Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li fil-perjodu indikat ma nxtara ebda kompjuter mill-Ministeru tiegħi.
Leg 11 PQ #16531 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #16532 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — xiri ta' computers

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computersfid-dekasteru tagħha mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li mill-1 ta' Janar 2008 sal-lum fil-Ministeru għal Għawdex inxtara Laptop Sony Vaio FW21E komplut bl-MS Office Application bil-prezz ta' €1354 għas-Segretarjat Permanenti u kien awtorizzat mis-Segretarju Permanenti.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija — xiri ta' computers

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computersfid-dekasteru tagħha mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitliuba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #16522 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Minister tal-Ġustizzja u l-Intern — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Ministru jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #16523 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Tista' l-Ministru tgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dikasteru tagħha mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Tista' l-Ministru tgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dikasteru tagħha mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #16525 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-llum, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru xtara sitt (6) kompjuters għall-iStamperija tal-Gvern. Dan ix-xiri ġiew awtorizzat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru permezz ta’ tender li ġie jiswa’ €31,090.76ċ.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Kull apparat li nxtara ġie approvat mid-Direttur tas-Servizzi Korporattivi u/jew mill-Ministeru tal-Finanzi skont il-valur ta' prodott mixtri.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji ta’ kompjuters/laptops li nxtraw mid-dekasteru tiegħi fil-perjodu ndikat. Dan ix-xiri sar skont ir-regoli tax-xiri pubbliku u ġie awtoriżżat mill-management ta’ l-entità/Fondazzjoni rispettiva.
Leg 11 PQ #16516 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Interim From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-1 ta' Jannar 2008 s'issa inxtraw 17 mobiles / i-phones li ammontaw għal € 3,226.86. Iktar dettalji jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Ministru jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’ seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Ministru jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Ministru jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Ministru jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u għalhekk risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #15945 Sitting 206 2010-04-19 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tlestija ta' toroq f'Ħal Luqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15758 u 15049 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta ser jitlestew is-segwenti toroq ġo Ħal Luqa: a) Triq Anton Falzon? b) Triq Andre Vassallo? ċ) Triq Wied il-Knejjes il-parti ta' fuq li tisbokka ġo Carmel Street?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa kellu l-ħsieb illi jibda xogħol ta’ kisi ta’ tarmac fi Triq Anton Falzon u Triq Wied il-Knejjes (il-parti ta’ fuq li tisbokka ġo Carmel Street) b’kollaborazzjoni mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Madanakollu billi riċentament il-Kunsill ġie infurmat minn Transport Malta illi din ta’ l-aħħar sejra tagħmel xogħol ta’ water culvert fi Triq Anton Falzon, ix-xogħol ta’ kisi ta’ tarmac għalissa ma jistax isir f’din it-triq. Sadanittant, il-Kunsill ser jagħti prijorità lit-Triq Andre Vassallo.

Sistema komputerizzata fid-Dipartiment tal-Artijiet

Question

B'referenza għall-kuntratt mogħti mid-Dipartiment tal-Artijiet dwar is-sistema ta' kompjuterizzazzjoni tad-Dipartiment tal-Artijiet, jista' l-Ministru: a) jpoġġi tali kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra? b) jgħid kemm kien hemm offerti għall-istess kuntratt u kemm kienu l-valuri tal-offerti magħmula minn kull wieħed? ċ) min kienu l-kumpaniji li tefgħu l-offerti? Jista' jgħid jekk id-dipartiment talabx lill-MITA biex tagħmel is-sistema ta' kompjuterizzazzjoni tad-dipartiment? Jekk iva, għaliex din l-entità pubblika ma ngħatatx il-kuntratt? Jekk ma kenitx imsejħa biex tagħmel offerta, qatt ġiet konsultata biex l-aħjar sistema tkun assigurata?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.