Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13288 u ċioe: Peress li issa l-Pjazza ta' quddiem il-Palazz, ċioe Pjazza San Ġorġ, hija magħluqa u numru ta' bejjiegħa fis-suq tal-Belt qed ikollhom diffikultà biex jarmaw u jħottu l-merkanzija tagħhom, jista' l-Ministru flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta jara li jsiru arrangamenti biex ikunu jistgħu jarmaw u jħottu b'aktar faċilità u konvenjenza? Dan biex jgħin lilhom u lill-pubbliku in ġenerali.
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13286 u jassigura li t-toroq segwenti ġo Ħal Luqa jingħataw it-tarmac jew jinbnew għall-ewwel darba ċioe: Triq Ir-Rixtellu (speċjalment il-parti t'isfel) Triq Anton Falzon, Triq Pietru Saliba u Triq Andrea Vassallo?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13285 u ċioe: Peress li Triq il-Wied ġo Ħal Qormi, magħrufa ukoll bħala l-Wied ta' Ħal Qormi, hija traffikuża ħafna u peress li fiż-żona jgħixu numru kbir ta' familji li jikkomprendu anzjani u anke tfal, jista' l-Ministru jordna li jiġu approvati u mqiegħda traffic lights f'postijiet strateġiċi biex jgħinu lir-residenti taż-żona tal-wied jaqsmu minn naħa għall-oħra mingħajr periklu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13277, jista' l-Ministru jikkonferma li l-Kumitat tal-Kuntratti assigura fl-evalwazzjoni tiegħu jekk ħax in kunsiderazzjoni:
a)
due diligence
fuq l-kumpaniji li sottomettew l-offerti/
tender
tagħhom?
b) jekk aċċertax ruħu li sar studju finanzjarju dwar l-ispiża tal-jestjoni tal-power stations magħrufa (cost of running)?
ċ) jekk aċċertax ruħu li saret evalwazzjoni ambjentali ta' studju fuq l-impatt tal-għażla tal-power station l-ġdida magħmul fuq s-saħħa ta' ħafna residenti li jgħixu fil-madwar ta' Marsaxlokk?
d) fl-aħħar jekk il-kumitat ħax in kunsiderazzjoni l-ispiża ta' kif ser jiddisponi l-pajjiż mit-30 tunellata waste prodott kuljum mill-power station l-ġdida?
Jekk ma sar l-ebda analiżi ta' tali rapport, jista' l-Ministru jagħti l-kriterji li fuqhom saret l-għażla?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kriterja li a bażi tagħha ġie mogħti dan it-tender huwa dak stabbilit fir-Regolamenti dwar Kuntratti Pubbliċi jiġifieri l-Aktar Offerta Ekonomikament Vantaġġjuza. Il-punti kienu mqassmin 25 punt fuq l-offerta teknika u 75 fuq l-offerta finanzjarja. Il-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti ġie ppreżentat b’rapport mil-Kumitat ta’ Evalwazjoni li fih dan ta’ l-aħħar spjega d-dettal li analizza mil-offerti li kien hemm. Fost dawn kien hemm it-tip ta’ sistema li tiġġenera l-elettriku, l-ispiża kapitali, il-produzzjoni f’ kundizjonijiet medju, il-produzzjoni f’kundizzjonijiet tas-sajf, l-effiċċjenza ta’ l-impjant, il-fuwil li se jintuża, jekk tonqosx is-saħħa ta’ l-impjant fis-sajf u ż-żmien li se jittieħed biex tinbena l-estensjoni tal-power station. Ma’ dawn il-Kumitat ta’ Evalwazzjoni ikkalkula l-NPV Unit Cost ta’ l-elettriku li kien magħmul l-MWH iġġenerati gross, MWH iġġenerati net, l-offerta finanzjarja, il-valur ta’ l-ispazju li se jokkupa l-impjant, l-ispiża biex taqleb il-produzjoni għal waħda taħdem bil-gas, l-ispiża totali tal-fuwil, l-ispiża totali tal-Lube Oil, l-ispiża totali ta’ l-Urea, l-ispiża totali tad-DeSOx Reagent, l-ispiża tal-manteniment ta’ l-impjant, l-ispiża totali ta’ impjegati tal-manteniment, l-ispiża ta’ penali ta’ emisjonijiet ta’ CO2, l-ispiża totali ta’ rimi ta’ skart, l-ispiża totali ta’ l-impjegati li se jħaddmu l-impjant, l-ispiża ta’ elettriku li jiġi pprovdut lill- impjant, l-ispiża ta’ ilma pprovdut lill-impjant, l-ispiża ta’ steam ipprovdut lill-impjant kif ukoll l-SCR Catalyst Regeneration Cost.
