Legislature:
Category:
Reset
Active:

Nefqa jew investiment fuq riċerka

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19014 u jgħid kemm huwa l-persentaġġ mill-Gross Domestic Product fin-nefqa jew investiment fuq riċerka fis-snin 2008 u 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa fuq ir-riċerka (R&D) hija kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kuntratti ta' Konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19023 u 18738 u jgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tiegħu u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni se tingħata f’xi seduta oħra.

levies fuq istituzzjonjiet finanzjarji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19022 u ċioe: Peress li fl-istqarrija l-Ministru esprima l-opinjoni favorevoli fuq l-impożizjoni ta' levies fuq istituzzjonjiet finanzjarji sakemm dawn ikunu imposti minn kull pajjjiż, jista' l-Ministru jiċċara jekk kienx qed jirreferi għall-pajjiżi taż-Żona Euro jew il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea? Jista' jikkwantifika jew jintavola xi analiżi u jew studju dwar l-impatt ta' dawn il- levies fuq is-settur finanzjarju f’pajjiżna u x’impatt jista' jkollha l-introduzzjoni ta' dawn il- levies ? Jikkonferma jekk qabel ma ħa din il-pożizjoni kellux xi diskussjonijiet ma' setturi kif ukoll ma' istituzzjonijiet regolatorji ta' settur finanzjarju? Jekk iva, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rakkmandazzjonjiet magħmula minn dawn l-istituzzjonijiet u r-rappreżentanti tas-settur f’pajjiżna ?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16519 u jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16519.
Leg 11 PQ #19219 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Emissjonijiet serra

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19019 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm irnexxielu inaqqas il-pajjiż mill-emissjonijiet serra bejn 2000 u 2010 meta ikkomparat ma' livelli tas-sena 1990? Jista' jagħti ukoll il-livelli għas-sena 1990?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Emissjonijiet gross nazzjonali ta’ gassijiet serra fl-1990 ammontaw ghal 2.047 miljun tunellata ekwivalenti ta’ dijossidu tal-karbonju. Emissjonijiet gross nazzjonali ta’ gassijiet serra fl-2008 ammontaw ghal 2.952 miljun tunellata ekwivalenti ta’ dijossidu tal-karbonju, jigifieri zieda ta’ madwar 44.2 fil-mija fuq il-livelli fl-1990.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16519 u jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16519, liema tweġiba tapplika wkoll għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 17349 u 17161.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Ministru jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dikasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Kuntratti ta' Konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18737 u jgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tiegħu u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Emissjonijiet serra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irnexxielu inaqqas il-pajjiż mill-emissjonijiet serra bejn 2000 u 2010 meta ikkomparat ma' livelli tas-sena 1990? Jista' jagħti ukoll il-livelli għas-sena 1990?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li din l-informazzjoni hija responsabiltà tal-MEPA u għaldaqstant nissuġerixxi l-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Studenti li ma komplewx l-edukazzjoni terzjarja

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru u għalhekk ukoll il-perċentwali ta' studenti li ma komplewx l-edukazzjoni terzjarja jew livell simili wara li spiċċaw l-iskola sekondarja fis-snin 2004 sa 2009? Tista' tagħti dettalji sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Bħalissa għaddej eżerċizzju ta’ statistika biex tkun ivverifikata ċ-ċifra eżatta peress li qed tingħata nformazzjoni differenti minn sorsi differenti.

Persuni li qegħdin f'riskju ta' faqar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni fir-riskju ta' faqar fis-sena 2000 u kemm hu n-numru ta' persuni illum? Tista' tgħid ukoll liema kienu il-kategoriji ta' persuni ċioe żgħażagħ, anzjani, single parent families eċċ. li jinsabu f'dan il-livell ta' kwalità ta' ħajja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

levies fuq istituzjonjiet finanzjarji

Question

Peress li fl-istqarrija l-Ministru esprima l-opinjoni favorevoli fuq l-impożizjoni ta' levies fuq istituzjonjiet finanzjarji sakemm dawn ikunu imposti minn kull pajjjiż, jista' l-Ministru jiċċara jekk kienx qed jirreferi għall-pajjiżi taż-Żona Euro jew il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea? Jista' jikkwantifika jew jintavola xi analiżi u jew studju dwar l-impatt ta' dawn il- levies fuq is-settur finanzjarju f’pajjiżna u x’impatt jista' jkollha l-introduzzjoni ta' dawn il- levies ? Jikkonferma jekk qabel ma ħa din il-pożizjoni kellux xi diskussjonijiet ma' setturi kif ukoll ma' istituzzjonijiet regolatorji ta' settur finanzjarju ? Jekk iva, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rakkmandazzjonjiet magħmula minn dawn l-istituzzjonijiet u r-rappreżentanti tas-settur f’pajjiżna ?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kuntratti ta' Konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18738 u jgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tiegħu u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17968, 17611, 17348, 17160, 16919 u 16528 u jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16528, liema tweġiba tapplika wkoll għall-mistoqsijiet parlamentari 17968, 17611, 17348, 17160, u 16919.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Kuntratti ta' Konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tiegħu u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18740 Sitting 249 2010-06-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Kuntratti ta' Konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tiegħu u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi apparti mill-konsulenza li ngħatat informazzjoni dwarhom fid-domanda Parlamentari numru 11684, fl-2010 ġew mogħtija s-segwenti:-

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Kuntratti ta' Konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tiegħu u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni għadħa qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #18742 Sitting 249 2010-06-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kuntratti ta' Konsulenza

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tagħha u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tagħha, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-konsulenzi li ngħataw mill-Ministeru għal Għawdex u mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu matul is-snin 2009 u 2010 huma kif elenkati fit-tabella li qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Kuntratti ta' Konsulenza

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tagħha u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tagħha, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qegħda npoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni li waslitli mingħand uħud mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Hekk kif tasal l-informazzjoni meħtieġa mill-entitajiet l-oħra li, peress illi kien hemm ammont ta’ xogħol sostanzjali involut fil-ġbir tal-informazzjoni mitluba nagħddi din l-informazzjoni lill-Onorevoli Interpellant.