Legislature:
Category:
Reset
Active:

item 7265 Vot IV Capital

Question

Peress li item 7265 Vot IV Capital fl-estimi tas-sena 2010 ġie mħallas u peress li l-Ministru tal-Finanzi żied ukoll dan il-vot biex ikopri l-ħlas kollu dovut, jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-asset li akkwista l-gvern b'dan il-ħlas?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 16985.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16520 u jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16529 u jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16528 u jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16519 u jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16521 u jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #16947 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Luqa — Ħal Farruġ - provvista ta' dawl fil-public areas

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta il-lokalità ta' Ħal Farruġ se tkun supplied bil-provvista ta' dawl fil-public areas peress li din ilha mingħajr dawl għal żmien twil u b'inkonvenjent kbir għar-residenti fil-lokalità ta' Ħal Farruġ, Luqa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ħaddiema mal-Private Staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema impjegati u/jew seconded mal-Private Staff tal-Ministru u segretarju parlamentari? Jista' jgħid x'inhu l-grad li għandhom u jekk humiex impjegati taċ-Ċivil? F'każ ta' persuni seconded mal-Ministeru minn fejn huma seconded jew on loan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema impjegati mal-Private Staff tal-Ministru huwa 22. Dawn jinkludu: 1 Head of Secretariat (non-Public Officer) 1 Private Secretary (Public Officer) 1 Assistant Private Secretary (non-Public Officer) 2 Policy Coordinators (Public Officers) 1 Communications Coordinator (non-Public Officer) 1 Office Coordinator (Public Officer) 1 Project Coordinator (non-Public Officer) 3 Secretariat Officers (Public Officers) 1 Secretariat Officer (non-Public Officer) 4 Secretariat Pool (Public Officers) 4 Messengers (Public Officers) 1 Driver (Public Officer) 1 Driver (Public Officer) In-numru ta’ impjegati li huma seconded/on loan mal-Private Secretariat huwa 9: Dawn jinkludu: 2 Policy Officers - from MIMCOL 1 Policy Officer - from MITA 1 Policy Officer - from TM 1 Media Officer - from Freeport 1 Media Officer - from Perm. Sec’s Office 1 Reception / Security - from Freeport 1 Messenger / Driver - from Perm. Sec’s Office 1 Customer Care - from Trade Dept.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — ħaddiema mal-Private Staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema impjegati u/jew seconded mal-Private Staff tal-Ministru u segretarju parlamentari? Jista' jgħid x'inhu l-grad li għandhom u jekk humiex impjegati taċ-Ċivil? F'każ ta' persuni seconded mal-Ministeru minn fejn huma seconded jew on loan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li mal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali hemm 17–il persuna b’kuntratt. Minn dawn 8 huma impjegati taċ-ċivil u 5 persuni huma b’ kuntratt li ġejjin minn entitajiet pubbliċi. Il-pożizzjonijiet fis-segretarjat u tagħrif dwar minn fejn ġew dawn l-uffiċjali jidhru fid-dokument li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #16542 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Ħaddiema mal-Private Staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema impjegati u/jew seconded mal-Private Staff tal-Ministru u segretarju parlamentari? Jista' jgħid x'inhu l-grad li għandhom u jekk humiex impjegati taċ-Ċivil? F'każ ta' persuni seconded mal-Ministeru minn fejn huma seconded jew on loan?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' impjegati fis-Segretarjat Privat tal-Ministeru huwa ta' 14. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #16543 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema mal-Private Staff

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema impjegati u/jew seconded mal-Private Staff tal-Ministru u segretarju parlamentari? Jista' jgħid x'inhu l-grad li għandhom u jekk humiex impjegati taċ-Ċivil? F'każ ta' persuni seconded mal-Ministeru minn fejn huma seconded jew on loan?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Minsiteru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — ħaddiema mal-private staff

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema impjegati u/jew seconded mal-Private Staff tal-Ministru u segretarju parlamentari? Jista' jgħid x'inhu l-grad li għandhom u jekk humiex impjegati taċ-Ċivil? F'każ ta' persuni seconded mal-Ministeru minn fejn huma seconded jew on loan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

kuntratt għall-estensjoni tal-Power Station

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li l-Korporazzjoni Enemalta u/jew il-gvern għamlu mal-BWSC għall-estensjoni fil-power station flimkien ma' kull dokument u/jew ftehim ieħor li hemm anness mal-istess kuntratt? Jista' l-Ministru jagħti dan it-tagħrif peress li din ir-rikjesta qed issir fid-dawl li l-fondi għal dan il-kuntratt huma fondi pubbliċi?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15758 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tlestija ta' toroq f'Ħal Luqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15049 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta ser jitlestew is-segwenti toroq ġo Ħal Luqa: a) Triq Anton Falzon? b) Triq Andre Vassallo? ċ) Triq Wied il-Knejjes il-parti ta' fuq li tisbokka ġo Carmel Street?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15945.