Nixtieq infakkar li kull min ma qabilx ma’ din id-deċizjoni kellu l-opportunità li jappella però nirrimarka li ħadd qatt ma ssottometta appell skond ir-Regolamenti.
Jista' l-Ministru jgħid liema hija l-proprjetà mikrija mingħand il-Gvern u mingħand il-privat mill-Korporazzjoni Enemalta? Kemm hija r-rata ta' kirja (kera fis-sena) għal kull proprjetà llum? Kemm tħallset kera mill-Korporazzjoni Enemalta fis-snin 2006, 2007, 2008 u 2009 għal kull proprjetà?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għat-tender tal-power station il-ġdida li ġiet approvata mill-Kumitat tal-Kuntratti, jista' l-Ministru jgħid:
a) jekk il-Kumitat tal-Kuntratti talabx
due diligence report
qabel ma approva t-
tender
lill-BWSC? Jekk iva, min kien li ssottometta r-rapport ? Jista' dan ir-rapport jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk sar tali rapport, dan ġie mgħoddi lill-awditur biex jagħmel l-investigazzjoni tiegħu? Jekk ma sarx
due diligence report
mill-Kumitat tal-Kuntratti, jista' jgħid x’evlawazjoni għamel il-kumitat fuq l-affidabilità tal-istess soċjetà li ħadet it-
tender
? Kif wasal għall-konklużjoni li din tista' effettivament tattwa u timplimenta t-
tender
li daħlet għalih?
b) jgħid jekk il-Kumitat tal-Kuntartti għamilx evalwazjoni finanzjarja dwar l- ispiża tal-manutenzjoni u
cost of running
tat-teknoloġija magħżula qabel ma ħa deċiżjoni finali?
ċ) il-kumitat għamel evalwazjoni ta' xi rapport dwar l-impatt fuq l-ambjent ta' din it-
tender
qabel ma saret l-għażla finali? Jista' jkollna jew tiġi mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' tali evalwazzjoni jekk saret?
d) peress li it-tekonloġija approvata tikkawża
waste
ta' madwar 30 tunellata kuljum li l-pajjiż jrid jiddisponi minnha, jista' jagħti stima ta' kemm jiġi jiswa kuljum il-proċess ta' rimi ta' dan l-iskart?
Response (FENECH, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-onorevoli membru li l-eżerċizji li qiegħed jirreferi għalihom isiru mill-Kumitat ta' Aġġudikazzjoni u mhux mill-Kumitati Ġenerali tal-Kuntratti. Dawn huma żewġ kumitati differenti; ta' l-ewwel kien magħmul minn uffiċjali fil-Korporazzjoni Enemalta u mill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni waqt li tat-tieni huwa magħmul minn persuni maħtura mill-Prim Ministru għal perjodu definit. Il-Kumitat tal-Kuntratti kien iddiskuta l-proċess ta' evalwazzjoni li mexa bih il-Kumitat ta' Aġġudikazjoni biex jassigura li l-proċess kien ġust, trasparenti u bla ebda diskriminazzjoni bejn operaturi ekonomiċi. Kull darba li ttieħdet deċiżjoni, id-Dipartiment tal-Kuntratti ippubblika d-deċiżjonijiet sia fuq in-notice board tiegħu kif ukoll fuq il-website. Meta ġiet konkluża l-evalwazzjoni tat-tieni pakkett, jiġifieri l-offerta teknika, id-Dipartiment tal-Kuntratti anke informa individwalment lil kull offerent bid-deċiżjoni li kien hemm u infurmahom bid-dritt li għandhom ta' appell skond ir-Regolamenti ta' Kuntratti Pubbliċi. Id-Dipartiment qatt ma rċieva l-ebda appell fuq xi deċiżjoni li ittieħdet.
