Dħul mit-taxxi — capital gains, fund withdrawing, provisional tax
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar id-dħul ta' taxxa ta' capital gains, fund withholding u provisional tax u taxxa ta' boll fuq kuntratti ta' bejgħ għas-snin 2007, 2008 u mill-1 ta' Jannar sa 31 ta' Mejju 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Year
Capital Gains Provisional (€)
CGT Final Withholding (€)
Duty on Documents (€)
2007
35,059,911
70,461,987
58,946,951
2008
21,034,835
59,601,844
47,240,753
2009 (Jan – May)
7,954,259
17,613,454
14,621,074
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa r-riallokazzjoni tal-Insinwa għall-post il-ġdid fejn qiegħed illum? X'ser jsir mill-post antik tal-Insinwa fi Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta? Kemm ser jiswew il-modifikazzjonijiet u ristrutturar ta' dan il-post?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ispiża tar-riallokazzjoni tal-Insinwa għall- post il-ġdid ġiet tiswa €67,317.
Kif diġa spjegajt fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija nru. 8681, Palazzo Zondadari se jintuża bħala uffiċċju tal-Ministeru tiegħi waqt li jkun qed jiġi rijabilitat b’mod li jixraqlu bħala post ta’ sinifikat arkitettoniku fil-Belt Kapitali.
Peress li għadhom qed isiru l-istudji neċessarji dwar l-interventi li hemm bżonn isiru għadni m’hiniex f’pożizzjoni li nagħti d-dettalji mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-sussidji li l-Korporazzjoni Enemalta rċeviet mingħand il-Gvern fil-perijodu indikati u cioè:
a) Bejn Ottubru 2006 u Settembru 2007?
b) Minn Ottubru 2007 sa Settembru 2008?
ċ) Minn Ottubru 2008 sa Mejju 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti lista aġġornata ta' kemm hemm persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ fuq Part 1, Part 2, lokalità, lokalità? Kemm minn dawn il-persuni bdew jirreġistraw minn Jannar ta' din is-sena? Sal-bidu ta' Ġunju kemm kien hemm ħaddiema li qed jaħdmu bil-ġimgħat mnaqqsa ta' xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi arranġamenti li kien laħaq il-Gvern ma' ċerti kumpanniji fil-manifattura li skadew? Jekk kien hemm xi arranġamenti li skadew, kif baqgħet is-sitwazzjoni ta' l-impjieg f'dawn il-kumpanniji u kienx hemm talbiet biex l-għajnuna tiġġedded għall-perijodu itwal? Jekk l-ebda ftehim ma skada, meta se jibdew jiskadu dawn l-arranġamenti? Il-Gvern għandu xi talbiet mill-ġdid mill-kumpanniji li diġa' kienu mgħejjuna biex jitwal il-perijodu ta' għajnuna? Kien hemm attwalment kumpanniji ġodda li qed ifittxu għajnuna finanzjarja jew ta' xorta oħra mill-Gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi b’kollox 26 kumpaniji avviċinawna biex nassistuhom fil-pjanijiet tagħhom biex jegħlbu l-effetti tas-sitwazzjoni ta’ ricessjoni fid-dinja.
Il-Korporazzjoni
Malta Enterprise
ħarġet sitt
Letters of Intent
lill-kumpaniji biex tassistihom fl-investimenti tagħhom. Dawn is-sitt kumpaniji ikkommettew ruħhom li jinvestu kważi 13-il miljun Ewro u jżidu l-impjiegi b’aktar minn 200 impjegat bejn Novembru 2009 u Diċembru 2010. Dawn il-kumpaniji bejniethom bħalissa jħaddmu ‘il fuq min 1,800 ħaddiem fuq bażi
full-time
.
Ħames kumpaniji oħra issottomettew il-pjani tagħhom u fil-preżent qegħdin jiġu evalwati. Tmien kumpaniji oħra għad iridu jiddeċiedu jekk jissottomettux il-proposti tagħhom jew inkella qegħdin jippreparaw id-dokumenti bil-proposti tagħhom. Seba’ kumpaniji ma kellhomx pjanijiet li jaqaw fil-parametri mifthema rigward assistenza in konnessjoni mar-riċessjoni preżenti.
Ma kien hemm ebda kumpanija li talbet biex jiġi estiż il-ftehim aktar minn dak li kien miftiehem.
L-ebda arranġament ma skada mid-data miftehma u l-iskadenzi huma differenti għal kull kumpanija.
