-Kottonera li mhux ser jinfetaħ xi ċentru simili f'dawn in-naħat?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall- Mistoqsija Parlamentari numru 6306.
Qrati ta' Malta — applikazzjonijiet għall-promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru promozzjonijiet fil-Qrati tal-Ġustizzja ta' Malta? Jista' jgħid x'kienu l-gradi f'kull każ, kemm kien hemm applikazzjonijiet għal kull każ, u kemm saru promozzjonijiet għal kull każ? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jingħataw aktar promozzjonijiet? Jekk fl-affermattiv, f'liema grad se jkunu dawn il-promozzjonijiet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Għar-rigward ta' l-ewwel żewġ partijiet ta' din il-Mistoqsija Palamentari, nitlob lill-Onorevoli Membru jispeċifika l-perjodu li qed jirreferi għalih sabiex inkun nista' nagħtih tweġiba.
Fir-rigward ta' l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi matul is-sena 2009, il-Qrati tal-Ġustizzja ta' Malta bi ħsiebhom joħorġu applikazzjonijiet għal promozzjonijiet fi tlett gradi li huma: Purtiera, Marixxalli Anzjani u Assistent Reġistratur.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm taħrikiet fuq rimi ta' skart matul is-sena 2008 xahar b'xahar? Kemm inġabru flus minn dawn? Jista' jaqsamhom skond ir-raġuni tat-taħrika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli (A u B) bit-taħrikiet fuq rimi ta skart matul is-sena 2008. Tabella A turi kemm ingħataw ċitazzjonijiet xahar b’xahar waqt li tabella B turi kemm minhom kienu tħallsu sad-data indkikata.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Triq SM Genuis - kwestjoni fuq bus shelter
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4299, fejn il-Ministru qal li l-applikazzjoni għall-bus shelter fi Triq SM Genuis, Birgu ma ġietx approvata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Ministru jgħid:
a) Min irtira din l-applikazzjoni bin-numru li qed jintbagħat separatament u għal liema raġuni ġiet irtirata?
b) Jekk ġiet irrifjutata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, għaliex sar dan meta l-pjanti ta' dan il-bus shelter huma identiċi għall-bus shelters moderni mferrxin mat-toroq f'Malta u f'Għawdex?
Jista' jgħid ukoll x'kienet ir-raġuni għal dan ir-refusal u dan meta dan il-bus shelter ilu jeżisti madwar għaxar snin u kull ma kellu jsir kien li tinbidel l-istruttura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha L-Onorevoli Interpellant ma kinitx aċċettata mill-MEPA minħabba li ma kinux ġew sottomessi d-dokumenti kollha meħtieġa mill-Kuntrattur imqabbad mill-ADT. Infurmat ukoll li l-istess kuntrattur qiegħed fil-proċess li jerġa’ japplika mill-ġdid għal dan il-Bus Shelter.
L-ADT ħadet ukoll ħsieb li tinforma lill-Kunsill Lokali tal-Birgu sabiex dan jassumi r-responsabbiltà ghat-tqegħid ta’ dan il-
Bus Shelter
skont kif provdut fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 363.79 – Ordni dwar delegazzjoni ta’ Funzjoni lill-Kunsilli Lokali (Bus Shelters).