Ta' min wieħed jgħid li d-dokumentazzjoni kollha marbuta ma’ din is-sejħa għall-offerti li qiegħda fid-Dipartiment tal-Kuntratti tpoġġiet għad-disposizzjoni ta' l-Awditur Ġenerali.
Korporazzjoni Enemalta — miżuri biex jitnaqqsu l-ineffiċjenzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid peress li ġie dikjarat anke fil-Media li kważi 40 % mill-ispiża totali tal-produzzjoni tad-dawl huwa non fuel cost, jista' l-Minsitru jgħid fiex jikkonsisti dan in-non fuel cost item b’item ? X'miżuri qed jittieħdu biex l-ineffiċjenzi li għandha l-Korporazzjoni Enemalta ma jgħaddux bħala piż fuq il-konsumatur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li Triq il-Wied ġo Ħal Qormi, magħrufa ukoll bħala l-Wied ta' Ħal Qormi, hija traffikuża ħafna u peress li fiż-żona jgħixu numru kbir ta' familji li jikkomprendu anzjani u anke tfal, jista' l-Ministru jordna li jiġu approvati u mqiegħda traffic lights f'postijiet strateġiċi biex jgħinu lir-residenti taż-żona tal-wied jaqsmu minn naħa għall-oħra mingħajr periklu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jassigura li t-toroq segwenti ġo Ħal Luqa jingħataw it-tarmac jew jinbnew għall-ewwel darba ċioe: Triq Ir-Rixtellu (speċjalment il-parti t'isfel) Triq Anton Falzon, Triq Pietru Saliba u Triq Andrea Vassallo?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li issa l-Pjazza ta' quddiem il-Palazz, ċioe Pjazza San Ġorġ, hija magħluqa u numru ta' bejjiegħa fis-suq tal-Belt qed ikollhom diffikultà biex jarmaw u jħottu l-merkanzija tagħhom, jista' l-Ministru flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta jara li jsiru arrangamenti biex ikunu jistgħu jarmaw u jħottu b'aktar faċilità u konvenjenza? Dan biex jgħin lilhom u lill-pubbliku in ġenerali.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Luqa — Gate Street, Anton Falzon Street u Pietru Saliba Street - ilma fit-toroq
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12982 u jordna li jittieħdu l-passi neċessarji biex l-ilma li jgħaddi minn Gate Street Luqa, speċjalment minħabba li l-parti t'isfel tal-istess triq tisbokka f'Anton Falzon Street kif ukoll Pietru Saliba Street, jibqa' għaddej liberalment u ma jispiċċax fil-basement tar-residenti? Dan qed jiġri minħabba li x-xogħol infrastrutturali li kellu jsir għadu ma tlestiex.
Ta' min jinnota li dawn it-toroq jilqgħu ilma minn toroq oħra li huma aktar 'il fuq minnhom u għalhekk l-inkonvenjent huwa akbar.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Luqa — Gate Street, Anton Falzon Street u Pietru Saliba Street - ilma fit-toroq
Question
Jista' l-Ministru jordna li jittieħdu l-passi neċessarji biex l-ilma li jgħaddi minn Gate Street Luqa, speċjalment minħabba li l-parti t'isfel tal-istess triq tisbokka f'Anton Falzon Street kif ukoll Pietru Saliba Street, jibqa' għaddej liberalment u ma jispiċċax fil-basement tar-residenti? Dan qed jiġri minħabba li x-xogħol infrastrutturali li kellu jsir għadu ma tlestiex.
