Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Servizz tal-internet
Question
Jista' l-Ministru jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-Gvern mal-Ministeru inkluż s-segretarjat tal-Ministru li għandu servizz tal-internet mhux provdut mill-MITTS? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li qed jitħallas kull xahar u minn liema service provider qed jingħata dan is-servizz?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Politika Soċjali — Servizz tal-internet
Question
Jista' l-Ministru jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-Gvern mal-Ministeru inkluż s-segretarjat tal-Ministru li għandu servizz tal-internet mhux provdut mill-MITTS? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li qed jitħallas kull xahar u minn liema service provider qed jingħata dan is-servizz?
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Servizz tal-Internet
Question
Jista' l-Ministru jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-Gvern mal-Ministeru inkluż s-segretarjat tal-Ministru li għandu servizz tal-internet mhux provdut mill-MITTS? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li qed jitħallas kull xahar u minn liema service provider qed jingħata dan is-servizz?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati mal-Gvern, nies b'kuntratt (jew li kellhom il-kuntratt imġedded) matul is-sena 2008 sal-lum? Huwa minnu li xi wħud minnhom għandhom salarju u benefiċċji aktar minn ta' Ministru?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura meta pazjenti li ma jistgħux joħorġu u ma jkunux rikoverati fl-Isptar Mater Dei ikollhom bżonn li jarahom speċjalista tal-Gvern? L-ispeċjalisti tal-Gvern għandhom xi allowance biex iżuru lil dawn il-morda li ma jkunux fl-Isptar Mater Dei jew jitħallsu għal kull vista li jagħmlu barra mill-isptar? F'każ li fl-affermativ, x'tip ta' allowance/ħlas jingħataw?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm konsulenti impjegati ma' kull Ministeru? X'inhu s-salarju/rimunerazzjoni li kull wieħed qiegħed jingħata? Kemm minnhom huma irġiel u kemm huma nisa u kemm minnhom għandhom iktar min 61 sena?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vakanzi f'kull grad ta' impjegati fis-Servizz Ċivili? Kemm huwa n-numru ta' impjegati fis-Servizz Ċivili fil-grad ta' clerk, senior clerk, executive officer, assistant principal, principal, senior principal, assistant director, officer in scale five, director, officer in scale four, director general, officer in scale three? Kemm minn dawn huma nisa u kemm minnhom irġiel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ vakanzi fil-gradi tas-Servizz Pubbliku mhuwix fiss, iżda jinbidel kontinwament skont l-esiġenzi tas-Servizz.
In-numru ta’ impjegati fis-Servizz Pubbliku fil-gradi kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant huma kf jidhru hawn taħt:
Grad/Pożizzjoni
Irġiel
Nisa
Total
Direttur Ġenerali
28*
7
35
Uffiċjal fi Grad 3
1
0
1
Direttur
75
27
102
Uffiċjal fi Grad 4
9
1
10
Assistent Direttur
124
28
152
Uffiċjal fi Grad 5
65
9
74
Uffiċjal Prinċipali Anzjan
100
75
175
Uffiċjali Prinċipali
363
191
554
Assistent Uffiċjal Prinċipali
158
362
520
Uffiċjal Eżekuttiv
129
426
555
Skrivan Azjan
241
500
741
Skrivan
442
593
1035
Total
1735
2219
3954
* Jinkludi wkoll persuna fil-kariga ta’ Direttur Ġenerali
Designate
Applikazzjonijiet għal Director General, Directors u Assistant Directors
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjonijiet għal mili ta' vakanzi fil-post ta' Director General, Director u Assistant Director fis-Servizz Ċivili minn Jannar 2008 sal-lum? Jista' jgħid kemm kien hemm applikazzjonijet għal kull post ta' director general, director, u assistant director fid-dipartimenti li għalihom saru sejħiet għall-applikazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli ‘A’ u ‘B’ li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm Media Officers impjegati ma' kull Ministeru? X'inhu is-salarju/rimunerazzjoni li kull wieħed qiegħed jingħata? Kemm minnhom huma irġiel u kemm huma nisa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi hemm żewġ Media Officers impjegati mal-Ministeri: waħda fil-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, u l-oħra fis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni. It-tnejn huma nisa, u mħallsin fuq il-massimu ta’ skala ta’ salarju 7.
