Tenders fuq cables bejn Malta u Sqallija u metres tad-dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li tinħareġ it-tender għal cables bejn Malta u Sqallija biex jgħaqqad lil Malta mal-Ewropean Fuel għal proviżjon ta' enerġija? Kemm ser tiswa din it-tender? Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jinħareġ t-tender għal bdiel ta' metres tad-dawl bi smart metres? Kemm ser tiswa din it-tender?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li s-sejħa għall-offerti tal-ex Drydocks ilhom li għalqu, jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess ta' privatizzazzjoni? Jista' jgħid jekk saritx xi shortlist? Jista' jgħid jekk il-Gvern hux qed jagħmel xi revalwazzjoni mill-ġdid tal-evalwazzjoni li huwa stess għamel qabel ma ħareġ it-talba għall-offerti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-sejħa għall-offerti għalqet fit-12 ta’ Frar, 2009. Immedjatament beda l-proċess ta’ evalwazzjoni fuq l-14 l-applikazzjonijiet li ntbagħtu għal erba’ faċilitajiet.
Dan il-proċess għadu għaddej u għad ma saret l-ebda ‘shortlist’.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6946 u 6713 u jagħti rendikont (breakdown) ta' kemm daħħal flus mill-multi tal-wardens għas-snin 2006, 2007? Jista' jagħti dan it-tagħrif ukoll għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-30 ta' Marzu 2008, bejn l-1 ta' April 2008 u l-31 ta' Diċembru 2008 u bejn l-1 ta' Jannar 2009 u t-28 ta' Frar 2009?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6948 u 6705 u jgħid liema huma t-toroq ġo Ħal Luqa li ser jingħataw resurfacing u tarmak, peress li tista' tgħid it-toroq kollha interni ġo Ħal Luqa huma mkissrin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6713 u jagħti rendikont (breakdown) ta' kemm daħħal flus mill-multi tal-wardens għas-snin 2006, 2007? Jista' jagħti dan it-tagħrif ukoll għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-30 ta' Marzu 2008, bejn l-1 ta' April 2008 u l-31 ta' Diċembru 2008 u bejn l-1 ta' Jannar 2009 u t-28 ta' Frar 2009?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6705 u jgħid liema huma t-toroq ġo Ħal Luqa li ser jingħataw resurfacing u tarmak, peress li tista' tgħid it-toroq kollha interni ġo Ħal Luqa huma mkissrin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu — fiera ta' Madrid
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk in-nies mqabbda mill-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu biex jipparteċipaw u jieħdu sehem fil-fiera ta' Madrid għat-Turiżmu li saret bejn 28/01/09 u 01/02/09 kienux awtorizzati li jitilqu mill-Stand ta' Malta fil-5.30pm meta l-fiera kienet tagħlaq fis-7.30pm?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-kumpanija li tirrappreżenta l-MTA fi Spanja, ddikjarat li dejjem kien hemm xi ħadd fuq l-istand ta’ Malta matul il-ħinijiet tal-ftuħ tal-fiera Fitur li saret bejn it-28 u 30 ta’ Jannar 2009 fi Spanja.
Kienu preżenti wkoll żewġ uffiċjali għolja tal-
Malta Tourism Authority
matul l-ewwel jumejn tal-fiera. Meta dawn ma kienux fuq l-i
stand
, kienu qegħdin jattendu laqgħat ma’ terzi persuni/kumpaniji, fosthom linji ta’ l-ajru, jew kienu preżenti għal xi avvenimenti oħrajn barra mill-fiera, iżda li kienu konnessi mal-fiera.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq ġo Hal Luqa li ser jingħataw resurfacing u tarmak, peress li tista' tgħid it-toroq kollha interni ġo Ħal Luqa huma mkissra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont (breakdown) ta' kemm daħħal flus mill-multi tal-wardens fis-sena 2006, 2007? Jista' jagħti dan it-tagħrif ukoll għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-30 ta' Marzu 2008, bejn l-1 ta' April 2008 u l-31 ta' Diċembru 2008 u bejn l-1 ta' Jannar 2009 u t-28 ta' Frar 2009?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ipparteċipat fieri l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu matul l-2000 u l-2009 sal-lum biex tħeġġeġ t-turiżmu lejn Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu mill-2000 sa l-2009 ipparteċipat f’bejn 60 u 70 fiera u esibizzjonijiet turistika fis-sena, prinċipalment fl-Ewropa minn fejn nirċievu iżjed minn 90 fil-mija tat-turisti li jżuruna, kif ukoll fi swieq ġodda u iżjed imbegħda bħall-Istati Uniti, Ġappun, Ċina, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Korea t’Isfel fost oħrajn.
