Ministeru tal-Finanzi, l-ekonomija u Investiment — sorsi alternattivi ta' enerġija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10057 u jagħti s-segwenti informazzjoni:
1) X'kienu l-inizjattivi li ħa l-Ministru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jutilizzaw
alternative sources of energy
fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament?
2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi?
3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi inħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order?
4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order?
5) Lil liema kumpannija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order?
Din l-informazzjoni qed tiġi mitluba għas-snin 2007, 2008 u sal-aħħar ta' Mejju 2009.
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — sorsi alternattivi ta' enerġija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10062 u jagħti s-segwenti informazzjoni:
1) X'kienu l-inizjattivi li ħa l-Ministru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jutilizzaw
alternative sources of energy
fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament?
2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi?
3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi inħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order?
4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order?
5) Lil liema kumpanija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order?
Din l-informazzjoni qed tiġi mitluba għas-snin 2007, 2008 u sal-aħħar ta' Mejju 2009.
Dipartiment tal-Passporti — Spiża tar-rilokazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10085 u jgħid kemm ġiet tiswa r-rilokazzjoni tad-Dipartiment tal-Passporti għal Evans Building? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ispejjeż?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Politka Soċjali — sorsi alternattivi ta' enerġija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10059 u jagħti s-segwenti informazzjoni:
1) X'kienu l-inizjattivi li ħa l-Ministru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jutilizzaw
alternative sources of energy
fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament?
2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi?
3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi inħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order?
4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order?
5) Lil liema kumpannija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order?
Din l-informazzjoni qed tiġi mitluba għas-snin 2007, 2008 u sal-aħħar ta' Mejju 2009.
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li Frar 2008, l-Awtorità tad-Djar sottomettiet applikazzjoni taħt il-Fondi Reġjonali Ewropej 2007-2013 sabiex tikseb fondi biex tikkonverti l-uffiċini ta’ l-Awtorità fi 22, Triq Pietro Floriani, Floriana f’bini ekoloġiku. Il-proġett ERDF 102 –Energy Smart Authority ġie approvat u l-kuntratt finali ġie ffirmati f’Mejju 2009. L-għan ta’ l-Awtorità hu li tistalla sistema ta’ pannelli fotovoltaiċi ta’ 3.48 kWp fuq il-bejt ta’ l-uffiċini kif ukoll tinstalla sistema effiċjenti sabiex tiffranka d-dawl fl-uffiċini billi twaħħal sitt lighting optimisers. Inħarġet call for tendering; bħalissa l-proġett qiegħed jiġi evalwat mid-Dipartiment tal-Kuntratti. L-ammont approvat taħt il-fond Reġjonali Ewropej jammonta għal €56,187.05 (ex VAT).
Informat ukoll li t-tender għadu ma ġiex finalizzat peress li għadu fil-proċess ta’ evalwazzjoni. Il-proċess ta’ evalwazzjoni ntemm iżda peress li l-ebda
tenderer
ma ssottometta l-informazzjoni skont kif mitluba fit-
tender
, il-Kumitat tal-Evalwazzjoni tal-Awtorità tad-Djar fuq suġġeriment tad-Direttur tal-Kuntratti Francis Attard, tefgħa r-rakkomondazzjoni li t-tender jersaq għal
negotiated procedure
. L-Awtorità qed tistenna l-
General Contracts Committee
sabiex tieħu deċiżjoni kif ħa nimxu bit-tender.
Peress li mir-rapport finanzjarju tal-awditur cioè Economic Financial Report 2008 jirriżulta li l-Ministru nefaq €101 miljun aktar f'nefqa rikorrenti fuq dik oriġinarjament approvata fl-estimi għas-sena 2008, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata ta' din in-nefqa rikorrenti addizjonali għal sena waħda tal-2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-financial report 2008 fejn jirriżulta li l-Ministru kellu baġit supplimentari għas-sena 2008 ta' aktar minn €22.7 miljun fuq in-nefqa rikorrenti, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata fiex intnefqu dawn l-ammonti supplimentari?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, għalkemm l-infiq globali sa l-aħħar tal-2008 kien anqas mill-ammonti stmati li jintefqu fl-Estimi Supplimentari ta’ l-istess sena, id-dettalji dwar l-infiq li seħħ sa l-aħħar tas-sena huma dawk li jidhru spjegati fl-istess Estimi Supplimentari.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7223, 6948 u 6705 u jgħid liema huma t-toroq ġo Ħal Luqa li ser jingħataw resurfacing u tarmak, peress li tista' tgħid it-toroq kollha interni ġo Ħal Luqa huma mkissrin?