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6494 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: Peress li ftit tas-snin ilu kien ġie mwiegħed li kellu jsir restawr fuq l-istatwa ta' San Duminku li hemm fid-daħla lejn il-Birgu, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol tant bżonnjuż fuq din l-istatwa artistika jekk hux se jsir? Jekk fl-affermattiv, allura jista' jagħti indikazzjoni meta se jsir dan ix-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li r-restawr ta’ din l-istatwa huwa nkluż fit-tenders għar-restawr tas-swar tal-Birgu. Dawn it-tenders ġew ippublikati u s-sejħa għall-offerti tagħlaq fl-ewwel t’April li ġej. Ix-xogħol huwa mistenni li jibda aktar tard din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid minn meta qed ikunu mitluba ħlas sabiex jinġabru employment history u xi informazzjoni oħra? X'inhuma dawn il-ħlasijiet u għal liema servizz?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-ħlas għall-informazzjoni uffiċjali relatati ma’ storja tax-xogħol (employment history) jew storja ta’ reġistrar (registration history) ta’ individwu kienet stabbilita fil-1992. Il-ħlasijiet mitluba għall-dawn is-servizzi u xi oħrajn huwa kif ġej:
Storja tax-xogħol (Employment History) €3 għall kull lista*
Storja ta’ Reġistrar (Registration History) €3.50 għall kull lista*
Lista ta’ l-Impjegati ta’ Imprenditur:
- Dik uffiċjali €23 għall kull lista separata
- Għall użu intern tal-imprenditur B’xejn
Lista ta’ kemm imbiddlu nies ma’
Imprenditur (Turnover List) B’xejn
Informat ukoll li l-prezzijiet ta’ hawn fuq (bi stilla ħdejhom*) japplikaw biss għall-persuni li għandhom impjieg. Nies li ma jaħdmux jew li waslu għall-pensjoni jingħataw is-servizz b’xejn.
Awtorità Marittima ta' Malta — Baċir Nru 1 - bollards u ħadid
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet ġodda għall-Baċir Nru 1? X'inhi r-raġuni għaliex ħaddiema tal-Awtorità Marittima ta' Malta żebgħu bollards u xi ħadid ieħor mad-dawra tal-Baċir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-inkjesta Maġisterjali dwar il-mewt traġika tas-suldat Matthew Psaila nhar il-Ġimgħa 13 ta' Frar, 2009 issa tlestiet u li sar ir-rapport? Peress li dan l-inċident qajjem interess nazzjonali u l-poplu għandu dritt ikun jaf x'ġara, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dak li rriżulta dwar l-inċident minn dan ir-rapport u jpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra x'kienu l-konklużjonijiet tal-inkjesta Maġistraljali? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jittieħdu xi passi f'każ li jirriżulta li kien hemm nuqqasijiet fil-qadi tad-dmir ta' min kien responsabbli minn ħajjet dan iż-żagħżugħ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-inkjesta li saret mill-Maġistrat dwar il-mewta traġika tas-suldat Matthew Psaila ġiet konkluża u l-proċess verbal relattiv flimkien mal-provi u d-dokumenti kollha miġbura fil-kors ta’ l-inkjesta, ntbagħtu għand l-Uffiċċju ta’ l-Avukat Ġenerali. F’dan l-istadju l-atti ta’ l-inkjesta qegħdin jiġu eżaminati mill-uffiċċju msemmi sabiex jiġi determinat jekk hemmx lok ta’ xi indaġnijiet oħrajn u x’passi oħra għandhom jittieħdu fir-rigward. Id-decizjoni jekk jingħatax aċċess għall-atti ta’ l-inkjesta u meta dan ikun jista’ jsir, hi deċiżjoni li tispetta lill-Avukat Ġenerali. Ma għandi ebda dubbju li jekk jirriżulta li għandhom jittieħdu xi passi kriminali jew xort’oħra fil-konfront ta’ xi ħadd, dawn il-passi jittieħdu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6041 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioè : Peress li issa n-numru ta' ħaddiema fuq il-kotba tal-Malta Shipyards niżlu għan-numru li xtaq il-Gvern, jista' jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi fuq il-privatizzazzjoni tat-Tarzna?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa qedjiġu evalwati l-offerti mitfugħa minn kumpaniji interessati li jinvestu fil-Malta Shipyards. Fit-12 ta Frar 2009, id-data li fiha għalaq iż-żmien sakemm setgħu jibagħtu l-offerti, il-Privatisation Unit irċeviet 14 –il proposta. Dawn kienu maqsumin hekk:
Ship Repair
3
Ship Building
3
Super Yachts
5
Manoel Island Yacht Yard
3
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera? Kemm-il darba ltaqgħu matul is-sena 2008? Kemm kellhom flus ivvutati? Liema proġetti saru matul is-sena 2008 u f'liema lokalità? Kemm kienet l-ispiża f'kull każ?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq attivitajiet kulturali u turistiċi imtella' separatament fil-Birgu, Bormla, Isla u Kalkara mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mis-sena 2000 sal-lum, sena b'sena?