Jista' l-Prim Ministru jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-Gvern mal-Ministeru inkluż s-segretarjat tal-Ministru li għandu servizz tal-internet mhux provdut mill-MITTS? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li qed jitħallas kull xahar u minn liema service provider qed jingħata dan is-servizz?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8684.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8406 u jgħid kemm hemm konsulenti impjegati ma' kull Ministeru? X'inhu s-salarju/rimunerazzjoni li kull wieħed qiegħed jingħata? Kemm minnhom huma irġiel u kemm huma nisa u kemm minnhom għandhom iktar minn 61 sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8406.
Taxxa tal-Bolla u Provisional Capital Gains Tax fuq kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8683 u 8410 u jgħid kemm kien il-ħlas li l-Gvern ġabar bħala taxxa tal-bolla fuq kuntratti u Provisional Capital Gains Tax fuq kuntratti xahar b'xahar matul is-sena 2008 sa Marzu 2009?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8837 peress li fi stqarrija li għamel il-Ministru żmien ilu kien stqarr illi mill-hedging agreements il-Korporazzjoni Enemalta għamlet profit, x'inhi r-raġuni li fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8837, hu għamel referenza għal telf mill-hedging? Kemm kien it-telf mill-hedging matul l-2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi — estimi fuq tariffi
Question
B’referenza għat-tnaqqis fil-prezzijiet ta' konsum ta' dawl, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8614 u jikkonferma jekk it-telf li sofriet il-Korporazzjoni Enemalta mill-hegding agreements ġiex mgħoddi fuq il-konsumatur?
Jekk le hux il-ħsieb tal-Gvern li eventwalment matul din is-sena dan it-telf jgħaddih fuq il-konsumatur ?
Peress li meta l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi kienet qed tanalizza l-aħħar stimi tal-KMPG fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma l-estimi mibgħuta mill- KPMG kienu kkakolati fuq il-bażi ta'
TOTAL TARGET RECOVERY
ta' €305.1 miljun mit-tariffi , u peress li fil-kalkoli tal-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi, dan it-
target
issa nieżel għal €254 miljun jfissirx effetivament li r-roħs fit-tariffi huwa biss ta' 16.5% u mhux kif stqarr pubblikament il-Prim Ministru ta' 22%?
Response (GATT, AUSTIN)
Nista nikkonferma li kwalunkwe telf li seta' kien hemm mill-hedging agreement fuq ix-xiri taż-żejt ma ġiex mgħoddi fuq il-konsumatur. Jien ninsab infurmat ukoll li effettivament ir-roħs tat-tariffi kif ippublikat u kif gawdut minn residenzi fejn hu reġistrat mill-anqas persuna waħda hu ta 22%. Jekk tkun meħtieġa, ir-reviżjoni li jmiss fit-tariffi ssir f'Ottubru li ġej. Huwa għalhekk prematur li wieħed jispekula minn issa x'ser isir u kif se ssir ir-reviżjoni li jmiss.
Jista' il-Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-investigazjoni dwar l-allegat frodi fl-uffiċċju tal-VAT?
Jista' jgħid kemm huwa l-ammont ta' fondi iffrodati lill-Gvern u t-
taxpayer
?
Peress li l-gvern waqqaf ir-
refunds
dovuti lil persuni
bona fide
li huma intitolati għal dawn ir-
refunds,
jista' il-gvern jgħid meta ser jibda jagħti lura dak li huwa ta' dawn il-persuni? Nassumi li sal-lum il-persuni (
vatable persons
) li huma indagati għax involuti fl-allegat frodi huma identifikati u għalhekk id-dipartiment, jista' juża diskrezjoni prudenti u jerġa' jagħti lura ir-
refunds
fejn dovuti?
Jifhem il-Ministru li fiċ-ċirkustanzi ħafna negozji għandhom nuqqas ta'
cashflow
li taffetwa negativament in-negozji tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-investigazzjoni dwar l-allegat frodi fid- Dipartiment tal-VAT għadha sejra u għadna qed nistennew ir-riżultat. Għaldaqstant m’inix f’pożizzjoni li nagħti aktar dettalji.
