Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali kull sena mill-2005 'l hawn? Minn liema lokalitajiet kienu? Kemm-il applikazzjoni ġiet allokata akkomodazzjoni kull sena u minn liema lokalità kienu?
Response (DALLI, JOHN)
Ser inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tabella A hawn turi n-numru ta’ applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni alternattiva li daħlu mis-sena 2005 ‘l hawn, filwaqt li Tabella B turi l-applikazzjonijiet li ġew allokati mis-sena 2005 ‘l hawn.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-impjegati fid-diversi gradi - full-timeu part-time - li jifformaw l-istaff tad-djar residenzjali tal-Furjana, l-Imsida, il-Gżira, Bormla, il-Mosta u l-Imtarfa?
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm għalliema fl-iskejjel ta' l-istat li ngħataw estenzjoni għalkemm laħqu l-età ta' l-irtirar? X'suġġetti jgħallmu? Għaliex inħass il-bżonn li tingħata din l-estenzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Suġġetti
Settur Primarju
5
Primarju
Settur Sekondarju
9
Autocad
Design & Technology
Graphical Communication
Maltese
Systems of Knowledge
English
Italian
Maths
Dawn l-għalliema li hawn f’din it-tabella ġew impjegati bħala
Retired Teachers
għax ma kienx hemm għalliema regolari ġodda li applikaw biex jgħallmu s-suġġetti msemmija. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ma jagħtix estensjoni għal għalliema li laħqu l-eta’ ta’ l-irtirar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' households li qed jirċievu s-servizz tal-home help care? Minn dan in-numru, kemm hemm households li fihom hemm aktar minn persuna waħda li qed tirċievi dan is-servizz? Kemm hemm minnhom li huma persuni bi bżonnijiet speċjali?
Studenti li jmorru ħarġa kulturali — Ħlas tad-dħul
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li studenti li jittieħdu fuq ħarġa kulturali f'xi mużew tal-Malta Heritage qed jintalbu ħlas għad-dħul? Jekk fl-affermattiv, tgħid jekk qattx ġie ikkunsidrat li dan il-ħlas ma jsirx f'dawn il-każi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mhux minnu li studenti li jittieħdu fuq ħarġa kulturali f’xi mużew tal-Heritage Malta qed jintalbu ħlas għad-dħul. Il-proċedura hi li timtela applikazzjoni minn ġimgħa qabel, din tintbagħat b’e-mail sabiex jingħata l-permess lit-tfal biex iżuru s-siti storiċi b’xejn.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn skejjel għal tfal bi bżonnijiet speċjali u kemm hemm klassijiet f'kull waħda minn dawn l-iskejjel? Tista' tgħid ukoll kemm qed jattendu studenti fihom separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, għandu:
· Erba’ skejjel għal tfal bi bżonnijiet speċjali f’Malta
· Unit li jagħmel parti mill-iskola Primarja ta’ Sannat għal tfal bi bżonnijiet speċjali f’Għawdex
· Skola u Craft Centre għal tfal b’imġiba diffikultuża f’Malta
Skola
Numru ta’ Klassijiet
Numru ta’ Studenti
Guardian Angel
9
83
Dun Mikiel Attard, Wardija
6
51
San Miguel
6
44
Helen Keller
4
20
Mater Dei
4
29
St. Patricks Craft Centre
4
27
Sannat Special Unit
3
19
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm part-time social assistants fid-djar residenzjali tal-anzjani tal-Furjana, l-Imsida, Bormla, il-Gżira, il-Mosta u l-Imtarfa? Kemm hemm part-time social assistants f'San Vincenz de Paule?
Tista' l-Ministru tgħid x'kien l-assenteiżmu mill-iskejjel tal-Gvern fis-sena skolastika li għaddiet mqassma fi skejjel primarji, sekondarji, eċċ? Tista' tgħid ukoll liema skejjel kellhom lanqas, kif ukoll l-aktar każi ta' assenteiżmu? Kontra kemm-il ġenitur ttieħdu passi bil-qorti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6559 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Ambjent Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx xi proġett maħsub dwar l-użu aħjar tal-ġibjuni ta' Santa Liena, Bormla? Hemm xi ħsieb li jkunu msewwija biex jilqgħu fihom il-kapaċità oriġinali tal-ilma li għalihom kienu maħsuba?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5908 u jara li ssir spezzjoni u tittieħed azzjoni sabiex jinqerdu l-ammonti kbar ta' firien li hemm fl-akkwati tal-Blocks 1A, 1B, 2A, 2B, 3A, 3B f'San Ġwann t'Għuxa Bormla?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li saret spezzjoni minn uffiċjali tad-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali fil-lokal indikat ġo San Ġwann t’Għuxa Bormla. Fl-inħawi ma’ ġie nnotatat l-ebda akkumulu ta’ skart u lanqas xi drenagg miftuh. L-Aħħar trattament kontra l-ġrieden f’din l-area sar fid-19 ta’ Jannar 2009.