Bormla, Isla, Birgu u Kalkara — Proġetti ta' akkomodazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il survey arkeoloġiku sar f'Bormla, Isla, Birgu u Kalkara qabel ma nħarġu permessi għat-twaqqiegħ u bini mill-ġdid ta' proġetti ta' akkomodazzjoni bejn is-sena 2000 u llum? Jista' jgħid ukoll jekk f 'kull każ sarx environmental impact assessment minħabba li ż-żona hi ta' importanza storika u arkeoloġika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'dak li għandu x'jaqsam ma’ proġetti ta' akkomodazzjoni qatt ma sar stħarriġ arkeoloġiku f'Bormla, Isla, Birgu u Kalkara, la f'dawn l-aħħar snin u lanqas qabel. L-informazzjoni dwar sejbiet arkeoloġiċi f'dawn l-inħawi hija skarsa ħafna u investigazzjonijiet arkeoloġiċi jkunu ġustifikati biss jekk ikun hemm dokumentazzjoni jew suspett informat dwar xi fdalijiet fl-inħawi.
Madankollu, l-MEPA għamlet żoni ta'
constraints
madwar il-Birgu kollu, u qiegħ il-baħar tal-Port il-Kbir peress li f'dawn iż-żoni kienu dokumentati bi preċiżjoni varja xi fdalijiet arkeoloġiċi li illum huma mgħottija bil-bini jew taħt il-baħar, kif ukoll it-tarf ta' Bighi fejn kienu nstabu lapidi ta' oqbra Eġizzjani (illum fil-British Museum). Żoni ta'
constraints
arkeoloġiċi oħra jinkludu kmamar mqatta’ fil-blat u dekorati fl-Isla u qabar viċin Dock Nru. 5. L-uniku sit arkeoloġiku li wieħed jista’ jara huma
cart-ruts
fil Kalkara barra ż-żona ta' l-iżvilupp.
Barra minn hekk, fil bidu tas snin 2000, il-MEPA obligat li jsiru investigazzjonijiet arkeoloġiċi fuq l-art u taħt il-baħar fil-proġett tal-Marina tal-Birgu fejn ġew dokumentati fdalijiet mill-epoka medjevali sal-lum, u l-bċejjeċ li ittellgħu min qiegħ il-baħar illum huma esposti fil-Mużew Marittimu fil-Birgu. Ftit snin ilu saru skavi arkeoloġiċi biex jinstab il-pedament ta' l-arloġġ tal-Birgu. Fil-proġett tal-Forti Sant’Anġlu saru diversi kontrolli arkeoloġiċi waqt ir-restwar u xogħol ieħor. Kull min għandu nformazzjoni dwar fdalkijiet arkeoloġiċi huwa obbligat bil-liġi li jinforma l-awtoritajiet konċernati minnufih sabiex dawn ikunu jistgħu jaġixxu.
Fiż-żona msemmija, tnedew valutazzjonijiet ta' l-impatti ambjentali (environmental impact assessments - EIA) għal dawn il-proġetti:
1. L-applikazzjoni għall-permess PA 8201/06 (Ir-riabilitazzjoni tal-Baċir Numru 1, li kien jinkludi fih żvilupp residenzjali). Dan il-proġett kien jikkwalifika għall-EIA kien jinkludi studji tal-arkeoloġija tas-sit u tal-madwar.
2. L-applikazzjoni għall-permess PA 4855/99 (L-iżvilupp ta'
yacht marina
fid-Daħla tat-Tarzna ġewwa l-Isla). Dan il-proġett kien jikkwalifika għall-EIA, li kien jinkludi studi tal-arkeoloġija fil-baħar.
Żviluppi oħra fl-inħawi ma kienux jikkwalifikaw għall-EIA skond il-kriterji legali eżistenti.