Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vote IV Capital Item 7265 — Property Searches Database and IT

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16985, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kif skont il-ftehim tat-12 ta' Ottubru 1999, il-gvern xtara l-komputerazzazjoni u data files kollha li kellhom jiġu aġġornati u issa kellu jerġa' jħallas biex jixtri xi data files? Allura meta l-kumpanija kienet qegħda tikkompila dawn il-files, għamlet dan minn flusha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Property Searches Database IT

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16985, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'taħriġ ingħata skond il-ftehim tat-12 ta' Ottubru 1999 lil ħaddiema tal-Gvern biex joperaw din is-sistema? Kemm kien l-ammont ta' ħaddiema li ngħataw dan it-taħriġ u fiex kien jikkonsisti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Property Searches Database IT

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16985, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra: (a) kif wasal il-gvern għas-somm tas-somma ta' €2,714,000 bħala ħlas u (b) jista' jagħti breakdown tal-ħlas li t-total tiegħu jammonta għall-imsemmija somma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17611, 17348, 17160, 16919 u 16528 u jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17612, 17347, 17158, 16918 u 16529 u jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17348, 17160, 16919 u 16528 u jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17347, 17158, 16918 u 16529 u jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Item 7265 ,Vote IV Capital — Property Searches Database and IT

Question

B'referenza għall-item 7265 Vote IV Capital fl-estimi tas-sena 2010 - Property Searches Databases and IT, jista' l-Ministru jgħid għaliex ġiet ivvutata s-somma ta' €2,700,000? Jista' jgħid jekk ġewx imħallsa xi flus minn din is-somma sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, kemm kien l-ammont u għaliex intnefqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 16985.
Leg 11 PQ #17345 Sitting 225 2010-05-24 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Luqa — Ħal Farruġ - provvista ta' dawl fil-public areas

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17155 u 16947 u jgħid meta il-lokalità ta' Ħal Farruġ se tkun supplied bil-provvista ta' dawl fil-public areas peress li din ilha mingħajr dawl għal żmien twil u b'inkonvenjent kbir għar-residenti fil-lokalità ta' Ħal Farruġ, Luqa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa għaddej bil-ħidma tiegħu sabiex l-Awtorità Maltija għall-Iżvilupp u l-Ippjanar (MEPA) tkun tista’ toħroġ il-compliance certificate neċessarju sabiex il-Kunsill Lokali jkun jista’ japplika kif meħtieġ għall-installazzjoni tal-provvista tad-dawl eletriku fl-inħawi msemmija.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17157, 16917 u 16520 u jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17158, 16918 u 16529 u jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17160, 16919 u 16528 u jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17161, 16921 u 16519 u jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17472 Sitting 225 2010-05-24 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Low cost Airlines

Question

Filwaqt li l-fatt li Ryanair stabilew bażi f'Malta huwa pożittiv, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm jiswew lill-Malta (fisku) il-preżenza ta dawn il-low cost? Jista' jgħid x'inhuma l-inċentivi li jingħataw biex joperaw lejn pajjiżna? Jikkonferma jekk l-istess inċentivi jingħatawx ukoll lill-linja nazzjonali ta' pajjiżna Air Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern u l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu iqisu l-aċċessibilità lejn u minn pajjiżna bħala fattur kruċjali għas-suċċess tal-industrija tat-turiżmu. Grazzi għall-ħidma li tagħmel l-Awtorità tat-Turiżmu mal-linji tal-ajru, tour operators u Malta International Airport, Malta għandha rabta bl-ajru ma’ 76 destinazzjoni. Iż-żieda fir-rotot qed tagħti riżultat tant li n-numru tat-turiżmu lejn pajjiżna qed jikber. B’sodisfazzjon ninnota li l-linja Nazzjonali tal-Ajru tagħna, minkejja l-introduzzjoni ta’ Low Cost Carriers u operaturi oħrajn irnexxielha żżomm il- market share tagħha. L-Awtorità tat-Turiżmu tirriklama f’destinazzjonijiet li minnhom joperaw linji tal-ajru. Isiru kampanji ta’ riklamar konġunti ma linji tal-ajru inkluż l-Air Malta. Minn żmien għal żmien il-Gvern joħroġ sejħiet għal linji tal-ajru li jkunu interessati joperaw rotot ġodda. Kull linja tal-ajru inkluż l-Air Malta jistgħu japplikaw biex joperaw dawn ir-rotot.
Leg 11 PQ #17155 Sitting 221 2010-05-17 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Luqa — Ħal Farruġ - provvista ta' dawl fil-public areas