Ta' min jinnota li dawn it-toroq jilqgħu ilma minn toroq oħra li huma aktar 'il fuq minnhom u ghalhekk l-inkonvenjent huwa akbar.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema average price taż-żejt Crude Brendt nħaddmu t-tariffi l-ġodda? Fuq liema prezz average tal-fuel oil per tonne nħaddmu t-tariffi ġodda?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12637, 12422 u 12192 u jgħid kemm inġabru tariffi u multi mill-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex, kunsill b'kunsill u ċioe:
a) tariffi kull kunsill mill-kuntratturi li jkunu esegwixxew xogħol ta' kostruzzjoni fil-lokalitajiet individwali lokalità lokalità?
b) kemm inġabru multi minn wardens li jinsabu joperaw f'kull lokalità?
Jista' jagħti din l-informazzjoni għas-sena 2008 u sa Ottubru 2009 ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għal informazzjoni li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5030 fejn hemm isib l-ammonti ta’ flus li nħabru miċ-ċitazzjonijiet tal-wardens matul l-2008. Filwaqt li għal dak li għandu x’jaqsam mas-sena 2009, jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12069.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12635,12420 u 12193 u jagħti dettalji ta' kemm ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta xahar b'xahar matul l-2007, 2008 u 2009:
a) ipoteki legali
b) noti ta' referenzi
ċ) noti ta' ipoteka
d) noti ta' insinwa
e) noti ta' causa mortis
f) ipoteki rinovati
g) subbasti
ġ) separazzjoni personali
h) company notices
ħ) ammonti totali ta' debiti reġistrati
i) ammont totali ta' bejgħ
j) ammont totali ta' tpartit
k) ammont totali ta' enfitewsi perpetwa
l) ammont totali ta' enfitewsi temporanji u
m) ammont totali ta' trasferimenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12420 u 12193 u jagħti dettalji ta' kemm ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta xahar b'xahar matul l-2007, 2008 u 2009:
a) ipoteki legali
b) noti ta' referenzi
ċ) noti ta' ipoteka
d) noti ta' insinwa
e) noti ta' causa mortis
f) ipoteki rinovati
g) subbasti
ġ) separazzjoni personali
h) company notices
ħ) ammonti totali ta' debiti reġistrati
i) ammont totali ta' bejgħ
j) ammont totali ta' tpartit
k) ammont totali ta' enfitewsi perpetwa
l) ammont totali ta' enfitewsi temporanji u
m) ammont totali ta' trasferimenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Ħal Qormi — traffic lights fi Triq il-Wied u Triq il-Ħammieri
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12352 u japprova li fi Triq il-Wied u Triq il-Ħammieri f’Ħal Qormi jitwaħlu t-traffic lights peress li dawn huma traffikużi ħafna u jipprestaw periklu għal min jaqsam it-triq u għar-residenti ta' dawn it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12422 u 12192 u jgħid kemm inġabru tariffi u multi mill-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex, kunsill b'kunsill u ċioe:
a) tariffi kull kunsill mill-kuntratturi li jkunu esegwixxew xogħol ta' kostruzzjoni fil-lokalitajiet individwali lokalità lokalità?
b) kemm inġabru multi minn wardens li jinsabu joperaw f'kull lokalità?
Jista' jagħti din l-informazzjoni għas-sena 2008 u sa Ottubru 2009 ?
Jista' l-Minsitru jara li s-siġar tal-palm li jinsabu fi spazji pubbliċi u li mietu kawża tal-mard li kien hawn jitneħħew għax jagħtu dehra ta' telqa lill-inħawi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li dawk l-entitajiet responsabbli, inkluż kunsilli lokali minn spazji pubbliċi bħall-ġonna u parks, huma obbligati li jassiguraw li palm infettat li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħhom jinqata’, skond kif stipulat fl-istess regoli. Dawn għandhom il-faċilità li jneħħu l-palm infettat jew billi jqabbdu l-ħaddiema tal-PARCs jew xi kuntrattur privat.
Ħal Qormi — traffic lights fi Triq il-Wied u Triq il-Ħammieri
Question
Jista’ l-Ministru japprova illi fi Triq il-Wied u Triq il-Ħammieri f’Ħal Qormi jitwaħlu t-traffic lights peress li dawn huma traffikużi ħafna u jipprestaw periklu għal min jaqsam it-triq u għar-residenti ta' dawn it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.