Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2048 u 1829 u jassigura li Palm Street, Santa Marija Estate, Mellieħa terġa' tiġi ripristinata u mogħtija t-tarmak fl-iqsar żmien possibbli? Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li r-residenti ta' din it-triq kienu għamlu t-tarmak mal-wiċċ tat-triq minn flushom u din tkissret biex jgħaddu xi servizzi xhur ilu u kollox tħalla mħarbat.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' kostruzzjoni ta' Triq il-Palm huwa lest.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal il-gvern mill-VAT fuq bejgħ ta' prodotti ta' diesel u petrol ta' kull kwalita' fis-sena 2005, 2006, 2007 u sat-30 ta' Mejju 2008?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1829 u jassigura li Palm Street, Santa Marija Estate, Mellieħa terġa' tiġi ripristinata u mogħtija t-tarmak fl-iqsar żmien possibbli? Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li r-residenti ta' din it-triq kienu għamlu t-tarmak mal-wiċċ tat-triq minn flushom u din tkissret biex jgħaddu xi servizzi xhur ilu u kollox tħalla mħarbat.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jassigura li Palm Street, Santa Marija Estate, Mellieħa terġa' tiġi ripristinata u mogħtija t-tarmak fl-iqsam żmien possibbli? Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li r-residenti ta' din it-triq kienu għamlu t-tarmak mal-wiċċ tat-triq minn flushom u din tkissret biex jgħaddu xi servizzi xhur ilu u kollox tħalla mħarbat.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 1304 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jassigura li fl-iqsar żmien possibli t-talba għall-bus shelter f'Ħal Luqa fit-tarf tar-raħal inti u dieħel min-naħa ta' l-ajruport tiġi milqugħa u esegwita?
Ir-residenti ilhom xhur jistennew tali bus shelter u bħalissa s-sħana u l-qilla tax-xemx toħloq inkonvinjent kbir għal min ikun qed jistenna s-servizz ta' trasport pubbliku.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kunsill Lokali Luqa ilu konxju ta’ din il-problema u ilu jipprova jagħmel arranġamenti mal-kuntrattur li għandu ir-responsabbiltà li jagħmel dawn il-bus shelters imma jidher li kien hemm xi diffikultajiet biex dan isir.
Il-Kunsill qiegħed anke f’taħditiet ma’ l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali (li kienet għamlet kuntratt għal bus shelters għan nom tal-Kunsilli Lokali kollha) kif ukoll ma’ l-Awtorità dwar it-Trasport biex din il-problema tissolva mill-aktar fis possibbli.
Jista' l-Ministru jassigura li s-servizz ta' dawl (supply) jitwassal fl-areas pubbliċi ta' Ħal Farrug, Luqa cioe' ħdejn il-kappella u l-blokki ta' flats, issa li l-proġett li kellu jsir tlesta u dwal fuq barra ilhom li twaħħlu xhur?
Jifhem il-Ministru li dawn in-naħat huma mudlama u jikkostitwixxu periklu għar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma' ġietx sottomessa l-ebda applikazzjoni biex titwassal il-provista ta' l-elettriku.
Jista' l-Ministru jassigura li fl-iqsar żmien possibli t-talba għall-bus shelter f'Ħal Luqa fit-tarf tar-raħal inti u dieħel min-naħa ta' l-ajruport tiġi milqugħa u esegwita?
Ir-residenti ilhom xhur jistennew tali bus shelter u bħalissa s-sħana u l-qilla tax-xemx toħloq inkonvinjent kbir għal min ikun qed jistenna s-servizz ta' trasport pubbliku.
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm flus mill-Unjoni Ewropea għall-formazzjoni u bini ta' toroq? Jista' jgħid jekk id-dokumentazzjoni neċessarja biex jinġiebu dawn il-fondi hux lesta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li Malta għandha allokazzjoni ta’ €21.4 miljun għall-formazzjoni u bini ta’ toroq taħt il-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni 2004-2006. Id-dokumentazzjoni neċessarja sabiex jinġiebu dawn il-fondi tlestiet fl-2004 u fl-2005 u ħafna mill-proġetti tlestew jew waslu biex jispiċċaw.
