Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' abbuż minn benefiċċji soċjali matul is-sena 2008, maqsuma skond it-tip ta' benefiċċju? Jista' jgħid ukoll għal kemm hu l-ammont li jrid jiġi rkuprat għal kull tip ta' benefiċċju?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat ukoll li barra dawn, xi każijiet li d-Direttorat identifika għadhom pendenti għad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tas-Sigurta` Soċjali.
Informat li d-Direttorat (Frodi ta’ Benefiċċji u Investigazzjoni) ma jżommx statistika ta’ kull ammont li jrid jiġi rkuprat għal kull tip ta’ benefiċċju, iżda l-ammont totali ta’ flus li jridu jiġu rkuprati mill-Benefiċċji Soċjali msemmija fit-tabella huwa ta’ €968,000. L-irkuprar ta’ dawn isir mid-Diviżjoni tas-Sigurta` Soċjali. Ta’ min isemmi li dan l-ammont ma jinkludix l-iffrankar ta’ flus li kienu jitħallsu fuq l-imsemmija Benefiċċji Soċjali kieku dawn ma ġewx imwaqqfa, li għas-sena li għaddiet huwa stmat li kien jammonta għal €2,523,500.
Kunsilli lokali — segretarju eżekuttiv - informazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu is-Segretarji Eżekuttivi ta' kull kunsill lokali sa mit-twaqqif tagħhom sal-lum u jgħid ukoll il-perijodu li fih servew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsillieri li rriżenjaw mill-kunsill lokali mit-twaqqif tagħhom sal-lum? Jista' jgħid ukoll kemm kien il-perijodi li servew ta' kunsilliera?
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu skejjen ta' immigranti illegali matul is-sena 2008? X'daqs kienu? X'sar minnhom jew xi ħsieb kemm li jsiru bihom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-2008 daħlu f'Malta 84 dgħajsa b'immigranti illegali. Infurmat ukoll li dawn id-dgħajjes, li l-qies tagħhom kien ivarja bejn 18 u 60 pied, jinżammu mill-Forzi Armati ta' Malta.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm hawn Libjani li għandhom resident's permit? Kemm inħarġu visas minn Jannar 2009 sal-lum lil ċittadini Libjani sabiex iżuru Malta? Kemm minnhom applikaw għall-visa extension u kemm minnhom ingħataw refusal?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li 719 Libjan għandhom resident's permit u li minn Jannar 2009 sad-29 ta' April 2009 inħarġu 2,346 visa lil ċittadini Libjani biex iżuru Malta.
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel it-tielet parti tal-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2008 inqabdux xi persuni fuq ġlied ta' klieb? Jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm? F'liema lokalità nqabdu? U x'sar f'kull każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-2008 il-Pulizija ma qabdet lil ħadd iġelled il-klieb.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jitlajjaw għall-prostituzzjoni matul is-sena 2008? F'liema lokalità nstabu u x'sar f'kull każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-2008 kien hemm 65 persuna li bejniethom tressqu l-Qorti 204 darba fuq akkużi ta' tlajjar għal skop ta' prostituzzjoni f'dawn il-lokalitajiet:- il-Gżira, l-iMsida, il-Marsa u l-Belt.
Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-rata ta' assenteiżmu fl-iskejjel primarji statali, maqsuma lokal, lokal, matul is-sena skolastika 2007/8? Tista' tgħid ukoll kemm kien in-numru ta' ġenituri li tressqu l-qorti fl-istess perijodu għax fallew l-iskola lill-uliedhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar, tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-rata ta' assenteiżmu fl-iskejjel sekondarji statali, maqsuma lokal, lokal, matul is-sena skolastika 2007/8? Tista' tgħid ukoll kemm kien in-numru ta' ġenituri li tressqu l-qorti fl-istess perijodu għax fallew l-iskola lill-uliedhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar, tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Awtorità Marittima ta' Malta — Applikazzjonijiet Pendenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità Marittima ta' Malta relatati ma' proġetti f'Kemmuna? X'tip ta' applikazzjonijiet huma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta ħaddiema li preżentament qed jaħdmu fil-Malta Shipyards? Jista' jaqsamhom bejn Maltin u barranin u jgħid ukoll x'sengħa għandhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Ninsab infurmat li ma hemmx ħaddiema barranin fil-Malta Shipyards.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu passaporti matul is-sena 2007 u 2008 sena b'sena? Jista' jaqsamhomm skont mnejn ħarġu, cioè Malta, Għawdex u l-ambaxxati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Bormla — Pjazza Santa Margerita - bini ta' underground car park
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi progress dwar il-bini ta' underground car park taħt Pjazza Santa Margerita Bormla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni PA 3366/08 (Renewal of Outline Development permit PA2243/02 - Proposed multi-level car park) ġiet deċiża mill-Bord tal-MEPA fl-4 ta' Diċembru 2008.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn CCTV cameras tal-kunsilli lokali? F'liema lokalità qegħdin? Kemm-il citazzjoni ħarġet għal kull każ matul l-aħħar tliet xhur? Minn min jiġu vverifikati dawn iċ-ċitazzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Xgħajra, Fgura u Żabbar — citazzjonijet fuq kontravenzjonijiet tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru citazzjonijet fuq kontravenzjonijiet tat-traffiku minn Jannar 2009 sal-lum f'Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Xgħajra, Fgura u Żabbar? Jista' jgħid x'tip ta' kontravenzjonijiet kienu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar u t-22 ta’ April tal-2009 kien hemm 1,101 kontravvenzjonijiet tat-traffiku rrapurtati mill-Pulizija fil-lokalitajiet msemmija mill-Onorevoli Interpellant. Fost il-kontravvenzjonijiet kien hemm nuqqas ta’ lbies ta’ seatbelt, ipparkjar ipprojbiti mil-Liġi, liċenzji mhux imwaħħla mal-windscreen, sewqan fuq il-linji, u diversi oħrajn.