Barra dawn, kull segretarjat privat tal-Ministri u Segretarji Parlamentari għandu uffiċjal tal-Komunikazzjoni.
Tenders fuq cables bejn Malta u Sqallija u metres tad-dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li tinħareġ it-tender għal cables bejn Malta u Sqallija biex jgħaqqad lil Malta mal-Ewropean Fuel għal proviżjon ta' enerġija? Kemm ser tiswa din it-tender? Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jinħareġ t-tender għal bdiel ta' metres tad-dawl bi smart metres? Kemm ser tiswa din it-tender?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi għadu kmieni biex wieħed jintrabat b'dati jew stimi abbażati dwar l-interconnection ma Sqallija..
Infurmat ukoll li t-tender għal bdil tal-meters tad-dawl eżistenti bi smart meters hu maħsub li joħroġ fix-xhur li ġejjin.
Jista' l-Ministru jikkonferma kemm ġew utilizzati fondi mill-Unjoni Ewropea li attwalment issarrfu f'nefqa mill-Gvern fis-sena 2007 u fis-sena 2008 u fl-ewwel xahrejn tas-sena 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ikkontribwixxa l-Gvern f'sussidju jew f'għajnuna lill-industrija tal-manifattura individwali minn Ottubru 2008 sal-lum, u dan minħabba l-pressjoni li r-riċessjoni internazzjonali għamlet fuq il-manifattura?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalita`, ma tistax tingħata informazzjoni dwar assistenza mogħtija individwalment lil kull kumpanija tal-manifattura affettwata mir-riċessjoni internazzjonali.
S’issa il-Gvern laħaq ftehim ma’ erba’ kumpaniji tal-manifattura affettwati negattivament minn din ir-riċessjoni, u magħhom ikkommetta għajnuna finanzjarja li tlaħħaq is-somma totali ta` € 3,698,766.
L-assistenza approvata hija marbuta ma’ investiment kapitali mill-kumpaniji involuti u l-għoti ta’ taħriġ lill-impjegati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7627 u jikkonferma kemm ġew utilizzati fondi mill-Unjoni Ewropea li attwalment issarrfu f'nefqa mill-Gvern fis-sena 2007 u fis-sena 2008 u fl-ewwel xahrejn tas-sena 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7627.
Jista' l-Ministru jikkonferma kemm ġew utilizzati fondi mill-Unjoni Ewropea li attwalment issarrfu f'nefqa mill-Gvern fis-sena 2007 u fis-sena 2008 u fl-ewwel xahrejn tas-sena 2009?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Peress li pajjiżna issa jinsab f'riċessjoni, jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub mill-Gvern li Malta ser toħroġ mir-riċessjoni? X'inhuma l-pjani tal-Gvern u x'qiegħed attwalment iwettaq biex il-pajjiż joħroġ malajr mir-riċessjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ekonomija Maltija hija waħda miftuħa ħafna u għalhekk hija esposta għaċ-ċiklu ekonomiku u finanzjarju nternazzjonali. L-aħħar tbassir ekonomiku mid-diversi istituzzjonijiet internazzjonali juri li hemm ċans li ħafna mill-ekonomiji l-kbar jibdew jirpiljaw lejn l-ahhar ta’ din is-sena jew kmieni s-sena d-dieħla. Imma, ta’ min jgħid li l-qagħda ekonomika għadha fraġli u fluwida ħafna u għalhekk huwa diffiċli li tgħid li dak li qiegħed jitbassar se jseħħ kif previst. Naturalment, jekk is-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali titjieb, Malta għandha tgawdi minnha wkoll.
Il-Gvern ppreveda l-qagħda ekonomika attwali meta fassal il-baġit għal din is-sena u għalhekk ħaseb għal programm qawwi ta’ nvestiment kif ġej:
(a) xogħolijiet infrastrutturali – 124 miljun ewro;
(b) proġetti ambjentali – 61 miljun ewro;
(c) titjib fil-ħiliet tal-poplu tagħna (apparti l-qasam edukattiv) – 58 miljun ewro;
(d) enerġija alternattiva u l-użu efficjenti tal-enerġija – 30 miljun ewro;
(e) inċentivi lill-intrapriżi u promozzjoni akbar lis-setturi ekonomiċi tagħna, inkluż it-turiżmu – 47 miljun ewro;
(f) miżuri li jinċentivaw ix-xogħol u li jħallu aktar flus fi bwiet in-nies.
