Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Kuntratt ta' pubbliċità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19753 u jgħid u jagħti informazzjoni dwar kemm-il kuntratt ta' pubbliċità (advertising fil-media kollha) ngħata mill-ministeru tiegħu u minn kull entità jew kumpanija li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm hu l-ammont (consideration) ta' kull kuntratt? B'liema modalità ġie mogħti kull kuntratt ċioe jekk hux b'direct order jew b'offerta pubblika jew b'mezz ieħor permess mir-regolamenti finanzjarji? Lil min ingħata kull kuntratt, lil xi kumpanija jew xi individwu? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2008, 2009 u sa Awwissu 2010?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Leg 11 PQ #20470 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Multi u Tariffi mill-Kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tweġiba kompleta għall-mistoqsija parlamentari 12422, peress li t-tweġiba mogħtija tkopri biss ċitazzjonijiet ta' traffiku għas-sena 2008 meta fir-risposta l-Prim Ministru stqarr li l-informazzjoni hija sa Lulju 2010 filwaqt li fir-rigward ta' tariffi mill-kuntratturi l-ebda informazzjoni ma ngħatat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni li nġabret f’Lulju 2010 tkopri is-snin 2008 u 2009 (sa Ottubru), kif kien talab l-Onorevoli Interpellant fil-Mistoqsija tiegħu. Jekk l-Onorevoli Interpellant irid l-informazzjoni għas-sena 2010, assolutament m’hemmx diffikultà li ngħaddihielu wkoll. Dwar punt ‘b’ ta’ mistoqsija parlamentari 12422 nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tiegħi f’mistoqsija parlamentari 12920.
Leg 11 PQ #20390 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Fond f'San Ġiljan

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20237 u jispeċifika x'inhu awtorizzat li jiġi ġestit kummerċjalment skont il-permit tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-fond ġo Sliema/San Ġiljan li l-informazzjoni dwaru qed tingħata separatament? Jista' jispeċifika jekk il-mużika hijiex permessa li tindaqq fl-istess fond u jekk iva, x'inhuma l-limitazzjonijiet mposti mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u mil-Licencing Department?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Arms Ltd — nies fil-kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19660 u jgħid kemm se tassorbi nies il-kumpanija Arms Ltd mill-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tħaddem il-funzjonijiet li qabel kienu ta' dawn iż-żewġ korporazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitlub se tingħata f’seduta oħra.

Arms Ltd — full complement

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19661 jgħid kemm huwa maħsub li jkun il-full complement tal-Arms Ltd? Dawn kollha se jiġu assunti mill-Korporazzjoni Enemalta u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mas-CBU li l-għan aħħari tagħhom huwa li tiġi stabbilita l-organizzazzjoni tal-ARMS Ltd u l-mod kif din għandha tiġi attwata. Dan se jkun segwit minn diskussjonijiet mal-unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kuntratt ta' konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19731, 19312, 19216, 19023 u 18738 u jgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tiegħu u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 11 PQ #20434 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kuntratt ta' pubbliċità

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19748 u jagħti informazzjoni dwar kemm-il kuntratt ta' pubbliċità (advertising fil-media kollha) ngħata mill-ministeru tiegħu u minn kull entità jew kumpanija li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm hu l-ammont (consideration) ta' kull kuntratt? B'liema modalità ġie mogħti kull kuntratt ċioe jekk hux b'direct order jew b'offerta pubblika jew b'mezz ieħor permess mir-regolamenti finanzjarji? Lil min ingħata kull kuntratt, lil xi kumpanija jew xi individwu? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2008, 2009 u sa Awwissu 2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Kuntratt ta' pubbliċità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19754 u jagħti informazzjoni dwar kemm-il kuntratt ta' pubbliċità (advertising fil-media kollha) ngħata mill-ministeru tiegħu u minn kull entità jew kumpanija li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm hu l-ammont (consideration) ta' kull kuntratt? B'liema modalità ġie mogħti kull kuntratt ċioe jekk hux b'direct order jew b'offerta pubblika jew b'mezz ieħor permess mir-regolamenti finanzjarji? Lil min ingħata kull kuntratt, lil xi kumpanija jew xi individwu? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2008, 2009 u sa Awwissu 2010?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12422 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Multi u tariffi mill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12192 u jgħid kemm inġabru tariffi u multi mill-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex, kunsill b'kunsill u ċioe: a) tariffi kull kunsill mill-kuntratturi li jkunu esegwixxew xogħol ta' kostruzzjoni fil-lokalitajiet individwali lokalità lokalità? b) kemm inġabru multi minn wardens li jinsabu joperaw f'kull lokalità? Jista' jagħti din l-informazzjoni għas-sena 2008 u sa Ottubru 2009 ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12422, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #20237 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Fond f'San Ġiljan

Question

Jista' l-Prim Ministru jispeċifika x'inhu awtorizzat li jiġi ġestit kummerċjalment skont il-permit tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-fond ġo Sliema/San Ġiljan li l-informazzjoni dwaru qed tingħata separatament? Jista' jispeċifika jekk il-mużika hijiex permessa li tindaqq fl-istess fond u jekk iva, x'inhuma l-limitazzjonijiet mposti mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u mil-Licencing Department?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

