Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ditta SLR — tender

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji ta' tender mgħotija lid-ditta SLR in konnessjoni ma' studji li saru jew għandhom isiru dwar l-ambjent EIS fuq l-impjant ta' Sant Antnin f'Marsascala? Kemm ġiet tiswa din it-tender? Jista' jgħid jekk tħallasx l-ammont kollu dovut lill-kumpannija li għamlet jew kella tagħmel dawn l-istudji?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Refund ta' social security contribution

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għadha ma rċevitx refund ta' social security contribution class one mħallsa minnha għal xogħol part-time, meta skond kif ġiet mgħarrfa mid-dipartiment tas-servizzi soċjali hija kellha tirċievi lura dan ir-refund ?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-persuna eks service man mas-servizzi Ingliżi li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, m'hijiex tirċievi l-pensjoni sħiħa?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Prezz taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3560 u jindikalna l-prezz taż-żejt (brent f'USD kull barmil) li fuqu bbaża l-kalkoli tiegħu li l-Korporazzjoni Enemalta jkollha bżonn tirkupra €305 miljun u li fuqha hija ibbażata Proposta 6 għar-reviżjoni ta' tariffi ta' dawl?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3560 waqt seduta Nru. 49.

Supplementary Estimates

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4286 u jispjega ż-żieda approvata għas-sena 2008 fis-supplementary estimates taħt Vot X Kapital € 18,824,000? Għalxiex kienu approvati u fejn ġiet allokata din in-nefqa kapitali?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 4286.

Permessi għall-attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4133 u 3927 u jindika kemm fl-2008 id-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ permessi għal attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali li jkopru l-perijodu ta' bejn Mejju u Ottubru 2008? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet inħarġu dawn il-permessi u x'kien il-ġeneru tal-attività permessa?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Kriterji għall-fidi ta ċnus

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4279 u r-rispota mogħtija, jista' l-Ministru jikkonferma li dawn il-kriterji jfissru li kulmin għandu post residenzjali u jħallas ċens temporanju lill-joint office dan ifisser li resident ordinarju u l-famlija tiegħu ser tkun kostretta li tħallas għall-fidi ta' ċnus temporanji l-istess kunsiderazzjoni li jitħallas għall-post frank bil-pusses vakanti?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Nefqa supplimentari

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex ġiet approvata u fejn ġiet allokata n-nefqa supplimentari li tammonta għal € 22,780,000 taħt Vot 19 - nefqa rikorrenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif jidher Pagna 20 tas-Supplementary Financial Estimates 2008, il-Ministeru ġie pprovdut bl-ammonti indikati biex jagħmlu tajjeb għall-ħlasijiet li jistgħu jkunu dovuti sal-31 ta’ Diċembru 2008.

Skema mħabbra biex jitwaqqaf fond — sidien ta' proprejtà privata esproprijati

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti għall-iskema mħabbra sentejn ilhu fil-Budget 2007 biex jitwaqqaf fond ta' €46 miljun biex jitħallsu sidien ta' proprjetà privata esproprijata mill-Gvern? Jista' jgħid jekk tqabbdux konsulenti biex ifasslu din l-iskema? Jekk iva, min huma, kif tqabbdu u kemm ser jitħallsu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-preparamenti u t-taħditiet fuq livell tekniku fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment għadhom għaddejjin fuq dan il-punt.

Skema mħabbra biex jitwaqqaf fond — sidien ta' proprjetà privata esproprijati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3925 u jgħid fiex waslu l-preparamenti għall-iskema mħabbra sentejn ilhu fil-Budget 2007 biex jitwaqqaf fond ta' €46 miljun biex jitħallsu sidien ta' proprjetà privata esproprijata mill-Gvern? Jista' jgħid jekk tqabbdux konsulenti biex ifasslu din l-iskema? Jekk iva, min huma, kif tqabbdu u kemm ser jitħallsu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi llill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3925.

Lemis — Sistema Komputerizzata fid-Dipartiment tal-Artijiet

Question

B'referenza għas-sistema komputerizzata state of the art li hija ppjanata li ssir fid-Dipartiment tal-Artijiet biex tagħti stampa ċara ta' proprjetà tal-gvern, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3926 u jgħid x'sar minnu l-proġett Lemis li ssemma kemm-il darba anke f'dan il-parlament diversi snin ilu u li għalih kienet saret anke sejħa għall-offerti? Jista' jgħid kemm hija n-nefqa totali inklużi konsulenzi u safar li saret s'issa fuq dan il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Permessi għall-attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3927 u jindika kemm fl-2008 id-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ permessi għal attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali li jkopru l-perijodu ta' bejn Mejju u Ottubru 2008? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet inħarġu dawn il-permessi u x'kien il-ġeneru tal-attività permessa?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

direttivi għall-każijiet residenzajli ordinarja

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3922, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kriterji li ffissa fid-direttivi japplikawx għall-każijiet ta' residenza ordinarja okkupati minn residenti/allokaturi Maltin? Jaf li dejjem kienet il-konswetudni li residenzi ordinarji ta' persuni kienu jkollhom il-valur tal-fond liberu u frank stmat fuq bażi differenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Direttiva Ministerjali hija ċara biżżejjed u tolqot il-bejgħ kollu kemm residenzjali kif ukoll dik kummerċjali.