Item 7265 ,Vote IV Capital — Property Searches Database and IT

Question

B'referenza għall-item 7265 Vote IV Capital fl-estimi tas-sena 2010 - Property Searches Databases and IT, jista' l-Ministru jgħid għaliex ġiet ivvutata s-somma ta' €2,700,000? Jista' jgħid jekk ġewx imħallsa xi flus minn din is-somma sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, kemm kien l-ammont u għaliex intnefqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16535 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema re-instated mal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew re-instated ħaddiema mal-gvern mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Liema kriterji intużaw? Fejn ġew allokati dawn il-ħaddiema u x'inhuma s-salarji u kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-1 ta’ Jannar 2008 sa llum ġew re-instated tletin (30) impjegat mal-Gvern. Tabella ‘A’ li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, turi fejn ġew allokati dawn il-ħaddiema u l-iskali tas-salarji rispettivi tagħhom. Il-kriterji li ntużaw biex jiġi deċiż jekk dawn il-persuni kellhomx jiġu re-instated jew le kienu l-istess kriterji elenkati f’sezzjoni 1.6.1.5 tal- Public Service Management Code u li jistabbilixxu li: (i) ir- re-instatement qed isir fl-interess tas-Servizz Pubbliku, per eżemplu li l-grad tal-persuna li qed titlob re-instatement huwa meħtieġ biex timtela vakanza li tkun qed tirriżulta diffiċli li timtela; (ii) it-talba qed issir minħabba raġunijiet umanitarji ta’ natura serja; (iii) fil-kunsiderazzjonijiet tiegħu, il-Kumitat tar-Reintegration ma jagħmilx distenzjoni fuq bażi ta’ età, sess u status ta’ l-applikant. Fil-kundizzjonijiet ta’ l-uffiċjali pubbliċi li ġew re-instated huma l-istess kundizzjonijiet stabbiliti fil- Public Service Management Code .
Leg 11 PQ #16536 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema mal-Private staff

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema impjegati u/jew seconded mal-Private Staff tal-Prim Ministru u segretarju parlamentari? Jista' jgħid x'inhu l-grad li għandhom u jekk humiex impjegati taċ-ċivil? F'każ ta' persuni seconded mal-Ministeru minn fejn huma seconded jew on loan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fis-Segretarjat tiegħi hemm 15-il ħaddiem li ġejjin miċ-ċivil u 10 ġejjin minn xi entità governattiva. Il-grad u minn fejn ġejjin dawk li ġejjin minn entitajiet governattivi huma:- Assistant Lecturer – University of Malta Managerial Post – Malta Enterprise Enforcement Officer – Water Services Corporation Executive Secretary – Mimcol Economics Officers – Central Bank Clerk – Housing Authority Postal Operator – Maltapost Messenger/Driver – MCCA Chairwoman – Malta Maritime Authority Driver – Occupational, Health and Safety Authority Fir-rigward tas-Segretarjat Parlamentari tal-Onorevoli Mario De Marco, hemm 7 li ġejjin miċ-ċivil filwaqt li m’hemm ħadd li ġej minn entitajiet governattivi. Fir-rigward tas-Segretarjat Parlamentari tal-Onorevoli Chris Said, hemm 7 li ġejjin miċ-ċivil u 1 li ġejja minn entità governattiva. Il-grad ta’ din ta’ l-aħħar huwa Skala 7 u ġejja u mill- Malta Tourism Authority .

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — ħaddiema tal-Private Staff

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema impjegati u/jew seconded mal-Private Staff tal-Viċi Prim Ministru u segretarju parlamentari? Jista' jgħid x'inhu l-grad li għandhom u jekk humiex impjegati taċ-ċivil? F'każ ta' persuni seconded mal-Ministeru minn fejn huma seconded jew on loan?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant li in-numru ta’ ħaddiema impjegati mal-Private Staff fil-Ministeru tiegħi huwa ta’ għoxrin (20)-il persuna. Il-gradi tal-erba' (4) uffiċjali li m’humiex mis-settur pubbliku huma kif ġejjin: 1 - Head of Secretariat, 1 - Secretariat Officer, 2 - Personal Driver/Security Officer M’hemm l-ebda uffiċjal li huwa seconded jew on loan, fil-Private Staff tal-Ministru.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — ħaddiema mal-Private Staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema impjegati u/jew seconded mal-Private Staff tal-Ministru u segretarju parlamentari? Jista' jgħid x'inhu l-grad li għandhom u jekk humiex impjegati taċ-Ċivil? F'każ ta' persuni seconded mal-Ministeru, minn fejn huma seconded jew on loan?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar il-ħaddiema impjegati u/jew seconded mal-Private Staff tal-Ministru u Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ħaddiema mal-Private Staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema impjegati u/jew seconded mal-Private Staff tal-Ministru u segretarju parlamentari? Jista' jgħid x'inhu l-grad li għandhom u jekk humiex impjegati taċ-Ċivil? F'każ ta' persuni seconded mal-Ministeru, minn fejn huma seconded jew on loan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.