Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Kuntratt ta' pubbliċità
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid u jagħti informazzjoni dwar kemm-il kuntratt ta' pubbliċità (advertising fil-media kollha) ngħata mill-ministeru tiegħu u minn kull entità jew kumpanija li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm hu l-ammont (consideration) ta' kull kuntratt? B'liema modalità ġie mogħti kull kuntratt ċioe jekk hux b'direct order jew b'offerta pubblika jew b'mezz ieħor permess mir-regolamenti finanzjarji? Lil min ingħata kull kuntratt, lil xi kumpanija jew xi individwu? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2008, 2009 u sa Awwissu 2010?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq nifnorma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dettalji mitlubin huma kollha fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Kuntratt ta' pubbliċità
Question
Jista' l-Ministru jgħid u jagħti informazzjoni dwar kemm-il kuntratt ta' pubbliċità (advertising fil-media kollha) ngħata mill-ministeru tiegħu u minn kull entità jew kumpanija li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm hu l-ammont (consideration) ta' kull kuntratt? B'liema modalità ġie mogħti kull kuntratt ċioe jekk hux b'direct order jew b'offerta pubblika jew b'mezz ieħor permess mir-regolamenti finanzjarji? Lil min ingħata kull kuntratt, lil xi kumpanija jew xi individwu? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2008, 2009 u sa Awwissu 2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li nġabret.
(Ara dokument numru 6445 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta numru 311 tat-8 ta' Frar 2011)
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Kuntratt ta' pubbliċità
Question
Jista' l-Ministru jgħid u jagħti informazzjoni dwar kemm-il kuntratt ta' pubbliċità (advertising fil-media kollha) ngħata mill-ministeru tiegħu u minn kull entità jew kumpanija li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm hu l-ammont (consideration) ta' kull kuntratt? B'liema modalità ġie mogħti kull kuntratt ċioe jekk hux b'direct order jew b'offerta pubblika jew b'mezz ieħor permess mir-regolamenti finanzjarji? Lil min ingħata kull kuntratt, lil xi kumpanija jew xi individwu? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2008, 2009 u sa Awwissu 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Kuntratt ta' pubbliċità
Question
Jista' l-Ministru jgħid u jagħti informazzjoni dwar kemm-il kuntratt ta' pubbliċità (advertising fil-media kollha) ngħata mill-ministeru tiegħu u minn kull entità jew kumpanija li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm hu l-ammont (consideration) ta' kull kuntratt? B'liema modalità ġie mogħti kull kuntratt ċioe jekk hux b'direct order jew b'offerta pubblika jew b'mezz ieħor permess mir-regolamenti finanzjarji? Lil min ingħata kull kuntratt, lil xi kumpanija jew xi individwu? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2008, 2009 u sa Awwissu 2010?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Kors tat-Taxxa fl-MCAST — proċeduri biex jintagħżlu l-impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid b'liema proċedura intagħżlu l-persuni impjegati fiċ-Ċivil biex jagħmlu kors fuq taxxa fl-MCAST? Kien hemm xi shortlist? Jekk iva, fuq liema kriterju saret? X'kienu l-kwalifiki mitluba, jekk kien hemm xi kwalfiki rikjesti? Sar interview lil dawk shortlisted?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ebda impjegat ma ġie magħżul biex jagħmel kors fuq it-taxxa fl-MCAST.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar refunds ta' taxxa fuq qligħ (income tax) li huma dovuti lill-individwi, kumpaniji lokali u esteri reġistrati f'Malta, u entitajiet oħra skond il-klassifikazzjoni fl-istess dipartiment sal-aħħar ta' Awwissu 2010? Kemm huma l-imgħaxijiet li qegħdin jiddekorru fuq l-istess refunds fis-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-refunds li kienu dovuti mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni sal-aħħar ta’ Awwissu 2010 huma kif indikati fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-imgħaxijiet li jiddekorru bir-rata ta’ 0.75% fix-xahar huma €459,629.
