Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15049 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta ser jitlestew is-segwenti toroq ġo Ħal Luqa:
a) Triq Anton Falzon?
b) Triq Andre Vassallo?
ċ) Triq Wied il-Knejjes il-parti ta' fuq li tisbokka ġo Carmel Street?
Luqa — Gate Street, Anton Falzon Street u Pietru Saliba Street - ilma fit-toroq
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12982 u jordna li jittieħdu l-passi neċessarji biex l-ilma li jgħaddi minn Gate Street Luqa, speċjalment minħabba li l-parti t'isfel tal-istess triq tisbokka f'Anton Falzon Street kif ukoll Pietru Saliba Street, jibqa' għaddej liberalment u ma jispiċċax fil-basement tar-residenti? Dan qed jiġri minħabba li x-xogħol infrastrutturali li kellu jsir għadu ma tlestiex.
Ta' min jinnota li dawn it-toroq jilqgħu ilma minn toroq oħra li huma aktar 'il fuq minnhom u għalhekk l-inkonvenjent huwa akbar.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din il-kwistjoni ġiet riferita lill-Transport Malta sabiex din tinvestiga il-każ u tieħu dawk il-passi neċessarji biex jittaffew il-problemi li jkunu identifikati u dawn dejjem skont il-prijoritajiet li jirriżultaw mill-istess Awtorità.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13286 u jassigura li t-toroq segwenti ġo Ħal Luqa jingħataw it-tarmac jew jinbnew għall-ewwel darba ċioe: Triq Ir-Rixtellu (speċjalment il-parti t'isfel) Triq Anton Falzon, Triq Pietru Saliba u Triq Andrea Vassallo?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kemm Triq ir-Rixtellu kif ukoll Triq Andrea Vassallo, f’Ħal Luqa, huma responsabblità tal-Kunsill Lokali. Fil-każ ta’ Triq Anton Falzon il-parti tat-triq li diġà għandha wiċċ ukoll taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali filwaqt li l-parti l-oħra, li qatt ma ngħatalha wiċċ taqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Awtorità għat-Trasport f’Malta għalkemm mhix inkluża fil-lista oriġinali ta’ toroq li jridu jsiru mill-Awtorit\, u allura xogħol fiha jkun jista’ jibda biss meta jkun hemm il-fondi u skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Fil-kaz ta’ Triq Pietru Saliba din hija inkluża fil-lista ta’ toroq li jridu jsiru mill-Gvern Ċentrali u x-xogħol fuqha jinbeda skond ir-riżorsi u l-prijoritarijiet li jkunu stabbiliti. Jien infurmat li l-aħħar parti ta’ din it-triq, jiġifieri dik li tagħti għal Triq ir-Rixtellu, għadha magħluqa u ma tistax tinfetaħ qabel ma jkun żviluppat il-bini fiha.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13285 u ċioe: Peress li Triq il-Wied ġo Ħal Qormi, magħrufa ukoll bħala l-Wied ta' Ħal Qormi, hija traffikuża ħafna u peress li fiż-żona jgħixu numru kbir ta' familji li jikkomprendu anzjani u anke tfal, jista' l-Ministru jordna li jiġu approvati u mqiegħda traffic lights f'postijiet strateġiċi biex jgħinu lir-residenti taż-żona tal-wied jaqsmu minn naħa għall-oħra mingħajr periklu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-parir ta' Transport Malta huwa li ssir raised zebra crossing li tkun taqdi l-bżonnijiet tal-pedestrians biex jaqsmu t-triq filwaqt li sservi ukoll biex ikun ikkalmat it-traffiku. Dan it-tip ta' xogħol huwa responsabbiltà tal-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitlestew is-segwenti toroq ġo Ħal Luqa:
a) Triq Anton Falzon?
b) Triq Andre Vassallo?