Rigward ir-
refunds
dovuti lill-persuni
bona fide
dawn ma twaqqfux imma sar proċess biex jiġu iċċekkjati u twarrbu dawk li dehru li jimmeritahom aktar investigazzjoni. Fil-fatt ir-
refunds
qed jerġgħu jibdew joħorġu b’mod regolari.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8613 u jgħid f’liema stadju waslet l-investigazjoni dwar l-allegat frodi fl-uffiċċju tal-VAT? Jista' jgħid kemm huwa l-ammont ta' fondi iffrodati lill-Gvern u t-taxpayer? Peress li l-gvern waqqaf ir-refunds dovuti lil persuni bona fide li huma intitolati għal dawn ir-refunds, jista' il-gvern jgħid meta ser jibda jagħti lura dak li huwa ta' dawn il-persuni? Nassumi li sal-lum il-persuni (vatable persons) li huma indagati għax involuti fl-allegat frodi huma identifikati u għalhekk id-dipartiment, jista' juża diskrezjoni prudenti u jerġa' jagħti lura ir-refunds fejn dovuti? Jifhem il-Ministru li fiċ-ċirkustanzi ħafna negozji għandhom nuqqas ta' cashflow li taffetwa negativament in-negozji tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8613.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati mal-Gvern, nies b'kuntratt (jew li kellhom il-kuntratt imġedded) matul is-sena 2008 sal-lum? Huwa minnu li xi wħud minnhom għandhom salarju u benefiċċji aktar minn ta' Ministru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8686.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8686 u 8404 u jgħid kemm ġew impjegati mal-Gvern, nies b'kuntratt (jew li kellhom il-kuntratt imġedded) matul is-sena 2008 sal-lum? Huwa minnu li xi wħud minnhom għandhom salarju u benefiċċji aktar minn ta' Ministru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8686.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8687 u 8406 u jgħid kemm hemm konsulenti impjegati ma' kull Ministeru? X'inhu s-salarju/rimunerazzjoni li kull wieħed qiegħed jingħata? Kemm minnhom huma irġiel u kemm huma nisa u kemm minnhom għandhom iktar minn 61 sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8406.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm konsulenti impjegati ma' kull Ministeru? X'inhu s-salarju/rimunerazzjoni li kull wieħed qiegħed jingħata? Kemm minnhom huma irġiel u kemm huma nisa u kemm minnhom għandhom iktar min 61 sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li t-tweġiba għall-ewwel żewġ mistoqsijiet ta’ l-Onorevoli Interpellant hija skond l-informazzjoni li qed tingħata għall-Mistoqsija Parlamentari 7198.
Mill-Konsulenti fuq kuntratt t’impjieg, hemm 34 irġiel u 2 nisa u mit-total ta’ 36 Konsulent, hemm 20 ’l fuq minn età ta’ 61 sena.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8415 u jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-Gvern mal-Ministeru inkluż s-segretarjat tal-Ministru li għandu servizz tal-internet mhux provdut mill-MITTS? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li qed jitħallas kull xahar u minn liema service provider qed jingħata dan is-servizz?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba fir-rigward tad-Dipartimenti tal-Gvern f’dan il-Ministeru.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8404 u jgħid kemm ġew impjegati mal-Gvern, nies b'kuntratt (jew li kellhom il-kuntratt imġedded) matul is-sena 2008 sal-lum? Huwa minnu li xi wħud minnhom għandhom salarju u benefiċċji aktar minn ta' Ministru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nies ingaġġati mas-Servizz Pubbliku għall-ewwel darba mill-ewwel ta’ Jannar, 2008 ’l hawn kienu 265. Dan in-numru jkopri:
27 persuna impjegata fuq bażi
back to back
125 persuna impjegata fis-segretarjati privati tal-Ministri/Segretarji Parlamentari peress li l-kuntratti fil-Ministeri preċedenti ġew terminati ma’ l-elezzjoni;
20 persuna fil-qasam tas-saħħa; kif ukoll
93 persuna f’pożizzjonijiet oħra.
Apparati minn dawn, kien hemm 95 persuna, li l-biċċa l-kbira minnhom ma għandhomx grad sustantiv, li ġġedilhom il-kuntratt.
Ħadd minn dawn il-persuni kollha ma għandu salarju u benefiċċji aktar minn ta’ Ministru.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8677 u 8405 u jgħid x'inhi l-proċedura meta pazjenti li ma jistgħux joħorġu u ma jkunux rikoverati fl-Isptar Mater Dei ikollhom bżonn li jarahom speċjalista tal-Gvern? L-ispeċjalisti tal-Gvern għandhom xi allowance biex iżuru lil dawn il-morda li ma jkunux fl-Isptar Mater Dei jew jitħallsu għal kull vista li jagħmlu barra mill-isptar? F'każ li fl-affermativ, x'tip ta' allowance/ħlas jingħataw?
Ministeru għall-Politika Soċjali — Servizz tal-internet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8678 u 8418 u jgħid min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li qed jitħallas kull xahar u minn liema service provider qed jingħata dan is-servizz?