Taħt il-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013 hemm allokazzjoni indikattiva ta’ €130 miljun (għal dan il-għan) taħt il-Programm Operattiv I. Id-dokumentazzjoni relatata mat-toroq li qed jiġu ko-finanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tlestiet u ħarġu wkoll xi sejħiet għall-offerti waqt li d-dokumentazzjoni tat-
Ten-T Network
qed tiġi ppreparata mill-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta.
L-ammonti msemmija fiż-żewġ każijiet ma jinkludux il-ko-finanzjament mill-Gvern Malti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm naqsu d-depożiti tal-Gvern fil-Bank Ċentrali (inkluż Sinking Funds) bejn Diċembru 2007 u April 2008?
Jekk dawn naqsu, kif utilizzahom il-Gvern fl-istess perijodu?
Kemm għandu depożitu mal-banek kummerċjali l-Gvern?
Jista' jgħid kemm kien hemm depożiti f'Diċembru 2007 u f'April 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Id-depożiti tal-Gvern mal-Bank Ċentrali (inkluż is-Sinking Funds) fil-perjodu bejn Diċembru 2007 u April 2008 naqsu b'ammont ta' €75m waqt li dawk tal-banek kummerċjali żdiedu b'ammont ta' €4.5m. Dettalji ta' ċaqlieq f' dawn il-bilanċi huma murija fit-tabella hawn isfel.
Depożiti tal Gvern (ċentrali) f’euro '000
Mal-Bank Ċentrali ta’ Malta
Diċ-07
€ 387,241.33
Apr-08
€312,143.84
Ma’ banek kummerċjali
Diċ-07
€ 37,408.77
Apr-08
€ 41,951.16
L-Onorevoli Interpellant għandu jżomm f’moħħu li ċ-ċaqlieq fil-kontijiet tal-Gvern mal-Bank Ċentrali ta’ Malta hu volatili ħafna u ma jsegwix xejriet staġjonali. Ċaqlieq li jkun hemm fil-bidu tas-sena jirrifletti kemm dħul u ħruġ relatat mal-programm fiskali tas-sena kurrenti kif ukoll pagamenti li baqgħu pendenti mis-sena ta’ qabel.
Id-depożiti tal-Gvern mal-bank Ċentrali jintużaw għal skopijiet speċifiċi li għalihom ikunu nfetħu dawn il-kontijiet. Dawn jistgħu ikunu marbuta kemm mal-programm fiskali tal-Gvern kif ukoll ma proviżjoni għal ħlas lura ta’ dejn.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsij parlamentari 835 u jgħid kemm naqsu d-depożiti tal-Gvern fil-Bank Ċentrali (inkluż Sinking Funds) bejn Diċembru 2007 u April 2008?
Jekk dawn naqsu, kif utilizzahom il-Gvern fl-istess perijodu?
Kemm għandu depożitu mal-banek kummerċjali l-Gvern?
Jista' jgħid kemm kien hemm depożiti f'Diċembru 2007 u f'April 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 835
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 946 u 835 u jgħid kemm naqsu d-depożiti tal-Gvern fil-Bank Ċentrali (inkluż Sinking Funds) bejn Diċembru 2007 u April 2008?
Jekk dawn naqsu, kif utilizzahom il-Gvern fl-istess perijodu?
Kemm għandu depożitu mal-banek kummerċjali l-Gvern?
