Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm latrini pubbliċi fit-Tlett Ibliet tal-Kottonera? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx sar studju dwar il-bżonn ta’ aktar latrini pubbliċi marbut man-numru dejjem jiżdied ta’ turisti li jżuru l-Kottonera?
Response (BONETT, CHRIS)
Nistieden lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm latrini pubbliċi fit-Tlett Ibliet tal-Kottonera? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx sar studju dwar il-bżonn ta’ aktar latrini pubbliċi marbut man-numru dejjem jiżdied ta’ turisti li jżuru l-Kottonera?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Divizjoni ghall-Gvern Lokali li l-informazzjoni mitluba hi skond kif gej:
LokalitàNru. Ta’ latrini Pubbliċi
Il-Birgu4
L-Isla3
Bormla3
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm latrini pubbliċi fil-Belt Valletta? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx sar studju dwar il-bżonn ta’ aktar latrini pubbliċi marbut man-numru dejjem jiżdied ta’ turisti li jżuru l-Belt Valletta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li hemm 8 latrini pubbliċi fil-lokalità.
Intant infurmat wkoll li minn naħa tal-Kunsill Lokali ma sarx studju dwar il-bżonn ta’ aktar latrini pubbliċi fil-lokalità.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm latrini pubbliċi fl-Imdina? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx sar studju dwar il-bżonn ta’ aktar latrini pubbliċi marbut man-numru dejjem jiżdied ta’ turisti li jżuru l-Imdina?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm latrini pubbliċi fl-Imdina? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx sar studju dwar il-bżonn ta’ aktar latrini pubbliċi marbut man-numru dejjem jiżdied ta’ turisti li jżuru l-Imdina?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm latrini pubbliċi fl-Imdina? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx sar studju dwar il-bżonn ta’ aktar latrini pubbliċi marbut man-numru dejjem jiżdied ta’ turisti li jżuru l-Imdina?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Imdina li hemm latrina pubblika waħda li tinsab fi Ġnien Howard u li ma taqax taħt r-responsabbiltà tal-Kunsill.
Intant infurmat ukoll illi l-Kunsill qatt ma għamel studji dwar il-bżonn ta’ aktar latrini pubbliċi minħabba li qatt ma rċieva ilmenti dwar dan.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm latrini pubbliċi fit-Tlett Ibliet tal-Kottonera? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx sar studju dwar il-bżonn ta’ aktar latrini pubbliċi marbut man-numru dejjem jiżdied ta’ turisti li jżuru l-Kottonera?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet tan-knee replacement matul is-sena 2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ operazzjonijiet ta’ total knee replacement li saru bejn 1 ta Jannar u l-aħħar ta' Novembru 2023 kien ta’ 510 proċedura.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn latrini pubbliċi f’kull lokalità f’Malta u f’Għawdex skont il-lokalità?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-latrini pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilita’ tad-Divizjoni għat-Tindif u Manutenzjoni jinsabu fil-lokalitajiet li ġejjin:
1. Baħar iċ-Ċagħaq
2. Birgu - Xatt ir-Risq
3. Furjana – Il-Ġnien tal-Argotti
4. Kalkara - Rinella
5. Belt Valletta - Barrakka ta’ Fuq
6. Belt Valletta – Pjazza Tritoni
7. Sliema - Qui Si Sana
8. Buskett
9. Rabat – Ġnien Howard
10. Marsaxlokk
Addizzjonalment, hemm 8 latrini pubbliċi oħrajn li jaqgħu taħt entitajiet oħrajn, madanakollu jsir tindif min-naħa tad-Divizjoni għat-Tindif u Manutenzjoni. Dawn huma:
1. Marsaskala – Park tal-Familja
2. Kennedy Grove
3. Park Nazzjonali Ta’ Qali
4. Adventure Park Ta’ Qali
5. Mosta - Ġnien Victor Calvagna
6. Ta’ Qali Crafts Village
7. Ħamrun - Pjazza 7 ta’ Ġunju
8. Kalkara Garden
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm latrini pubbliċi fil-Belt Valletta? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx sar studju dwar il-bżonn ta’ aktar latrini pubbliċi marbut man-numru dejjem jiżdied ta’ turisti li jżuru l-Belt Valletta?
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi d-differenza bejn il-pensjoni tal-irtirar u l-pensjoni taż-żewġ terzi u jista’ jgħid min jibbenefika minn liema pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, t-terminu Pensjoni tal-Irtirar jintuża meta l-pensjonant ikun ukoll qed jirċievi Pensjoni tas-Servizz. Ir-rata applikabbli tal-Pensjoni tal-Irtirar hi waħda bażika skont kemm ikun ħallas kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali, kif ukoll jekk il-parti l-oħra fiż-żwieġ tkunx qed tirċievi pensjoni fuq il-kontribuzzjonijiet li tkun ħallset.
Din ir-rata bażika, li wkoll togħla kull sena bħalma jogħlew il-pensjonijiet kollha, titħallas sakemm il-pensjonant, bejn iż-żewġ pensjonijiet, jaqbeż iż-żewġ terzi tad-dħul pensjonabbli tiegħu. Jekk jieħu anqas miż-żewġ terzi imsemmija, jieħu d-differenza addizzjonali fil-Pensjoni tal-Irtirar Miżjuda.
It-terminu Pensjoni taż-Żewġ Terzi jintuża għal dawk il-pensjonanti li jkollhom pensjoni waħda ibbażata fuq il-prinċipju taż-żewġ terzi tad-dħul pensjonabbli tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid meta daħal fis-seħħ iċ-Child Birth/Adoption Bonus? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu dawk li bbenefikaw mill-bidu tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Child Birth u l-Adoption Bonus daħlu fis-seħħ f’Jannar 2020.