ċ) Triq Wied il-Knejjes il-parti ta' fuq li tisbokka ġo Carmel Street?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress t-toroq in kwestjoni ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Peress li fil-Budget Speech il-Ministru kien wiegħed li ser jitwaqqaf Fond Nazjonali għall-Investiment, jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-Fond effettivament twaqqafx? Jekk iva, x'fondi ġew allokati f'dan il-fond biex jibda x-xogħol allokat lilu skond id-diskors tal-Budget? Dan il-fond ser jkun jista' jissellef huwa biex jwettaq il-proġetti? Jista' jgħid meta ser jinbeda l-ewwel proġett għas-sena 2010 minn dan il-fond ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qegħdin jiġu studjati d-dettalji kif ukoll diversi metodi ta’ kif jista’ jopera l-Fond Nazzjonali għall-Investiment, sabiex jkunu jistgħu jintlaħqu l-għanijiet tal-Fond, hekk kif imħabbra fil-Budget Speech.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14765, jista' l-Ministru minflok jirreferi għall-prijoritajiet tat-Transport Malta u tal-Gvern, jagħti indikazzjoni approssimittiva ta' meta l-wegħdi dwar l-istess toroq li saru fis-sena 2008 se jitwettqu?
Response (GATT, AUSTIN)
M'għandix x'inzid mar-Risposta li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 14765.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex il-kuntratt tas-Ship Building twaqqaf mill-Gvern? X'kienet ir-raġuni lin-negozjati fallew minkejja li kienu ilhom għaddejjin xhur sħaħ? Jista' jagħti spjegazzjoni dwar il-falliment tal-privatizzazzjoni tax-Shipyards u tas-Super Yachts?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kif ġie mħabbar fil Press Conference tat-2 ta’ Frar 2010 f’dawn iż-żewġ proċessi l-aspettattivi tal-Gvern ma ġewx milħuqa. Għaldaqstant ġew imwaqqfa.
Peress li l-quddiem l-Gvern jista jerġa jipprova jiddisponi min dawn il-faċilitajiet ma nħoss li hu fl-interess pubbliku li ngħati aktar dettalji.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14702 u risposta mogħtija, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' stima tal-spiża rikorrenti meta dawn l-iskejjel jibdew joperaw u jekk bl-operat tagħhom hux se jonqos n-numru ta' studenti mill-iskejjel primarji u sekondarji governattivi? Jekk saru xi kalkoli preliminari dwar dan, jistgħu dawn il-kalkoli jiġu mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li l-għażla ta’ tfal għall-iskejjel tal-Knisja, meta dawn jiġu mkabbra biex xi wħud minnhom ikollhom is-settur primarju kif ukoll dak sekondarju, ser issir permezz ta’ lotterija, dan ifisser li x’aktarx it-tfal li jitilgħu għall-iskejjel tal-Knisja ħa jkunu mifruxin minn kull belt u raħal.
Meta wieħed jieħu numru ta’ tfal li ser jidħlu kull sena fis-settur primarju fl-iskejjel tal-knisja u jiddividihom bejn in-numru tal-iskejjel primarju tal-istat, wieħed jasal għall-konklużjoni li n-numru li se jonqos minn kull skola tal-istat ser ikun wieħed minimu u għaldaqstant mhux ser jaffettwa l-operat tal-iskejjel tal-istat.
Dan japplika wkoll għall-iskejjel sekondarji tal-istat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet ikkalkolata per square metre (rental value) tal-bankini u hinterland rispettivament li jiffurmaw il-proprjetà assenjata jew konċessa lill-kumpanija privata li ħadet l-art tal-ex Dockyard? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li sar? Kemm se jkun l-investiment ta' din il-kumpanija fl-ex Dockyard? Kemm se tħaddem nies?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dettalji kollha tal-ftehim dwar l-art ta’ l-ex Dockyard li ser tiġi konċessa lil Palumbo SpA ser jitressqu fuq il-Mejda tal-Kamra fil-futur qarib meta mistennija titressaq ir-riżoluzzjoni tal-Parlament sabiex jiġi approvat it-trasferiment.