Jista' jgħid kemm kien hemm depożiti f'Diċembru 2007 u f'April 2008?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 720 u jagħti lista ta' l-inġenji li t-Tarzna tagħmel leasing jew tikri minn sorsi barra l-azjenda? Bl-liema rata huma mikrija kuljum jew leased dawn l-inġenji? Jista' jagħti lista tar-rati mikrija kuljum għal kull tip ta' inġenji? Jista' jpoġġi l-kondizjonijiet ta' leasing ta' dawn l-inġenji? Qatt sar xi analiżi jekk it-Tarzna jaqbilhiex tuża dawn il-metodi għall-inġenji li jkollha bżonn regolari jew inkella jinxtraw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntratti fuq dawn l-inġenji huma għall-ħames snin imma jista’ jiġu terminati qabel b’avviż ta’ 15 il-ġurnata mingħajr ħlas ta’ penali.
Spejjeż ta’ manutenzjoni u
wear and tear
tal-inġenji li jinkludi ħlas ta’ insurance u liċenzji huma responsabilta’ ta' l-aġent.
Kien hemm okkażżjonijiet fejn it-Tarzna għamlet analiżi jekk jaqbilhiex tikri jew tixtri dawn l-inġenji. Madankollu, il-kriterji li fuqhom tkun ibbażata d-deżiċjoni ma jiddependux biss fuq l-ammont tal-ħlas li jrid isir izda ukoll fuq il-qagħda tal-‘cash flow’ tal-kumpanija fiż-żmien partikulari meta tkun trid titieħed id-deċiżjoni.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsij parlamentari 835 u jgħid kemm naqsu d-depożiti tal-Gvern fil-Bank Ċentrali (inkluż Sinking Funds) bejn Diċembru 2007 u April 2008?
Jekk dawn naqsu, kif utilizzahom il-Gvern fl-istess perijodu?
Kemm għandu depożitu mal-banek kummerċjali l-Gvern?
Jista' jgħid kemm kien hemm depożiti f'Diċembru 2007 u f'April 2008?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 675 u jgħid kemm hija t-taxxa, s-sisa u l-VAT fuq petrol u fuel li jinbiegħ mill-pompi? Kemm hija t-taxxa, s-sisa u l-VAT fuq fuel li jintuża mill-industrija? Kemm hija t-taxxa, s-sisa u l-VAT fuq fuel li jintuża mill-jottijiet u mill-ajruplani rispettivament? Kemm hija s-sisa li tħallas l-Enemalta kull sena fuq il-fuel oil?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi:
a. It-taxxa ta’ l-importazzjoni (dazju) u sisa (excise) fuq petrol u fuel li jinbiegħ mill-pompi hija kif ġej:-
Tip ta’ Fuel
Dazju (%)
Sisa (€/Lm)
kull 1000 litru
Unleaded petrol
4.7
404.38/173.66
Leaded Petrol (LRP)
4.7
523.18/224.60
Diesel
3.5
332.40/142.70
Biodiesel/Diesel Mix
3.5
332.40/142.70
b. Il-fuel li l-aktar jintuża mill-industrija huwa d-diesel u l-Light Cycle Oil (LCO). L-LCO għandu dazju ta’ 3.5% u sisa ta’ €96.79/Lm41.55 għal kull elf litru.
Ma hemmx rati speċjali ta’ taxxa ta’ dazju u/jew sisa għall-fuel li jintuża mill-industrija.
c. Il-jottijiet u l-ajruplani jużaw l-aktar diesel u pitrolju (kerosene) rispettivament. Il-pitrolju għall-ajruplani (JetA1) għandu dazju ta’ 4.7% u sisa ta’ €332.40/Lm142.70 għal kull elf litru. Il-fuel li jintuza għal vjaġġi ‘il barra minn Malta huwa eżentat mill-ħlas tas-sisa.
d. Is-sisa li tħallas l-Enemalta fuq il-fuel oil għall-generazzjoni ta’ l-elettriku hija ta’ €15.02/Lm6.45 għal kull tunellata metrika, li jammontaw għal madwar €114270/Lm49056 fis-sena.
· Id-Dipartiment tal-VAT m’għandux l-informazzjoni li qed tintalab għaliex ħafna mid-distributuri tal-pompi tal-petrol jipprovdu wkoll bejgħ ta’ ‘spare parts’ u aċċessorji tal-karrozzi u fid-denunzja tal-VAT tagħhom il-bejgħ dikjarat jinkludi kollox flimkien.