Taxxa tal-Bolla u Provisional Capital Gains Tax fuq kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8410 u jgħid kemm kien il-ħlas li l-Gvern ġabar bħala taxxa tal-bolla fuq kuntratti u Provisional Capital Gains Tax fuq kuntratti xahar b'xahar matul is-sena 2008 sa Marzu 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8410.
Taxxa tal-Bolla u Provisional Capital Gains Tax fuq kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8683 u 8410 u jgħid kemm kien il-ħlas li l-Gvern ġabar bħala taxxa tal-bolla fuq kuntratti u Provisional Capital Gains Tax fuq kuntratti xahar b'xahar matul is-sena 2008 sa Marzu 2009?

Ministeru għalll-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Rilokazzjoni tad-dipartiment
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar in-nefqa fil-Ministeru tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2008 u 2009 sal-lum dwar :
i) rilokazzjoni tad-dipartiment mill-post eżistenti għall-ieħor jekk tkun avverrat
ii) nefqa dwar xiri ta' għamara ġdida biex tirrimpjazza dik eżistenti u jew iżżid ma' dik eżistenti
iii) nefqa dwar redecoration fl-uffiċini u fiex kienet tikkonsisti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Rilokazzjoni tad-dipartiment
Question
Tista' l-Ministru tagħti dettalji dwar in-nefqa fil-Ministeru tagħha u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha għas-sena 2008 u 2009 sal-lum dwar :
i) rilokazzjoni tad-dipartiment mill-post eżistenti għall-ieħor jekk tkun avverrat
ii) nefqa dwar xiri ta' għamara ġdida biex tirrimpjazza dik eżistenti u jew iżżid ma' dik eżistenti
iii) nefqa dwar redecoration fl-uffiċini u fiex kienet tikkonsisti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex — Rilokazzjoni tad-dipartiment
Question
Tista' l-Ministru tagħti dettalji dwar in-nefqa fil-Ministeru tagħha u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha għas-sena 2008 u 2009 sal-lum dwar :
i) rilokazzjoni tad-dipartiment mill-post eżistenti għall-ieħor jekk tkun avverrat
ii) nefqa dwar xiri ta' għamara ġdida biex tirrimpjazza dik eżistenti u jew iżżid ma' dik eżistenti
iii) nefqa dwar redecoration fl-uffiċini u fiex kienet tikkonsisti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9984, 9899 u 9772 u jgħid kemm kienu s-sussidji li l-Korporazzjoni Enemalta rċeviet mingħand il-Gvern fil-perijodi indikati u cioè:
a) Bejn Ottubru 2006 u Settembru 2007?
b) Minn Ottubru 2007 sa Settembru 2008?
ċ) Minn Ottubru 2008 sa Mejju 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — sorsi alternattivi ta' enerġija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11055 u jagħti s-segwenti informazzjoni:
1) X'kienu l-inizjattivi li ħa l-Ministru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jutilizzaw
alternative sources of energy
fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament?
2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi?
3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi inħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order?
4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order?
5) Lil liema kumpannija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order?
Din l-informazzjoni qed tiġi mitluba għas-snin 2007, 2008 u sal-aħħar ta' Mejju 2009.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — sorsi alternattivi ta' enerġija
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10047 u jagħti s-segwenti informazzjoni:
1) X'kienu l-inizjattivi li ħa l-Prim Ministru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jutilizzaw
alternative sources of energy
fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament?
2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi?
3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi inħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order?
4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order?
5) Lil liema kumpannija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order?
Din l-informazzjoni qed tiġi mitluba għas-snin 2007, 2008 u sal-aħħar ta' Mejju 2009.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm numru ta’ dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li qegħdin jutilizzaw apparat ta’ enerġija alternattiva f’forma ta’ pannelli fotovoltajċi mwaħħla fuq binjiet ta’ l-UPM.
Fl-2006, il-kumpanija Solar Solutions Ltd, The Ivy, Triq is-Seqer, Kappara rebħet kuntratt għall-provvista u istallazzjoni ta’ sistemi fotovoltajċi għall-Gvern, wara sejħa għal offerti maħruga mid-Dipartiment tal-Kuntratti. L-UPM uża parti mill-fondi allokati lilu għal inizjattivi favur l-ambjent fl-2006 u l-2007 biex inxtraw tlett sistemi li twaħħlu fuq binjiet okkupati mill-Forzi Armati f’Luqa Barracks (sistema ta’ 2.1kWp u oħra ta’ 1.2kWp) u
unit
ieħor ta’ 1.2kWp fl-Istamperija tal-Gvern. Dettalji dwar dawn is-sistemi jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fl-Auberge d’Italie, li sservi bħala uffiċċju għas-Segretarjat Parlamentari tat-Turiżmu u l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, fl-2007 kienet ġiet stallata sistema fotovoltajika ta’ 3.2kWp. Din is-sistema wkoll ġiet mixtrija mingħand il-kumpanija Solar Solutions Ltd bl-istess
tender
imsemmija aktar ‘il fuq. Is-sistema installata, li tikkonsisti f’16-il panell fotovoltajiku, ġiet tiswa Lm8,000 jew €18,635.