L-ammont ta’ ċens annwali li ser jitħallas minn din il-kumpanija għall-użu tal-art huwa skont l-offerta finanzjarja tal-istess kumpanija, li kellha tkun ta’ mhux inqas minn ammont minimu ta’ ċens annwali preskritt fir-Request for Proposals. Dan l-ammont minimu ta’ ċens ġie maħdum fuq bażi ta’ valutazzjoni professjonali li saret qabel ma ħareġ ir-Request for Proposals.
Persuni Barra mill-Unjoni Ewropea — Restrizzjoni dwar xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm xi restrizzjoni dwar xogħol għall-persuni barra mill-Unjoni Ewropea? X'se tkun l-attività primarja tal-kumpanija li ħadet l-konċessjoni? Għandha fakultà li tagħti b'sub konċessjoni porzjonijiet diversi mill-istess art konċessa?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jiċċara għal xiex qed jirreferi fit-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija. Rigward l-ewwel parti tad-domanda, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitlestew is-segwenti toroq ġo Ħal Luqa:
a) Triq Anton Falzon?
b) Triq Andre Vassallo?
ċ) Triq Wied il-Knejjes il-parti ta' fuq li tisbokka ġo Carmel Street?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Kumitat tal-Kuntratti bidel it-terms of reference u /jew requirements għal dawk li jissottomettu tenders? Jaħseb li din il-bidla sejra tagħmel ġid biex intejbu l-kwalità u livell ta' responsablità kif ukoll il-valur għall-flus (value for money) ta' minn jissottometti tali tenders?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti ma bidel l-ebda terms of reference/jew requirements għal dawk li jissottomettu t-tenders.
ftehim bejn il-Gvern u l-awtoritajiet tal-Knisja fuq il-bini ta' skejjel ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi ftehim partikolari bejn il-Gvern u l-awtoritajiet tal-Knisja fuq il-bini ta' skejjel ġodda primarji u sekondarji mill-entitajiet ekkleżjastiċi? Jekk iva, jista' jiġi ntavolat tali ftehim?
Jekk kien hemm diskussjonjiet, nistgħu nkunu nafu kemm ser jiswa lill-Gvern tali żvilupp kull sena meta jkunu qegħdin jiffunzjonaw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-ftehim bejn il-Gvern u l-Knisja dwar il-bini ta’ skejjel ġodda għadu ftehim verbali wara laqgħat li saru bejn il-Knisja u l-Gvern. Dan il-ftehim jibni fuq il-ftehim oriġinali bejn is-Santa Sede u l-Gvern Malti tat-28 ta’ Novembru tal-1991.
B'referenza għar-risposta tal-mistqosija parlamentari 14043, jista' l-Ministru jgħid kemm se jdum jingħata tali sussidju għat-trobbija ta' tiġieġ? Kemm qed jingħata sussidju lill-oqsma l-oħra tal-agrikoltura sena b'sena mill-2004 sal-lum? Kemm se jdum jingħata tali sussidju?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi s-sussidju għat-trobbija tat-tiġieġ jieqaf fl-aħħar ta' din is-sena (2010) bil-pagamenti relatati jitħallsu sal-2011 skond kif kien ġie miftiehem fl-Accession Treaty . Is-sussidji taħt l-SMPPMA ser jibqgħu jitħallsu kif indikat hawn taħt:
Prodotti tal-annimali - sa l-aħħar tal-2010 (bl-arretrati jitħallsu sal-2011);
Settur taż-żriegħ (Tadam u nbid, ħxejjex u frott) - sa l-aħħar tal-2014 (bl-arretrati jitħallsu sal 2015)
Qiegħed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Membru fit-tieni parti tal-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14573 u jagħti indikazzjoni meta s-segwenti toroq ġo Ħal Luqa li kienu mwiegħda mill-Awtorità dwar it-Trasport li se jitlestew sat-30 ta' Diċembru 2008 u sal-lum għadhom m' humiex lesti, effettivament ser jitlestew? It-toroq huma:
a) Triq Pietru Saliba
b) Triq Ġuseppi Ellul
ċ) Triq Patri Indri Schembri
d) Triq Sebastiano Saliba
Oltre fi Triq Pietru Saliba jeħtieġ ukoll li tinfetaħ parti mit-triq diġà proġettata għal dan il-għan biex l-ilma tax-xita ma jibqax jidħol fir-residenzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dawn it-toroq huma inklużi fil-lista ta' toroq li jridu jsiru mill-Gvern Ċentrali u x-xogħol fuqhom jinbeda skond ir-riżorsi u l-prijoritajiet li jkunu stabbiliti. Rigward Triq Pietru Saliba, jien infurmat li din il-kwistjoni tal-ilma ġiet riferita lill-Transport Malta sabiex din tinvestiga il-każ u tieħu dawk il-passi neċessarji biex jittaffew il-problemi li jkunu identifikati u dawn dejjem skond il-prijoritajiet li jirriżultaw lill-istess Awtorità.