· Id-Dipartiment m’għandux informazzjoni dwar kemm hi l-VAT fuq fuel li jintuża mill-industrija għax l-industrija għall-finijiet ta’ VAT tirraporta l-spejjeż kollha tagħha flimkien.
· Informazzjoni dwar il-fuel li jintuża mill-jottijiet ma tistax tinghata għax kull provditur fl-ammonti rappurtati għall-VAT ma jaqsamx il-provisti tiegħu f’ ammonti separati skond l-użu li jkun qed isir mix-xerrej.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-inġenji li t-Tarzna tagħmel leasing jew tikri minn sorsi barra l-azjenda? Bl-liema rata huma mikrija kuljum jew leased dawn l-inġenji? Jista' jagħti lista tar-rati mikrija kuljum għal kull tip ta' inġenji? Jista' jpoġġi l-kondizjonijiet ta' leasing ta' dawn l-inġenji? Qatt sar xi analiżi jekk it-Tarzna jaqbilhiex tuża dawn il-metodi għall-inġenji li jkollha bżonn regolari jew inkella jinxtraw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm naqsu d-depożiti tal-Gvern fil-Bank Ċentrali (inkluż Sinking Funds) bejn Diċembru 2007 u April 2008?
Jekk dawn naqsu, kif utilizzahom il-Gvern fl-istess perijodu?
Kemm għandu depożitu mal-banek kummerċjali l-Gvern?
Jista' jgħid kemm kien hemm depożiti f'Diċembru 2007 u f'April 2008?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex intitolata għal għajnuna addizzjonali peress li għandha tifla li tbati b'diżabilita' u sal-lum din it-tifla ma tieħu l-ebda għajnuna?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha jew li ċċempel SPIC fuq freephone 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija t-taxxa, s-sisa u l-VAT fuq petrol u fuel li jinbiegħ mill-pompi? Kemm hija t-taxxa, s-sisa u l-VAT fuq fuel li jintuża mill-industrija? Kemm hija t-taxxa, s-sisa u l-VAT fuq fuel li jintuża mill-jottijiet u mill-ajruplani rispettivament? Kemm hija s-sisa li tħallas l-Enemalta kull sena fuq il-fuel oil?
Jista' l-Ministru jikkonferma li armla li taħdem full time tibqa' tirċievi l-pensjoni tar-romol? Kemm-il darba din l-armla jkollha ulied li għalqu 16-il sena u għalhekk ma jibqgħux jikkwalifikaw għaċ-Children's Allowance, dawn ir-romol f'tali ċirkustanza xorta jibqgħu ntitolati għall-pensjoni sħiħa?
Response (DALLI, JOHN)
Armla li jkollha tfal taħt is-16-il sena jkollha dritt għall-Pensjoni għar-Romol bla tnaqqis, anki jekk taħdem full-time, ikun kemm ikun id-dħul li jkollha mix-xogħol. Fejn l-ulied jagħlqu 16-il sena iżda jkollhom anqas minn 21 sena u jattendu f’istituzzjoni edukattiva jew jirreġistraw għax-xogħol taħt l-Ewwel Parti tar-Reġistru miżmum mil-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, l-armla tibqa’ tirċievi l-Pensjoni għar-Romol iżda r-rata tista’ tonqos skond id-dħul tagħha mix-xogħol, iżda fl-ebda każ ma r-rata tal-pensjoni tkun anqas mill-Pensjoni Minima mħallsa lir-Romol. F’każ li ħadd mit-tfal ma’ jkun taħt is-16-il sena, jew taħt il-21 sena u jkun jirreġistra għax-xogħol jew jattendi istituzzjoni edukattiva, il-Pensjoni għar-Romol tibqa’ dovuta sakemm id-dħul mix-xogħol ta’ l-armla ma’ jaqbiżx il-paga minima nazzjonali.