Jista' l-Ministru jikkonferma illi l-probe li suppost għandha titwaħħal mal-iSmart Meters mhux qed tiġi mwaħħla? Jikkonferma li din il-probe ma tiffunzjonax? Jista' jgħid kemm ħallset Arms Ltd għal din il-probe?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-probe neċessarja biex jinqara l-meter tal-ilma qed tiġi stallata kif ippjanat u hu kkonfermat li l-meters qed jinqraw kif suppost. Il-ħlas tal-probe huwa parti minn pakkett maqbul mal-kumpanija li qed tissuplixxi l-ismart meters.
Jikkonferma l-Ministru li l-compliance section tal-Korporazzjoni Enemalta rnexxielha tiġbor madwar €150 miljun f'debiti kunsidrati bħala bad debts matul dawn l-aħħar għaxar snin u issa din is-sezzjoni ġiet żarmata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant illi ma jistax ikun li ngabru €150 miljun ewro f’bad debts minn din is-sezzjoni ghaliex l-Enemalta qatt ma kellha €150 miljun ewro f’bad debts.
Tajjeb wiehed jghid ukoll li b'konsegwenza ta’ direttivi ordnati mill-General Workers’ Union, il-credit control section qed tirrifjuta li tghaddi l-informazzjoni necessarja lid-Dipartiment tal-Finanzi biex ikun imkejjel ix-xoghol tal-haddiema f'din s-Sezzjoni.
Tajjeb li l-Onor. Interpellant ikun infurmat ukoll illi l-Korporazzjoni Enemalta mhijiex f’pozizzjoni li tipprovdi informazzjoni ta’ x’jaghmlu l-haddiema ta’ din is-sezzjoni waqt il-gurnata tax-xoghol peress li l-ufficcjali qed jirrifjutaw ukoll li jimlew id-daily work sheets li turi ghand min u fejn marru u x’sar matul il-gurnata tax-xoghol.
Xoghol il-compliance officer jikkonsisti fi gbir fizikament ta’ pagamenti fuq hlasijiet normali ta’ kontijiet kurrenti minn hotels, fabbriki, u stabbilimenti kummercjali zghar. Il-gurnata tax-xoghol hija mhallsa ghal 12-il siegha b’shift day in day out li jinkludi s-Sibt u l-Hadd tkun doppja.
Il-compliance officers fil-compliance unit ghandhom assenjati konsumaturi li ghandhom isegwu.
Tajjeb li l-Onor. Interpellant ikun infurmat ukoll li l-haddiema ta’ din is-sezzjoni rrifjutaw b’sahha l-introduzzjoni ta’ rotation biex jitnaqqas il-lok ta’ abbuz.
Gas Division — allowance miftehma fil-collective agreement
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħaddiema fil-Gas Division f'Birżebbuġia ma ngħatawx l-allowance miftehma fil-Collective Agreement biex jagħmlu ċertu xogħol ta' Gas Division u minflokhom qegħdin jinġiebu ħaddiema minn barra s-sezzjoni u jitħallsu aktar flus, filwaqt li dawn il-ħaddiema qed jitħallew ma jagħmlux dan ix-xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kuntratt ta' konsulenza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19312, 19216, 19023 u 18738 u jgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tiegħu u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.
Kors tat-Taxxa fl-MCAST — proċeduri biex jintagħżlu l-impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19429 u jgħid b'liema proċedura intgħażlu l-persuni impjegati fiċ-Ċivil biex jagħmlu kors fuq taxxa fl-MCAST? Kien hemm xi shortlist? Jekk iva, fuq liema kriterju saret? X'kienu l-kwalifiki mitluba, jekk kien hemm xi kwalfiki rikjesti? Sar interview lil dawk shortlisted?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19429.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19445 u jagħti dettalji dwar refunds ta' taxxa fuq qligħ (income tax) li huma dovuti lill-individwi, kumpaniji lokali u esteri reġistrati f'Malta, u entitajiet oħra skond il-klassifikazzjoni fl-istess dipartiment sal-aħħar ta' Awwissu 2010? Kemm huma l-imgħaxijiet li qegħdin jiddekorru fuq l-istess refunds fis-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19445.