Bank Ċentrali — Investigazzjoni - xhieda kunfidenzjali
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13693, il-Ministru qal li ż-żewġ investigazzjonijiet saru fuq il-bażi li kull xhieda tingħata taħt garanzija li tinżamm il-kunfidenzjalità, jista' l-Ministru jgħid jekk u b'liema mod il-Bank Ċentrali kien avża lil persuni kollha li taw ix-xhieda tagħhom fiż-żewġ investigazzjonijiet, li x-xhieda tagħhom kienet se tibqa' kunfidenzajli u li r-rapporti kienu se jibqgħu mhux ippublikati, sabiex kif qal fit-tweġiba, x-xhieda tkun tista' tinġabar kif jixraq?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14330, liema tweġiba tapplika ukoll għall-Mistoqsijiet Parlamentari 14162, 14163, 14164 u 14166 li saru mill-istess Onorevoli Interpellant.
Bank Ċentrali — Investigazzjonijiet - Xhieda kunfidenzjali
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13693, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-kriterji li fuqhom wasslu biex l-istess tmexxija li hemm illum tal-Bank Ċentrali ddeċidiet li tagħti permess lill-ekonomista, impjegat f'dan il-Bank sabiex jagħti konsulenza bi ħlas lit-trade union ewlenija f'pajjiżna, permezz ta' rapporti dwar tema li dak iż-żmien kienet indiskutibilment ta' natura kontroversjali pubblika u politika, jiġifieri l-effetti ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, u intiżi biex dak iż-żmien din il-union tieħu pożizzjoni dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, u dawk il-kriterji li wasslu lill-Bank biex lill-ekonomista l-ieħor, impjegat ukoll fl-istess Bank, jinfurmah, waqt il-proċess dixxiplinari msemmi li ma kienx jingħata permess biex jagħmel il-kontribuzzjoni li għamel minħabba li skond il-Bank it-tema kienet ta' natura kontroversjali? Jista' juri d-dokumentazzjoni tal-permess li kien talab dan l-impjegat ekonomista biex jagħti konsulenza bi ħlas dwar l-effetti ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, hekk kif mitlub mir-regoli tal-Bank Ċentrali, u l-Minuti tal-laqgħa tal-Executive Management Committee meta dan iddiskuta u ddeċieda dwar din it-talba għal permess ta' xogħol ta' konsulenza part-time kif inhi l-prassi fil-Bank Ċentrali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14334.
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta s-segwenti toroq ġo Ħal Luqa li kienu mwiegħda mill-Awtorità dwar it-Trasport li se jitlestew sat-30 ta' Diċembru 2008 u sal-lum għadhom m' humiex lesti, effetivament ser jitlestew? It-toroq huma:
a) Triq Pietru Saliba
b) Triq Ġuseppi Ellul
ċ) Triq Patri Indri Schembri
d) Triq Sebastiano Saliba
Oltre fi Triq Pietru Saliba jeħtieġ ukoll li tinfetaħ parti mit-triq diġà proġettata għal dan il-għan biex l-ilma tax-xita ma jibqax jidħol fir-residenzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.