Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birgu — Triq San Lawrenz - tiswija fuq it-triq

Question

Peress li x-xogħol fuq Triq San Lawrenz, Birgu ilu s-snin biex isir u b'konsegwenza ta' dan ir-residenti ta' din it-triq qed ikollhom jgħixu fi trabijiet u għadajjar ma' kull ħalba xita, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din it-triq xi darba ssir? Jekk fl-affermattiv, jista' allura jgħid meta jaħseb li jista' jsir dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7819 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

San Vincenz de Paule — Anzjani jistennew biex jidħlu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani fis-swali tal-Isptar Mater Dei u l-Isptar Karen Grech li qed jistennew biex jiġu trasferiti fir-Residenza San Vincenz de Paule sala b'sala? Kemm ilhom fuq il-waiting list?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7820 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bormla — Dar tal-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu anzjani fid-Dar għall-Anzjani ta' Bormla matul dawn l-aħħar sentejn, xahar b'xahar u minn liema rħula kienu ġejjin?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #7821 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tfal f'familji Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn familji fil-gżejjer Maltin li: (1) huma bla tfal; (2) għandhom wild wieħed; (3) għandhom żewġt itfal; (4) għandhom tlett itfal; (5) għandhom erbat itfal; (6) għandhom ħamest itfal; (7) addottaw tfal minn Malta stess; u (8) addottaw tfal minn barra minn Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Leg 11 PQ #7822 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Postijiet assenjati b'kera lil persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew assenjati postijiet b'kera mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali kif ukoll mill-Awtorità tad-Djar (separatament) lill-persuni b'diżabilità, fis-sena 2007 u 2008?

Response (DALLI, JOHN)

Id-Dipartiment ta’ l-Akkomodazzjoni Soċjali u l-Awtorita’ tad-Djar huma entita’ waħda. Matul l-aħħar sentejn, l-Awtorita’ tad-Djar allokat 21 appartament bil-kera fl- 2007 u 28 Appartament bil-kera fl-2008 lil persuni b’disabilita’.
Leg 11 PQ #7823 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Leak f'appartament tal-Gvern

Question

Wara li għal darb'oħra saret inspection f'appartament tal-Gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn il-perit qed jgħid li hemm leak, jista' l-Ministru jgħid meta se tittieħed azzjoni sabiex tissewwa l-ħsara?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob L-Onor. Interpellant biex jipprovdi iktar informazzjoni biex tkun tista tingħata l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #7995 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Senglea — Triq is-Sur - problema ta' firien

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa dwar ilmenti mir-residenti fi Triq is-Sur, Senglea, li qed ikollhom iħabbtu wiċċhom ma' firien fit-triq li qed jiġu mit-tarzna?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Qasam Industrijali — Kumpanniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji joperaw f'kull Qasam Industrijali, maqsuma skond is-settur?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Qasam Industrijali — Kumpanniji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 2436 u jgħid kemm hemm kumpanniji joperaw f'kull Qasam Industrijali, maqsuma skond is-settur?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2436.

Qasam Industrijali — Kumpanniji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2886 u 2436 u jgħid kemm hemm kumpanniji joperaw f'kull qasam industrijali, maqsuma skond is-settur?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2436.
Leg 11 PQ #7813 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

San Vincenz de Paule — Residenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fir-residenza San Vincenz de Paule x'inhu: a) in-numru ta' nisa residenti u n-numru ta' irġiel residenti; b) in-numru ta' residenti minn kull lokalità ta' Malta, lokalità b'lokalità; c) in-numru ta' anzjani fuq il-waiting list għal kull lokalità ta' Malta?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7814 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li attendew il-bereġ tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid skond l-istatistika li jżomm id-dipartiment tal-kura primarja x'kien in-numru ta' persuni li attendew il-bereġ tal-Gvern fid-distretti, sena b'sena mill-2005 sa l-2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #7815 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li fittxew l-għajnuna tad-Detox

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta' persuni li fittxew l-għajnuna tad-Detox minħabba abbuż tad-droga, matul is-sena 2008? Kemm kienu nisa u kemm irġiel? X'kienet l-aktar sustanza abbużata?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li matul l-2008, 1,085 persuna għamlu użu mis-servizzi tad-Detox Out-Patients li tmexxi s-Sedqa. Minn dawn 188 kienu nisa u 897 kienu rġiel. Fost dawn 53 raġel u 23 mara għamlu użu mis-Servizzi tad-Detox għall-ewwel darba. Informat ukoll li 1,017 mill-1,085 persuna li nqdew bis-Servizzi tad-Detox (kwazi 94%) fittxew l-għajnuna minħabba problema ta’ eroina
Leg 11 PQ #7816 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Każijiet ta' suwiċidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' suwiċidju sena b'sena bejn l-2006 u l-2008? Jista' jindika kemm minn dawn kienu barranin, kien ukoll in-numru ta' nisa, irġiel u kemm minnhom kienu addoloxxenti taħt it-18-il sena?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li kien hemm 70 mwiet kawża ta' suwiċidju bejn is-sena 2006-2008 skond ir-Reġistru Nazzjonali ta' l-imwiet. Minn dawn 5 kienu barranin. Ma kienx hemm każijiet ta' suwiċidju li kienu addoloxxenti taħt it-18-il sena. L-informazzjoni mitluba sena b'sena hija hekk :- Sena Irġiel Nisa Barranin Taħt it-18-il sena 2006 22 5 1 0 2007 25 1 1 0 2008 14 3 3 0.
Leg 11 PQ #7818 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nies li għandhom il-karta r-roża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk in-nies li għandhom il-karta r-roża din is-sena? Kemm kien dan in-numru għas-sena 2007, 2006, 2005 u 2004?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7807 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ġbir ta' flus minn kontribuzzjonijiet ta' anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru flus matul is-sena 2008 mill-kontribuzzjonijiet tal-anzjani: a) fir-residenza San Vincenz de Paule, b) fid-djar residenzjali tal-gvern, c) fi djar privati permezz tal-private public partnership, d) mill-home help/care service u e) minn fondi oħra?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.