Wara kull parteċipazzjoni ssir evalwazzjoni u abbażi tar-riżultati miksuba, l-informazzjoni li tiġi lura mill-aġenti Maltin u lukandiera kif ukoll minn żviluppi fis-swieq infushom, nippjanaw ’l quddiem.
Barra minn dawn l-Awtorità pparteċipat f’numru ta’ fieri iżgħar.
Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji — banek - strumenti finanzjarji extra bankarji
Question
Peress illi banek lokali jaġġixxu wkoll ta' brokers għall-bejgħ ta' strumenti finanzjarji li huma extra bankarji, jaħsibx il-Ministru li l-Gvern tali prodotti promossi mill-banek għandhom jkunu regolati mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skond l-Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment (Kap. 370) kull persuna li toffri xi servizz ta’ investiment għandha bżonn liċenzja maħruġa mill-awtorita’ kompetenti u cioe’ l-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta. Dan japplika wkoll għall-banek kummerċjali. Għaldaqstant dawk il-banek li joffru servizzi ta’ investiment lill-klijenti tagħhom (per eżempju, jaġixxu ta’ brokers ghall-bejgħ ta’ strumenti finanzjarji li huma extrabankarji) ikollhom żewġ liċenzji maħruġa mill-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, u cioe’: waħda maħruġa taħt l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371) sabiex ikunu jistgħu joperaw bħala bank kummerċjali u oħra taħt l-Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment.
Kemm l-Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment kif ukoll ir-regoli li l-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta timponi fuq kull min għandu liċenzja maħruġa taħt l-imsemmi Att jirrispekkjaw id-Direttiva tal-Unjoni Ewropeja numru 2004/39/EC (il-“
Markets in Financial Instruments Directive
” magħrufa bħala il-MIFID). Għaldaqstant l-i
standards
ta’ regolamentazzjoni li l-Awtorita’ teżiġi minn intermedjari finanzjarji liċenzjati minnha huma konformi ma’ dawk imposti fuq intermedjari finanzjari bbażati f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropeja.
Qabel ma l- Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta toħroġ liċenzja lil persuna biex tkun tista’ toffri servizz ta’ investiment, hija tagħmel ċerti verifiki dwar il-persuna li tkun applikat għal tali liċenzja. Dawn il-verifiki jirrigwardaw l-integrita’, l-istat finanzjarju (solvency) kif ukoll il-kompetenza ta’ l-applikant dwar il-prodotti li fir-rigward tagħhom ikun irid joffri servizz t’investiment. Ġaladarba dawn il-verifiki jkunu sodisfaċenti, l-Awtorita’ toħrop liċenzja taħt l-Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment lill-applikant. Il-persuna li tingħata liċenzja sabiex toffri dan is-servizz tkun suġġetta għar-regolamenti, maħruġa mill-istess Awtorita`, dwar il-mod kif persuna liċenzjata għandha toffri s-servizzi li għalihom tkun ġiet liċenzjata (
conduct of business rules
). Wieħed mill-għanijiet ewlenin ta’ dawn ir-regolamenti hu li l-klijenti jirċievu servizz professjonali mingħand il-persuni liċenzjati u li jkunu f’pożizzjoni li jieħdu deċiżjonijiet nformati dwar l-investimenti li jagħmlu.