Supplementary Estimates

Question

Jista' l-Ministru jispjega n-nefqa supplimentari għas-sena 2008 kif riveduti fis-supplementary estimates 08 Kapital Vot IX € 12,124,000 Rikorrenti Vot 39 €37,650,000? Għalxiex kienu approvati u fejn ġiet allokata din in-nefqa supplimentari?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Supplementary Estimates

Question

Jista' l-Ministru jispjega ż-żieda approvata għas-sena 2008 fis-supplementary estimates taħt Vot X Kapital € 18,824,000? Għalxiex kienu approvati u fejn ġiet allokata din in-nefqa kapitali?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jara paġna 45 tas- Supplementary Financial Estimates 2008 fejn hemm l-ispjega li qed jitlob.

Direttiva Ministerjali 004/08

Question

No question text.

Response (FENECH, TONIO)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tad-Direttiva Ministerjali numru 004/08 li tirrigwarda l-bejgħ tad-dirett dominium temporanium ta’ proprjetà tal-Gvern, kif mitlub mill-Onor. Interpellant. Din id-Direttiva Ministerjali hija animata mill-politika tal-Gvern li jkun hemm użu nazzjonali dejjem aħjar tal-propjeta’ tal-Gvern.

Appuntamenti għall-kuntratti — dirett dominium temporanium

Question

Jista' l-Ministru jagħti raġuni għaliex l-appuntamenti għall-kuntratti previsti biex jinbiegħ id-dirett dominium temporanium ta' proprjetà residenzjali tal-gvern amministrat mill-Uffiċju Konġunt m'humiex qegħdin jingħataw anzi qegħdin jitħassru? Jista' jgħid kemm hemm nies illi ġew mgħarrfa bil-valur ossia prezz ta' kemm iridu jħallsu biex jixtru d-dirett dominium temporanium ta' dar ta' residenza tagħhom proprjetà tal-Gvern u qegħdin jistennew biex jissejħu għall-kuntratt finali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-raġuni għaliex mhumiex qegħdin isiru kuntratti tal-bejgħ tad-diretti dominia ta’ proprjetajiet residenzjali, hija għax hemm il-ħsieb li jsir xi tibdil fl-Iskema preżenti. Il-persuni li diġa ġew infurmati bil-prezz tal-bejgħ, u li eventwalment irid isir il-kuntratt relattiv tagħhom huma 1804.

Belt Valletta — artijiet protetti mil-liġi

Question

Peress li l-kmamar mibnija mingħajr titolu u mingħajr permess ta' qabel 1992 kif stqarr is-Segretarju Parlamentari għall-Artijiet huma protetti mil-liġi, jista' l-Ministru jgħid jekk dan japplikax ukoll għall-kmamar li hemm mibnija taħt ċirkustanzi simili fil-Belt Valletta u postijiet oħra?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onor Interpellant huwa ġentilment mistieden jindika jew jikkwota aħjar il-kliem li stqarr, u fejn, l-Onor Segretarju Parlamentari, sabiex tkun tista tiġi mwieġba l-mistoqsija tiegħu.

Skema mħabbra biex jitwaqqaf fond — sidien ta' proprejtà privata esproprijati

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti għall-iskema mħabbra sentejn ilhu fil-Budget 2007 biex jitwaqqaf fond ta' €46 miljun biex jitħallsu sidien ta' proprjetà privata esproprijata mill-Gvern? Jista' jgħid jekk tqabbdux konsulenti biex ifasslu din l-iskema? Jekk iva, min huma, kif tqabbdu u kemm ser jitħallsu?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Lemis — sistema komputerizzata fid-Dipartiment tal-Artijiet

Question

B'referenza għas-sistema komputerizzata state of the art li hija ppjanata li ssir fid-Dipartiment tal-Artijiet biex tagħti stampa ċara ta' proprjetà tal-gvern, jista' l-Ministru jgħid x'sar minnu l-proġett Lemis li ssemma kemm-il darba anke f'dan il-parlament diversi snin ilu u li għalih kienet saret anke sejħa għall-offerti? Jista' jgħid kemm hija n-nefqa totali inklużi konsulenzi u safar li saret s'issa fuq dan il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.