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16947 u jgħid meta il-lokalità ta' Ħal Farruġ se tkun supplied bil-provvista ta' dawl fil-public areas peress li din ilha mingħajr dawl għal żmien twil u b'inkonvenjent kbir għar-residenti fil-lokalità ta' Ħal Farruġ, Luqa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16917 u 16520 u jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16918 u 16529 u jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16919 u 16528 u jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16921 u 16519 u jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Vote IV Capital Item 7265 — Property Searches Database and IT

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16534, peress illi l-Vot IV Capital Item 7265 fl-estimi ġie mħallas, jista' l-Ministru jgħid lil min tħallas u x'kien l-akkwist mill-gvern jew l-amministrazzjoni pubblika għal dan il-ħlas?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li is-somma msemmija ta’ Euro2,700,000 ġiet ivvutata biex ikun jista jiġi mwettaq proċess li permezz tiegħu il-gvern beda jipprovdi s-servizz tar-riċerki tar-Reġistru Pubbliku huwa stess minflok il-kumpanija privata li s’issa kienet tagħmel dan. Din is-somma serviet biex jinxtraw databases, sistemi u apparat ieħor li ma kenux koperti fil-ftehim oriġinali u li l-kumpanija żviluppat addizzjonalment fuq dak li kien mitlub minnha matul il-perjodu tal-ftehim u li allura kienu propjeta tal-istess kumpanija. Dawn id-data files addizjonali inxtraw għaliex jikkumplementaw id-data files l-oħra li kienu diġà tal-Gvern u allura jiffaċilitaw u jżidu l korrettezza tar-riċerka. Infurmat ukoll li bil-ħlas imsemmi mill-Onorevoli Interpellant l-affarijiet li akkwista l-Gvern jinkludu numru ta’ Data Files Addizzjonali li kienu proprjetà tal-Kumpanija Eureka Services Ltd kif ukoll diversi programme ta’ software u d-drittijiet intellettwali u dokumentazzjoni relattiva li l-kumpanija kienet żviluppat a spejjeż tagħha sabiex tkun tista’ taċċedi u timmanipula d-data files. Barra minn hekk ill-Gvern akkwista wkoll apparat divers li kien tal-kumpanija, fosthom servers, computers u CCTV camera u li huma bżonnjuzi sabiex l-operat ikun garantit. Barra minnhekk, il-kumpanija intrabtet ukoll li tassisti lill-Gvern u tħarreġ l-impjegati tiegħu biex isiru jafu kif taħdem is-sistema kollha li jmexxu u li l-Gvern ikun kapaċi jmexxi is-sistema hu waħdu kemm jista’ jkun malajr. Id-data files addizzjonali li akkwista l-Gvern jinkludu: · date file li jikkontjeni l-maternitajiet mill-1943 sa l-aħħar ġurnata tal-Ftehim – kumplessivament mhux anqas minn 2,892,401 rekord – u li huma meħtieġa biex jiddistingwu persuni bl-istess ismijiet jew fejn jintużaw isem differenti għall-istess persuna fil-perjodu ta’ qabel l-introduzzjoni tal-karta tal-identita’; · date file li jindividwa l-Ipoteki bil-Garanzija ta’ Paċifiku Pussess kollha – kumplessivament mhux anqas minn 586,269 rekord – u li huma meħtieġa biex fir-riċerka tad-debiti jitħallew barra u b’hekk tonqos sostanzjalment l-ispiża tar-riċerka; · date file bil-paternita' fir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex mill-1859 sal-1902 – kumplessivament mhux anqas minn 35,132 rekord; · date file ta’ kważi kull riferenza mal-Ipoteki kemm fir-Reġistru ta’ Malta kif ukoll dak ta’ Għawdex mill-1980 ‘il quddiem – kumplessivament mhux anqas minn 284,101 rekord Is-Software akkwistat jinkludi: · software li jorbot d-date file tan-noti ta’ ipoteka mad-date file tal-image relattiv; · software li jikkreja, jimmanipula u jorbot flimkien d-database · systems management software; · is-sistema magħrufa bħala Pronline; · software ieħor anċillari li jitħaddem mas-sistemi prinċipali S’issa tħallset is-somma ta’ Euro 2,714,000 li tinkludi wkoll il-VAT. Din hi ċ-ċifra totali li ġiet maqbula mal-kumpanija biex il-gvern ikun jista, b’effet mix-xahar li għadda, jieħu post il-kumpanija f’kull aspett tal-ħruġ tal-istess riċerki. Din is-somma ma tinkludix dik ta’ Euro 4,500 (u l-VAT) fix-xahar biex jitħarreg l-istaff u biex jiġi provdut support matul l-ewwel xhur li huma meqjusa bħala perjodu transitorju. Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt.