Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12193 u jagħti dettalji ta' kemm ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta xahar b'xahar 2007, 2008 u 2009:
a) ipoteki legali
b) noti ta' referenzi
ċ) noti ta' ipoteka
d) noti ta' insinwa
e) noti ta' causa mortis
f) ipoteki rinovata
g) subbasti
ġ) separazzjoni personali
h) company notices
ħ) ammonti totali ta' debiti reġistrati
i) ammont totali ta' bejgħ
j) ammont totali ta' tpartit
k) ammont totali ta' enfitewsi perpetwa
l) ammont totali ta' enfitewsi temporanji u
m) ammont totali ta' trasferimenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12192 u jgħid kemm inġabru tariffi u multi mill-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex, kunsill b'kunsill u ċioe:
a) tariffi kull kunsill mill-kuntratturi li jkunu esegwixxew xogħol ta' kostruzzjoni fil-lokalitajiet individwali lokalità lokalità?
b) kemm inġabru multi minn wardens li jinsabu joperaw f'kull lokalità?
Jista' jagħti din l-informazzjoni għas-sena 2008 u sa Ottubru 2009 ?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11410 u r-risposta mogħtija, jista' l-Ministru jagħti dettalji line item b'line item taħt il-Vot ta' nefqa rikorrenti? Kemm kienu l-estimi oriġinali ta' l-2008?
Kemm żdiedet in-nefqa line item b'line item, in-nefqa supplimentari u n-nefqa rikorrenti taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba, l-aktar żewġ items illi jispikkaw huma:
1. €51 miljun sussidju fuq il-kontijiet tad-dawl; u
2. €41 miljun għall-pensjonijiet tat-Tarzna.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-proċess ta' privatizzazzjoni tas-shipyardsjew parti minnhom twaqqfitx? Jekk iva, jista' jagħti r-raġunijiet għaliex dan il-proċess twaqqaf?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess tal-privatizzazzjoni tax-shipyard facilities għadu għaddej.
Fil-każ tal-faċilita tas-
Super Yachts
, peress li l-ebda proposta ma kienet sodisfaċenti il-
privatization unit
talbet lil proponenti kollha biex jerggħu jissottemettu proposti ġodda.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inġabru tariffi u multi mill-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex, kunsill b'kunsill u ċioe:
a) tariffi kull kunsill mill-kuntratturi li jkunu esegwixxew xogħol ta' kostruzzjoni fil-lokalitajiet individwali lokalità lokalità?
b) kemm inġabru multi minn wardens li jinsabu joperaw f'kull lokalità?
Jista' jagħti din l-informazzjoni għas-sena 2008 u sa Ottubru 2009 ?
Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta xahar b'xahar 2007, 2008 u 2009:
a) ipoteki legali
b) noti ta' referenzi
ċ) noti ta' ipoteka
d) noti ta' insinwa
e) noti ta' causa mortis
f) ipoteki rinovata
g) subbasti
ġ) separazzjoni personali
h) company notices
ħ) ammonti totali ta' debiti reġistrati
i) ammont totali ta' bejgħ
j) ammont totali ta' tpartit
k) ammont totali ta' enfitewsi perpetwa
l) ammont totali ta' enfitewsi temporanji u
m) ammont totali ta' trasferimenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11410 u r-risposta mogħtija, jista' l-Ministru jagħti dettalji line item b'line item taħt il-Vot ta' nefqa rikorrenti? Kemm kienu l-estimi oriġinali ta' l-2008?
Kemm żdiedet in-nefqa line item b'line item, in-nefqa supplimentari u n-nefqa rikorrenti taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
proġett Vision 2015 — kumpanija biex tagħti pariri lill-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk tqabditx kumpanija barranija biex tagħti pariri lill-Gvern dwar il-proġett imniedi mill-Gvern ta' Vision 2015? Jekk iva, min hi l-kumpanija u x'inhuwa l-ħlas li se terċievi? Jekk ma ntagħżlitx kumpanija barranija, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi kumpanija Maltija li qed tagħti pariri lill-Gvern f'dan ir-rigward?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-AngelouEconomics hija waħda mill-aktar kumpaniji rinomati fl-Istat ta’ Texas, fl-Istati Uniti. Din tispeċjalizza fl-iżvilupp ekonomiku u lagħbet rwol importanti fis-suċċess miksub minn dan l-Istat matul l-aħħar snin. Dan għaliex għall-aħħar tnax-il sena kienet responsabbli biex tidentifika x’inhuma dawk il-fatturi li jattiraw il-kumpaniji lejn Texas, u b’hekk tidentifika x’għażliet għandu jwettaq dan l-Istat f’termini ta’ żvilupp ekonomiku.
Riżultat ta’ din il-kollaborazzjoni mal-Istat ta’ Texas, numru ta’ kumpaniji kbar rrilokaw l-intrapriża tagħhom hemmhekk. Dawn jinkludi ismijiet rinomati bħal AMD, HP, Semantech u oħrajn.
Ta’ min jgħid ukoll li AngelouEconomics għandha esperjenza kbira anke fl-Ewropa, fejn tat pariri strateġiċi lill-Gvernijiet jew aġenziji ta’ investiment fosthom fil-Portugall, fir-Repubblika Ċeka, fil-Ġermanja u fl-Awstrija.
Fil-każ tagħna, AngelouEconomics ġiet identifikata bħala msieħeb fil-proċess li nirrevedu l-istrateġija relatata mal-Viżjoni 2015. Dan fid-dawl taċ-ċirkostanzi u t-tibdil ekonomiku globali li għaddiet u qed tgħaddi minnu d-dinja llum. Din il-kumpanija se tuża l-esperejnza kbira li għandha f’dan il-qasam biex tagħtina perspettiva globali indipendenti fil-ħidma tagħna biex niżviluppaw l-istrateġija tagħna. L-għan tal-Gvern huwa li jidentifika dawk il-bidliet meħtieġa biex pajjiżna jkun aktar attraenti għall-investiment u b’hekk jinħolqu impjiegi ġodda. Dan kollu bħal parti mill-iżvilupp kontinwu ekonomiku Malti.
Din il-kumpanija ser titħallas is-somma fissa ta’ USD175,000 għal dan il-proġett, li ser jieħu madwar 30 ġimgħa sabiex jiġi fit-tmiemu. Dan ix-xogħol ser jiġi mmexxi minn erbgħa ekonomisti u analisti ta’ kalibru għoli f’dan il-qasam.
AngelouEconomics diġa bdiet l-eżerċizzju ta’ preparazjoni, billi qed tagħmel analizi tas-sitwazzjoni permezz ta’ tlettax-il Focus Group f’Malta. Għamlet ukoll
reviews
ta’ industriji differenti u ta’ strateġiji settorali, analiżi ekonomika u status documents li jkopru l-punti l-aktar importanti tal-Viżjoni 2015 li huma l-oqsma tal-Edukazzjoni, Servizzi Finanzjarji, Għawdex, Saħħa, ICT, Manifattura u Turiżmu.
Il-pass li jmiss ser ikun Scan Ekonomiku ta’ Pajjiżna u t-Tnedija għall-Pubbliku tar-reviżjoni tal-Proġett ‘Viżjoni 2015’ permezz ta’ sit elettroniku mibni apposta mill-istess kumpanija, kif ukoll permezz ta’ mezzi oħra. Ser isiru diversi intervisti ma’ stakeholders prinċipali, inkluż l-Oppożizjoni. L-intenzjoni tal-Gvern hija illi jiftaħ kemm jista jkun b’mod wiesa l-parteċipazjoni b’mod strutturat għaliex dan huwa eżerċizju li ser jaffettwa lil kulhadd u ghaldaqstant għandu jkun proġett ta’ kulħadd.
Benefiċċju ieħor għall-pajjiżna se jkun li din il-kollaborazzjoni mill-qrib ma’ AngelouEconomics se tfisser li meta din il-kumpanija se tkun qed tassisti intrapriżi internazzjonali fid-deċiżjonijiet tagħhom ta’ fejn jirrellokaw, se jkollha għarfien mill-qrib tal-elementi li jagħmlu minn Malta pajjiż attraenti għall-investiment u b’hekk jinħolqu opportunitajiet ġodda.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' nefqa rikorrenti supplimentari ta' aktar minn €101 miljuni kif jidhru bħala li ġew minfuqa f'paġna VII tal-Financial Report 2008 ppubblikat mit-Teżor?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ispjega li qed jitlob l-Onor Interpellant tintstab fis-Supplimentary Financial Estimates 2008.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — sorsi alternattivi ta' enerġija
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti s-segwenti informazzjoni:
1) X'kienu l-inizjattivi li ħa l-Prim Ministru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jutilizzaw alternative sources of energy fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament?
2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi?
3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi inħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order?
4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order?
5) Lil liema kumpanija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order?
Din l-informazzjoni qed tiġi mitluba għas-snin 2007, 2008 u sal-aħħar ta' Mejju 2009.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10304.
proġett Vision 2015 — kumpanija biex tagħti pariri lill-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk tqabditx kumpanija barranija biex tagħti pariri lill-Gvern dwar il-proġett imniedi mill-Gvern ta' Vision 2015? Jekk iva, min hi l-kumpanija u x'inhuwa l-ħlas li se terċievi? Jekk ma ntagħżlitx kumpanija barranija, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi kumpanija Maltija li qed tagħti pariri lill-Gvern f'dan ir-rigward?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — sorsi alternattivi ta' enerġija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11022 u 10303, u jagħti s-segwenti informazzjoni:
1) X'kienu l-inizjattivi li ħa l-Ministru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jutilizzaw
alternative sources of energy
fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament?
2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi?
3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi inħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order?
4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order?
5) Lil liema kumpanija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order?
Din l-informazzjoni qed tiġi mitluba għas-snin 2007, 2008 u sal-aħħar ta' Mejju 2009.
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11090 u 10336 u ċioe: Peress li mir-rapport finanzjarju tal-awditur jiġifieri l-Economic Financial Report 2008 jirriżulta li l-Ministru nefaq €101 miljun aktar f'nefqa rikorrenti fuq dik oriġinarjament approvata fl-estimi għas-sena 2008, jista' jagħti spjegazzjoni dettaljata ta' din in-nefqa rikorrenti addizzjonali għal sena waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ( l-Awditur tal-Gvern) ma ħareġ l-ebda rapport bħal dak li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — sorsi alternattivi ta' enerġija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11088, 10333 u10062 u jagħti s-segwenti informazzjoni:
1) X'kienu l-inizjattivi li ħa l-Ministru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jutilizzaw
alternative sources of energy
fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament?
2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi?
3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi inħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order?
4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order?
5) Lil liema kumpanija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order?
Din l-informazzjoni qed tiġi mitluba għas-snin 2007, 2008 u sal-aħħar ta' Mejju 2009.
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba hi skont kif ġej:
Inizjattiva
Fejn Istallata
Metodu Użat
Kumpanija/Persuna
Ammont
Sistema fotovoltaika 3.2 kWp
Beltissebħ
Tender
Solar Solutions Ltd
€18,800
Pannelli Fotovoltaiċi 2.28 kWp
WasteServ Mrieħel CA Site
Direct Order
Solar Solutions Ltd
€13,827
Pannelli Fotovoltaiċi 3.46 kWp
WasteServ Mrieħel CA Site
Tender
Solar Solutions Ltd
€18,407
Turbina tar-riħ 1.5kW
WasteServ Mrieħel CA Site
Direct Order
Solar Solutions Ltd
€5,565
Pannelli Fotovoltaiċi 4.2 kWp
WasteServ Ħal-Far CA Site
Tender
Solar Solutions Ltd
€26,370
Turbina tar-riħ 3 kW
WasteServ Ħal-Far CA Site
Tender
Hydroelectric Ltd
€14,970
Pannelli Fotovoltaiċi 5.5 kWp
WasteServ Luqa CA Site
Tender
Electrofix Energy Ltd
€30,282
Turbina tar-riħ 2.8 kW
WasteServ Luqa CA Site
Tender
Solar Solutions Ltd
€15,914
Pannelli Fotovoltaiċi 4.2 kWp
WasteServ Magħtab CA Site
Tender
Electrofix Energy Ltd
€21,520
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar:
a) L-investiment produttiv min-naħa tal-Gvern (Gross Fixed Capital Formation) matul 2008 u l-ewwel disa' xhur ta' 2009? Liema kienu l-proġetti li sar investiment fihom matul l-istess żmien?
b) Kemm nefaq il-Gvern biex isalva l-impjiegi matul 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija (a) qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjon mitluba.
Rigward it-tieni parti tal-mistqosija (b) ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2009 il-Gvern intervjena sabiex jassisti 8 kumpaniji li ntlaqtu negattivament mir-riċessjoni internazzjonali u b’hekk isalva l-impjiegi u magħhom ikkommetta għajnuna fil-forma ta’ għotja finanzjarja li tlaħħaq is-somma totali ta’ €4,957,759. Barra din l-għajnuna il-Gvern ikkommetta €1,137,500 f’forma ta’ garanziji u s-somma ta’ €1,800,000 fil-forma ta’ self b’imgħax baxx.
L-assistenza approvata hija marbuta ma’ investiment kapitali mill-kumpaniji involuti u l-għoti ta’ taħriġ lill-impjegati
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Rilokazzjoni tad-dipartiment
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji dwar in-nefqa fil-Ministeru tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2008 u 2009 sal-lum dwar :
i) rilokazzjoni tad-dipartiment mill-post eżistenti għall-ieħor jekk tkun avverrat
ii) nefqa dwar xiri ta' għamara ġdida biex tirrimpjazza dik eżistenti u/jew iżżid ma' dik eżistenti
iii) nefqa dwar redecoration fl-uffiċini u fiex kienet tikkonsisti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru tal-Finanzi, l-ekonomija u Investiment — sorsi alternattivi ta' enerġija
Question
Jista' l-Ministru jagħti s-segwenti informazzjoni:
1) X'kienu l-inizjattivi li ħa l-Ministru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jutilizzaw alternative sources of energy fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament?
2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi?
3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi inħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order?
4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order?
5) Lil liema kumpannija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order?
Din l-informazzjoni qed tiġi mitluba għas-snin 2007, 2008 u sal-aħħar ta' Mejju 2009.
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10305.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — sorsi alternattivi ta' enerġija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10303, u jagħti s-segwenti informazzjoni:
1) X'kienu l-inizjattivi li ħa l-Ministru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jutilizzaw
alternative sources of energy
fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament?
2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi?
3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi inħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order?
4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order?
5) Lil liema kumpannija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order?
Din l-informazzjoni qed tiġi mitluba għas-snin 2007, 2008 u sal-aħħar ta' Mejju 2009.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — sorsi alternattivi ta' enerġija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10333 u10062 u jagħti s-segwenti informazzjoni:
1) X'kienu l-inizjattivi li ħa l-Ministru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jutilizzaw
alternative sources of energy
fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament?
2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi?
3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi inħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order?
4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order?
5) Lil liema kumpanija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order?
Din l-informazzjoni qed tiġi mitluba għas-snin 2007, 2008 u sal-aħħar ta' Mejju 2009.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10336 u ċioe: Peress li mir-rapport finanzjarju tal-awditur cioè Economic Financial Report 2008 jirriżulta li l-Ministru nefaq €101 miljun aktar f'nefqa rikorrenti fuq dik oriġinarjament approvata fl-estimi għas-sena 2008, jista' jagħti spjegazzjoni dettaljata ta' din in-nefqa rikorrenti addizjonali għal sena waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.