Iżda apparti dan, il-Gvern kompla bil-ħidma tiegħu u fassal numru ta’ strateġiji oħra li jinċentivaw u jsostnu x-xogħol f’pajjiżna. Għaldaqstant, kull fejn ikun meħtieġ, il-Gvern qiegħed jgħin lill-intrapriżi li jkunu għaddejjin minn xi diffikultajiet u li għandhom futur u li lesti jkomplu jinvestu f’pajjiżna. Dan diġa sar b’suċċess ma’ numru ta’ ntrapriżi fil-qasam tal-manifattura.
Peress li fid-diskors tal-budget il-Ministru kien saħaq fuq nefqa kapitali akbar biex tilqa' għar-riċessjoni, x'inhi r-raġuni li n-nefqa kapitali tal-Gvern fl-ewwel xahrejn tas-sena 2009 kienet madwar €15 miljun anqas mill-ewwel xahrejn tas-sena 2008? X'inhuma n-nefqiet kapitali li l-Gvern ser jimplimenta fis-sitt xhur li ġejjin u meta ser jinbdew attwalment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-raġunijiet għan-nefqa anqas fl-ewwel xahrejn tal-2009, hekk kif ipparagunat ma’ l-istess xhur fl-2008, huma prinċipalment minħabba nefqa kapitali għat-tlestija tal-proġett ta’ l-isptar Mater Dei u minħabba akkwist ta’ ishma fil-Malta Exchange Holdings plc, liema spejjeż seħħew fl-ewwel xahrejn tas-sena 2008 u ma reġax sar infiq simili fl-2009. L-infieq kapitali li huwa mistenni li jseħħ fis-sitt xhur li ġejjin u għall-bqija tas-sena huma kif iddettaljati fl-Estimi Finanzjari tal-2009.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont (breakdown) ta' kemm daħħal flus mill-multi tal-wardens fis-sena 2006, 2007? Jista' jagħti dan it-tagħrif ukoll għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-30 ta' Marzu 2008, bejn l-1 ta' April 2008 u l-31 ta' Diċembru 2008 u bejn l-1 ta' Jannar 2009 u t-28 ta' Frar 2009?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Membru.
Ta’ min wieħed jinnota illi inkluża fl-informazzjoni hemm flus li daħlu minn ċitazzjonijiet maħruġa mill-Pulizija.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7222, 6946 u 6713 u jagħti rendikont (breakdown) ta' kemm daħħal flus mill-multi tal-wardens għas-snin 2006, 2007? Jista' jagħti dan it-tagħrif ukoll għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-30 ta' Marzu 2008, bejn l-1 ta' April 2008 u l-31 ta' Diċembru 2008 u bejn l-1 ta' Jannar 2009 u t-28 ta' Frar 2009?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6713.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7223, 6948 u 6705 u jgħid liema huma t-toroq ġo Ħal Luqa li ser jingħataw resurfacing u tarmak, peress li tista' tgħid it-toroq kollha interni ġo Ħal Luqa huma mkissrin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Santa Maria Estate — Joint Office - applikazzjonijiet individwali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk residenti u sidien ta' Santa Maria Estate Mellieħa humiex mitluba li jifdu ċ-ċens temporanju mill-Joint Office taħt l-aħħar skema mħabbra mill-Gvern? Jekk iva, dawn jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet individwali?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju Konġunt ma tobbliga lil ħadd biex jifdi ċ-ċens temporanju, madanakollu, wieħed jista’ japplika volontarjament biex jifdi ċ-ċens. Infakkar l-Onorevoli Interpellant li preżentament l-iskema ta’ fidi hija wieqfa sabiex jigu ipproċessati it-3,000 applikazzjoni għal fidi li huma pendenti.
Dwar il-proprjeta’ f’ Santa Maria
Estate
fil-Mellieħa, din hija mogħtija b’ċens lil kumpannija waħda, u hija s-suġġett ta’ kawża bejn iċ-ċenswalisti u l-Gvern. Għaldaqstant, l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-bejgħ tas-subdirett dominju temporanju tal-proprjetajiet f’din iż-żona fuq bażi individwali huma wieqfa. Madanakollu, malli tinghata deċiżjoni, l-applikazzjonijiet pendenti li hemm fuq din l-art ikunu jistgħu jiġu proċessati taħt l-aħħar skema imħabbra mill-Gvern.