Fl-istess sena, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ukoll kienet investit f’dan it-tip ta’ enerġija. Il-MEPA għandha 4% mill-5,500 metru kwadru ta' spazju fuq il-bejt tal-binja tagħha qed jintuża għal pannelli fotovoltajċi b’total ta’ 7.5kWp. L-informazzjoni b'referenza għall-mistoqsijiet 3, 4 u 5 tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Wieħed irid japprezza li l-għażla tal-bini fejn għandu jitwaħħal apparat ta’ dan it-tip għandha tkun ibbażata fuq fatturi tekniċi, strutturali u ambjentali. Qabel ittieħdet id-deċiżjoni dwar il-binjiet indikati aktar ‘il fuq, sar studju tal-bini kollu okkupat mid-dipartimenti li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi fl-2006, inkluża l-Berġa ta’ Kastilja, bil-għan li s-sistemi jitwaħħlu f’postijiet fejn ikunu l-aktar effettivi u li jħallu l-inqas impatt possibbli kemm mill-lat ta’ estetika kif ukoll ambjentali.
L-UPM, fuq bażi regolari, janalizza sew l-inizjattivi li jkun qed iwettaq favur l-ambjent bil-għan li jkompli jtejjeb fuqhom u biex jieħu miżuri addizzjonali fil-limitu tal-fondi li jkun jista’ jalloka għal inizjattivi ambjentali minn żmien għall-ieħor. Fil-preżent, qed jitħejjew pjanijiet, flimkien mal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, biex iċ-Ċentru għat-Taħriġ u Riċerka fil-Politika Amministrattiva (CPRT) jimplimenta numru ta’
PV installations
fil-kumpless il-ġdid li ser ikollu fil-Furjana.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Rilokazzjoni tad-dipartiment
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji dwar in-nefqa fil-Ministeru tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2008 u 2009 sal-lum dwar :
i) rilokazzjoni tad-dipartiment mill-post eżistenti għall-ieħor jekk tkun avverrat
ii) nefqa dwar xiri ta' għamara ġdida biex tirrimpjazza dik eżistenti u jew iżżid ma' dik eżistenti
iii) nefqa dwar redecoration fl-uffiċini u fiex kienet tikkonsisti?
Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin — Rilokazzjoni tad-dipartiment
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jagħti d-dettalji dwar in-nefqa fil-Ministeru tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2008 u 2009 sal-lum dwar :
i) rilokazzjoni tad-dipartiment mill-post eżistenti għall-ieħor jekk tkun avverrat
ii) nefqa dwar xiri ta' għamara ġdida biex tirrimpjazza dik eżistenti u jew iżżid ma' dik eżistenti
iii) nefqa dwar redecoration fl-uffiċini u fiex kienet tikkonsisti?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2008 id-Direttorat tas-Servizzi Korporattivi u t-Taqsima tal-Informazzjoni Teknoloġika ġew rilokati. Spejjeż rigward għamara ma kienx hemm peress li ntużat l-istess għamara. L-ispejjeż dwar redecoration kienu jammontaw għal 2329 Euros. Ix-xogħol konness ma' l-Informazzjoni Teknoloġika sar minn impjegati tal-Ministeru stess.
Ministeru għall-politika soċjali — Rilokazzjoni tad-dipartiment
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar in-nefqa fil-Ministeru tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2008 u 2009 sal-lum dwar :
i) rilokazzjoni tad-dipartiment mill-post eżistenti għall-ieħor jekk tkun avverrat
ii) nefqa dwar xiri ta' għamara ġdida biex tirrimpjazza dik eżistenti u jew iżżid ma' dik eżistenti
iii) nefqa dwar redecoration fl-uffiċini u fiex kienet tikkonsisti?
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Rilokazzjoni tad-dipartiment
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar in-nefqa fil-Ministeru tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2008 u 2009 sal-lum dwar :
i) rilokazzjoni tad-dipartiment mill-post eżistenti għall-ieħor jekk tkun avverrat
ii) nefqa dwar xiri ta' għamara ġdida biex tirrimpjazza dik eżistenti u jew iżżid ma' dik eżistenti
iii) nefqa dwar redecoration fl-uffiċini u fiex kienet tikkonsisti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li din il-mistoqsija tirrikjedi aktar xogħol u għalhekk għandna bżonn aktar żmien sabiex inkunu nistgħu niġbru l-informazzjoni mitluba.