Wara li l-Prim Ministru għamel stqarrija li Arms Ltd għandha tagħmel apoloġija minħabba l-fjask li għamlet, jista' jgħid x'passi ttieħdu kontra min kien responsabbli għal dan il-fjask?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni li jagħmlu kuntatt mal-Uffiċċju tal-ARMS Ltd. personalment jew permezz tat-telefon jew email huwa sostanzjali. Bħala medja, ikun hemm madwar 1,000 kuntatt kuljum. Il-kuntatt min-naħa tal-pubbliku jsir għal aktar tagħrif dwar kontijiet li jirċievu, għal ħlasijiet ta’ kontijiet, jew inkella għal trasferimenti tal-kontijiet, prinċipalment. Matul ix-xahar ta’ Lulju u Awwissu, b’mod partikolari, konsegwenza tal-ħruġ tal-energy allowance li ngħata lill-familji għaż-żieda fil-prezzijiet internazzjonali taż-żejt, il-kuntatt min-naħa tal-pubbliku żdied għal-livelli ta’ madwar 1,500 kuljum. Dan kien ikkaġunat primarjament minħabba li kien hemm numru ta’ familji li riedu jagħmlu trasferimenti ta’ kontijiet jew inkella minħabba li riedu jirranġaw in-numru ta’ persuni reġistrati fuq il-kontijiet. Dan bil-konsegwenza li żdied sostanzjalment l-ammont ta’ persuni li marru personalment fl-uffiċċju tal-ARMS Ltd., u minbarra ż-żieda fin-numru ta’ telefonati u emails.
Biex jilqgħu għal din iż-żieda, ARMS Ltd. ħadet numru ta’ miżuri sabiex tilqa’ għal din iż-żieda ta’ kuntatt mill-pubbliku billi żiedet in-numru ta’ aġenti
front office
, estendiet il-ħin tal-ftuħ għall-pubbliku, saħħet il-
fast track lanes
biex jinqdew aħjar klijenti bi problemi zgħar, żiedet
service lanes
oħrajn biex jinqdew konsumaturi b’servizzi oħrajn iżjed frekwenti, u fetħet
waiting area
li qed taqdi aħjar lill-pubbliku waqt li jkun qed jistenna biex jinqeda.
Din iż-żieda straordinarja reġgħet bdiet ġejja għan-normal f’dawn l-aħħar ġranet, u qed terġa’ tinżel fil-medja li kien hemm qabel dan il-perjodu qasir straordinarju. Madankollu, ARMS Ltd. qed tkompli taħdem sabiex ittejjeb is-servizz lejn il-pubbliku billi, fost l-oħrajn tirrevedi l-proċessi amministrattivi bil-għan li jitnaqqas il-ħin ta’ stennija mill-pubbliku, u billi se żżid il-
points of contact
għal dawk il-persuni li jagħmlu kuntatt permezz tal-
freephone
.
Bħalissa wkoll qed isiru x-xogħolijiet neċessarji fil-post identifikat ġewwa ‘Gattard House’ fil-Blata l-Bajda, sabiex dan ikun jista’ jinfetaħ fil-ġimgħat li ġejjin. Huwa maħsub li jinfetaħ fil-bidu ta’ 2011.
Peress li ċertu sezzjonijiet fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta se jkunu assorbiti mill-Arms Ltd, jista' l-Ministru jikkonferma li ħadd mill-ħaddiema li kienu jaħdmu f'dawn is-sezzjonijiet ma huma se jinġiebu redundant? Jekk ħadd mhu se jiġi redundant dawn se jiġu kostretti jaħdmu f'xogħol differenti u ħaddiema ġodda jiġu ngaġġati mal-Arms Ltd?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda ħaddiem m’hu se jiġi redundant. Dawk il-ħaddiema li ma jkunux assorbiti fil-kumpanija, jingħatalhom xogħol alternattiv fil-Korporazzjonijet rispettivi tagħhom.