Il-persuni li bbenefikaw minn dawn il-bonuses matul s-snin kienu kif muri fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Child Birth Bonus
Adoption Bonus
2020
3,000
0
2021
3,240
13
2022
3,208
19
2023
3,073
33
2024
428
5
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma dawk il-persuni li jibbenefikaw mill-In-Work Benefit? Jista’ jgħid ukoll meta daħal fis-seħħ u kemm kienu dawk li bbenefikaw minnu mill-bidu tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tiġi mfissra fit-tabella t’hawn taħt. Tajjeb illi nispjega illi ż-żieda li seħħet bejn is-sena 2021 u s-sena 2022 (u allura tkompli sseħħ fis-snin ta’ wara) hija riżultat ta’ twessiegħ fl-income brackets u kif ukoll riżultat ta’ tħaddim ta’ sistema diġitali mibnija bejn dipartimenti differenti, fejn persuni li jkunu eliġibbli m’għandhomx għalfejn japplikaw.
Benefiċċju waqt l-Impieg (In Work Benefit)
Sena
Benefiċjarji
2015
1,359
2016
2,294
2017
2,873
2018
4,514
2019
5,136
2020
5,337
2021
7,246
2022
24,611
2023
24,938
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati delitti matul is-snin 2022 u 2023 fil-lokalitajiet tat-Tieni Distrett, maqsuma sena b’sena u maqsuma skont id-delitt?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi in-numru ta’ delitti li ġew irrapurtati delitti fis-snin 2022 fil-lokalitajiet tat-Tieni Distrett, maqsuma sena b’sena skont id-delitt, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Infurmat illi l-figuri tax-Xgħajra huma nklużi ma' dawk ta’ Ħaż-Żabbar peress li din hi parti mill-istess lokalità, fid-data miżmuma mill-pulizija. Dwar il-Fgura l-figuri jkopru l-lokalità kollha. Infurmat illi bħal kull sena, il-crime report għas-sena 2023 ikun publikat fi żmien li ġej.
Delitti rrapurtati - Tieni Distrett
Lokalità
Kategorija tar-reat
2022
BIRGU
Ħruq
0
Attentat ta’ offiżi
2
Offiżi fuq il- persuna
9
Użu ħażin tal computer
4
Ħsarat
12
Vjolenza domestika
11
Falzifikazzjoni
0
Frodi
4
Offiżi ta’ immigrazzjoni
0
Eżerċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet
1
Serq
23
Theddid u vjolenza privata
1
Vjolenza kontra uffiċċjal pubbliku
3
Birgu Total
70
BORMLA
Ħruq
1
Attentat ta’ offiżi
9
Offiżi fuq il-persuna
12
Ksur ta’ kundizzjonijiet tal-pleġġ
1
Użu ħażin tal-computer
8
Reati kontra l-ordni pubblika
1
Ħsarat
43
Vjolenza domestika
42
Drogi
4
Frodi
14
Ġurament falz
0
Pornografija
0
Eżerċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet
8
Offiżi sesswali
3
Serq
80
Theddid u vjolenza privata
5
Aċċess mhux awtorizzat
1
Vjolenza kontra uffiċċjal pubbliku
2
Bormla Total
234
FGURA
Attentat ta’ reati
9
Offiżi fuq il-persuna
9
Użu ħażin tal-computer
14
Reati kontra l–paċi pubblika
1
Ħsarat
65
Vjolenza domestika
58
Drogi
2
Falsifikazzjoni
4
Frodi
25
Pornografija
1
Eżerċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet
7
Offiżi sesswali
1
Serq
70
Theddid u volenza privata
8
Vjolenza kontra uffiċċjal pubbliku
2
Fgura Total
276
ISLA
Ħruq
1
Attentat ta’ offiżi
0
Offiżi fuq il-persuna
4
Użu ħażin tal-computer
2
Reati kontra l-paċi pubblika
0
Ħsarat
19
Vjolenza domestika
18
Drogi
0
Falsifikazzjoni
1
Frodi
4
Eżerċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet
2
Serq
23
Theddid u vjolenza privata
1
Vjolenza kontra uffiċċjal pubbliku
1
IslaTotal
76
KALKARA
Attentat ta’ offiżi
2
Offiżi fuq il-persuna
4
Użu ħażin tal-computer
0
Ħsarat
14
Vjolenza domestika
11
Drogi
0
Frodi
9
Eżerċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet
0
Offiżi sesswali
1
Serq
25
Theddid u vjolenza privata
1
KALKARA Total
67
ZABBAR
Abandun ta’ tfal
1
Ħruq
2
Attentat ta’ offiżi
9
Offiżi fuq il-persuna
13
Użu ħażin tal-computer
11
Reati kontra l-paċi pubblika
0
Reati kontra l-amministrazzjoni tal-ġustizzja
0
Ħsarat
108
Vjolenza domestika
61
Drogi
3
Falsifikazzjoni
0
Frodi
58
Vjolenza abbażi tal-ġeneru
1
Pornografija
2
Eżerċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet
11
Offiżi sesswali
5
Serq
79
Theddid u vjolenza privata
8
Vjolenza kontra uffiċjal pubbliku
5
ZabbarTotal
377
Total kollu
1100
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn garaxxijiet liċenzjati f’Malta u f’Għawdex biex jagħmlu t-testijiet tal-VRT?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Malta hemm 37 (sebgħa u tletin) garaxx liċenzjat biex jagħmel it-testijiet tal-VRT, filwaqt li ġewwa Għawdex hemm 6 (sitta).