Fir-rigward ta’ prodotti finanzjari,
per se,
skond l-Att tas-Servizzi ta’ Investiment, kull skema ta’ investiment kollettiv ibbażata f’Malta, jew li tiġi promossa attivament f’Malta, permezz ta’ reklamar ecc, għandha tkun liċenzjata mill-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta – bl-eċċezzjoni ta’ skemi ta’ investiment kollettiv awtorizzati u regolati bħala UCITS f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Eworpea. Prodotti oħrajn m’għandhomx bżonn liċenzja, iżda kull persuna li tbiegħ tali prodotti għandha tkun liċenzjata taħt l-imsemmi Att skond il-proċedura fuq imsemmija.
Jiista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5821 u 5670 u ċioè: Peress li l-Ministru kellu jippubblika regolamenti ċari dwar il-kaxxi tal-logħob (gambling machines) ħafna drabi bl-aktar mod sfaċċat imsejħa amusement machines sal-aħħar tas-sena 2008, jista' jgħid meta dawn ir-regolamenti ser ikunu ppubblikati?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5822 u cioe: B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 5660, fid-dawl tal-fatt li dawn il-ħwienet tal-logħob (gambling) qegħdin ifaqqsu f'units residenzjali, jista' jara li dawn għandhom jiġu regolati strettament kemm mill-aspett fiskali kif ukoll mill-aspett ta' min jista' jidħol f'dawn il-ħwienet?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ipparteċipat fieri l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu matul l-2000 u l-2009 sal-lum biex tħeġġeġ t-turiżmu lejn Malta?
Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu — fiera ta' Madrid
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk in-nies mqabda mill-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu biex jipparteċipaw u jieħdu sehem fil-fiera ta' Madrid għat-Turiżmu li saret bejn 28/01/09 u 01/02/09 kienux awtorizzati li jitilqu mill-Stand ta' Malta fil-5.30pm meta l-fiera kienet tagħlaq fis-7.30pm?
Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji — banek - strumenti finanzjarji extra bankarji
Question
Peress illi banek lokali jaġġixxu wkoll ta' brokers għall-bejgħ ta' strumenti finanzjarji li huma extra bankarji, jaħsibx il-Ministru li l-Gvern tali prodotti promossi mill-banek għandhom jkunu regolati mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji?
Jiista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5670 u ċioè: Peress li l-Ministru kellu jippubblika regolamenti ċari dwar il-kaxxi tal-logħob (gambling machines) ħafna drabi bl-aktar mod sfaċċat imsejħa amusement machines sal-aħħar tas-sena 2008, jista' jgħid meta dawn ir-regolamenti ser ikunu ppubblikati?
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 5660, fid-dawl tal-fatt li dawn il-ħwienet tal-logħob (gambling) qegħdin ifaqqsu f'units residenzjali, jidhirlu l-Prim Ministru li dawn għandhom jiġu regolati strettament kemm mill-aspett fiskali kif ukoll mill-aspett ta' min jista' jidħol f'dawn il-ħwienet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 5660, fid-dawl tal-fatt li dawn il-ħwienet tal-logħob (gambling) qegħdin ifaqqsu f'units residenzjali, jidhirlu l-Prim Ministru li dawn għandhom jiġu regolati strettament kemm mill-aspett fiskali kif ukoll mill-aspett ta' min jista' jidħol f'dawn il-ħwienet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5658 u ċioè: Peress li x-xita qawwija riċenti għamlet ħafna ħsara fit-toroq, inkluż toroq mibnija b'finanzjament tal-Protokoll Taljan u bl-għajnuna tal-Unjoni Ewropea, inkluż il-Bridge Manwel Dimech, jista' jgħid jekk saritx evalwazzjoni tad-difetti li żviluppaw f'dawn it-toroq minħabba x-xita u x'passi se jittieħdu biex dawn id-difetti jiġu rranġati jew korretti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi ħafna mill-ħsarat li ġew irrapurtati fit toroq tal-Protokoll Taljan u mill-fondi tal-Unjoni Ewropea kienu jikkonsistu fi ħsarat ta' tappieri u gradilji tat-tappieri tax-xita miżduda. Fejn dawn il-ħsarat ġew attribwiti għall-nuqqasijiet tal-kuntratturi li bnew l-istess toroq, il-ħsarat gew irranġati mill-istess kuntratturi mingħajr spejjez għall-ADT.