Smart Meters — importazzjoni, stallazjoni u managment tal-kuntratt
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabli għall-importazzjoni, stallazjoni u management tal-kuntratt ta' Smart Meters li huwa stmat aktar minn €70 miljun?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-importazzjoni ta’ l-apparat relatat mall-kuntratt ta’ l-iSmart Meters taqa taħt ir-resposabilita’ ta’ IBM bħala l-kumpannija li ġiet magħżula biex timplimenta’ u tikkommissjona dan il-proġett.
L-istallazzjoni ta’ l-iSmart Meters fil-preżent qegħda issir mill-ħaddiema interni tal-korporazzjoni tal-Enemalta, filwaqt li l-implementazzjoni tal-
Water
Transmission Devices
qegħda issir mill-ħaddiema interni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Il-
Programme
Management
tal-kuntratt qiegħed isir mill-IBM flimkien ma' uffiċjali tal-Malta Information Technology Agency (MITA). Il-
management
ta’ kull proġett li jaqa' taħt dan il-program huwa immexxi minn
managers
mill-IBM flimkien ma’
managers
lokali mill-korporazzjonijiet u l-
managers
f’ARMS Ltd.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallset l-Arms Ltd għall-programm tal-kompjuter magħruf SAP?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-programm ta’ SAP, tħallas mill-Korporazzjoni Enemalta u mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal -Ilma, u mhux mill- ARMS Ltd.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jinkera dan il-programm SAP mill-Korporazzjoni Enemalta u mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ammont li qed jitħallas bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għall-programm SAP huwa ta’ €2,750,580 fuq medda ta’ erbgħa snin.
Jikkonferma l-Ministru li dan il-programm SAP li issotitwixxa l-program preċedenti li kellhom iż-żewġ korporazzjonijiet huwa ineffiċjenti u ma jlaħħaqx mad-domanda?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-programm SAP huwa wieħed mill-aktar avvanzat u wieħed mill-aktar Software li jiġi istallat madwar l-Ewropa fejn jidħlu neċessitajiet simili tal-Korporazzjonijiet.
Ta’ min infakkar li l-programm tal-
billing
li kien qed jintuża qabel mill-Korporazzjoni għas Servizzi tal-Ilma kellu 15 il-sena u kien ibbażat fuq teknologija antika li kienet waslet fl-aħħar tal-
lifetime
tagħha. Apparti dan, mis-sistema antika ma setgħax jiġu ġġenerati numru ta’ rapporti addattati għaż-żmenijiet ta’ illum.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19022 u ċioe: Peress li fl-istqarrija l-Ministru esprima l-opinjoni favorevoli fuq l-impożizjoni ta' levies fuq istituzzjonjiet finanzjarji sakemm dawn ikunu imposti minn kull pajjjiż, jista' l-Ministru jiċċara jekk kienx qed jirreferi għall-pajjiżi taż-Żona Euro jew il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea?
Jista' jikkwantifika jew jintavola xi analiżi u jew studju dwar l-impatt ta' dawn il-
levies
fuq is-settur finanzjarju f’pajjiżna u x’impatt jista' jkollha l-introduzzjoni ta' dawn il-
levies
? Jikkonferma jekk qabel ma ħa din il-pożizzjoni kellux xi diskussjonijiet ma' setturi kif ukoll ma' istituzzjonijiet regolatorji tas-settur finanzjarju? Jekk iva, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rakkmandazzjonjiet magħmula minn dawn l-istituzzjonijiet u r-rappreżentanti tas-settur f’pajjiżna ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19022.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li nġabru flus revenue mit-taxxa fuq qligħ bħala riżultat tal-amnestija estiza sal-aħħar ta' Settembru 2010 matul l-2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn Jannar sal-aħħar ta’ Settembru 2010, it-taxxa miġbura b’riżultat tal-Iskema dwar Tnaqqis fil-Multi u l-Imgħax kienet €39,310,436.