Informat ukoll li fl-4 ta’ Marzu, 2009, ħaddiema mis-sezzjoni għal protezzjoni kontra l-ġrieden, poġġew velenu tal-ġrieden fuq wara ta’ dawn il-
Blocks
li jiġi taħt is-swar. Tpoġġa wkoll velenu fil-manhole tad-drenaġġ tal-gvern quddiem
Block 3B
. L-
Area
indikata ser tibqa tiġi sorveljata u jerġa jsir trattament għal kontra il-ġrieden kif ikun hemm bżonn.
Awtorità Marittima ta' Malta — Baċir Nru 1 - bollards u ħadid
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7007 u jgħid jekk hemmx xi pjanijiet ġodda għall-Baċir Nru 1? X'inhi r-raġuni għaliex ħaddiema tal-Awtorità Marittima ta' Malta żebgħu bollards u xi ħadid ieħor mad-dawra tal-Baċir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li qed isir studju fuq il-possibilita’ li ssir marina temporanja f’din il-lokalita’ sakemm tittieħed id-deċiżjoni.aħħarija dwar il-proġett il-ġdid għad-Dock 1. Għaldaqstant, l-Awtorita’ Marittima ħadet ħsieb li jsiru xi xogħolijiet żgħar .
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti li se jtemmu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom f'din is-sena skolastika fl-area secondary schools, fil-Junior Lyceums, fl-iskejjel tal-knisja u fl-iskejjel privati? Tista' tagħti l-istatistika maqsuma f'subien u bniet? Tista' t-tagħrif jinqasam għal Malta u Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti li ggradwaw bħala għalliema fl-aħħar gradwazzjoni li kien hemm? Tista' tgħid jekk dawn hux kollha sabu mpjieg? Kemm iggradwaw biex igħallmu fl-iskejjel primarji? Tista' tgħid kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa f'kull każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ studenti li ggradwaw bħala għalliema f’Diċembru 2008 hu kif jidher hawn taħt:
Kors
Nisa
Irġiel
Total
B.Ed.(Hons):
li minnhom
Primary
92
27
30
3
122
30
PGCE
68
28
96
Id-Dipartiment għal Servizzi Edukattivi rċieva 89 applikazzjoni mingħand individwi li applikaw għall-post ta’ għalliema fis-settur Primarju. Minn dawn l-applikazzjonijiet kien hemm 53 ineliġibbli. Kien hemm 36 li qagħdu għall-intervista u minn dawn għaddew 28 (25 nisa u 3 irġiel), 5 m’għaddewx u 3 irtiraw l-applikazzjoni. Minn dawk li għaddew 22 ġew impjegati, 5 talbu postponiment u 1 inħatar kap ta’ skola.
L-Universita’ ta’ Malta u d-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni m’għandhomx informazzjoni jekk dawk li ggradwaw sabux impjieg.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet hemm miftuħa ċentri għal matul il-jum għall-anzjani? F'liema ġranet u ħinijiet dawn ikunu miftuħa? Kemm jattendu anzjani f'kull ċentru?
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Xiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Ta' liema marka, x'tip kienu u kemm qamu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 sal-lum, f'liema toroq ġew approvati road humps (sleeping policmen) f'Bormla, Birgu, l-Isla, il-Kalkara, ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Fgura? Kemm ġew approvati road humpsf'kull triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Bormla — Ġnien C. Mifsud Bonniċi - latrina pubblika
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5478, fejn il-Prim Ministru qal li qed isir tibdil fil-pjanti sabiex tkun tista' tinbena latrina pubblika fi Ġnien C. Mifsud Bonniċi Bormla, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi progress peress li reġa' wasal sajf ieħor u dan il-ġnien jerġa' jibda jkun frekwentat?
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi progress jew aktar konsultazzjoni ma' dawk interessati li jiżviluppaw il-Baċir Numru 1? Jekk le, jista' jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb kif ser jinbidel dan il-post f'żona aktar attraenti?
Response (GATT, AUSTIN)
“Iva, l-konsultazzjonijiet fuq il-Baċir Numru 1 tkomplew u għadhom għaddejjin bl-intenzjoni li deċizjoni dwar il-proġett tittieħed fil-futur qarib”.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet hux qed jieħdu xi prekawzjonijiet sabiex jiġu evitati xi epidemiji li jistgħu jkunu qed jinġarru mill-immigranti irregolari li għandna kemm fiċ-ċentri ta' detenzjoni kif ukoll fl-open centres?