Gas Division — allowance miftehma fil-collective agreement

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħaddiema fil-Gas Division f'Birżebbuġia ma ngħatawx l-allowance miftehma fil-Collective Agreement biex jagħmlu ċertu xogħol ta' Gas Division u minflokhom qegħdin jinġiebu ħaddiema minn barra s-sezzjoni u jitħallsu aktar flus, filwaqt li dawn il-ħaddiema qed jitħallew ma jagħmlux dan ix-xogħol?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi m’huwiex minnu illi l-ħaddiema fil-Gas Division f’Birżebbuġa ma ngħatawx allowance kif miftehma fil-ftehim kollettiv. Filfatt, il-ħaddiema kollha ta’ din is-sezzjoni jingħataw allowance skont kif imniżżel f’appendiċi “D”, klawsola “E” tal-ftehim kollettiv preżenti. Ħaddiema minn barra din is-sezzjoni li jagħmlu xogħol hemm, jagħmlu hekk biss meta jkun hemm work compliment ta’ din is-sezzjoni nieqes u ma jkunx hemm biżżejjed ħaddiema mis-sezzjoni tal-gass biex jimlew il- compliment anke jekk dawn jidħlu bis-sahra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kuntratt ta' pubbliċità

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jagħti informazzjoni dwar kemm-il kuntratt ta' pubbliċità (advertising fil-media kollha) ngħata mill-ministeru tiegħu u minn kull entità jew kumpanija li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm hu l-ammont (consideration) ta' kull kuntratt? B'liema modalità ġie mogħti kull kuntratt ċioe jekk hux b'direct order jew b'offerta pubblika jew b'mezz ieħor permess mir-regolamenti finanzjarji? Lil min ingħata kull kuntratt, lil xi kumpanija jew xi individwu? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2008, 2009 u sa Awwissu 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Kuntratt ta' pubbliċita

Question

Tista' l-Ministru tgħid u tagħti informazzjoni dwar kemm-il kuntratt ta' pubbliċità (advertising fil-media kollha) ngħata mill-ministeru tagħha u minn kull entità jew kumpanija li taqa' taħt id-dekasteru tagħha? Kemm hu l-ammont (consideration) ta' kull kuntratt? B'liema modalità ġie mogħti kull kuntratt ċioe jekk hux b'direct order jew b'offerta pubblika jew b'mezz ieħor permess mir-regolamenti finanzjarji? Lil min ingħata kull kuntratt, lil xi kumpanija jew xi individwu? Tista' tagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2008, 2009 u sa Awwissu 2010?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #19757 Sitting 261 2010-10-12 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kuntratt ta' pubbliċità

Question

Tista' l-Ministru tgħid u tagħti informazzjoni dwar kemm-il kuntratt ta' pubbliċità (advertising fil-media kollha) ngħata mill-ministeru tagħha u minn kull entità jew kumpanija li taqa' taħt id-dekasteru tagħha? Kemm hu l-ammont (consideration) ta' kull kuntratt? B'liema modalità ġie mogħti kull kuntratt ċioe jekk hux b'direct order jew b'offerta pubblika jew b'mezz ieħor permess mir-regolamenti finanzjarji? Lil min ingħata kull kuntratt, lil xi kumpanija jew xi individwu? Tista' tagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2008, 2009 u sa Awwissu 2010?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Arms Ltd — photovoltaics panels

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex persuni li għandhom is-sistema ta' photovoltaics panels fir-residenza tagħhom stallata u approvata mill-Korporazzjoni Enemalta u mill-awtoritajiet kompetenti ilhom xhur twal ma jirċievi kontijiet mill-Arms Ltd jew mill-Korporazzjoni Enemalta u minkejja t-talbiet tagħhom dawn xorta ġew injorati?

Response (FENECH, TONIO)

Nixtiequ ninfurmaw lill-Onor. Interpellant li wara li rċeviet il-klarifikazzjonijiet neċessarja minn għand l-Enemalta u l-MRA, preżentament ARMS Ltd. qiegħda fil-proċess li tittestja l-konfigurazzjoni fis-sistema relatata mal-ħruġ tal-kontijiet għal-konsumaturi li għandhom il-photovoltaic panels (net metering) installati. In-numru ta’ klijenti li għandhom installati dawn il-pannelli, huwa ta 173. Huwa maħsub li hekk kif it-testijiet neċessarji jiġu kkonfermati li huma aċċetabli, il-kontijiet ibbażati fuq il-mudell tal- net metering , jiġu maħruġa fl-aħħar t’Ottubru.

Enemalta Corporation u l-Water Services Corporation — ħlas għall-programm SAP

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallsu l-Enemalta Corporation u l-Water Services Corporation għall-programm SAP?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ammont li l-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qegħdin iħallsu lill-IBM għall-programm (software licenses) ta’ SAP huwa ta’ €2,750,580 fuq medda ta’ erba' snin. Dan jinkludi, is-sistemi tal- Customer Relations Management , is-sistema tal-Billing, is-sistemi tal-Enterprise Resources Management u s-sistemi tal-Enterprise Asset Management.

Programm SAP

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19667, jikkonferma l-Ministru li l-programm SAP huwa aktar slow mill-programm elettroniku li kien jintuża qabel mill-Korporazzjoni Enemalta u mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-programm tas-SAP jintegra il-funzjonijiet kollha tal-Customer Relations Management, mas-sistema tal-Billing u mal-financial platforms taż-żewġ korporazzjonijiet apparti sistemi oħra relatati mal-konsumatur. Dan ifisser li meta tinġabar l-informazzjoni, trid tkun kompluta ħalli jkun hemm integrita sħiħa tal-informazzjoni u tal-proċessi.

Sistema komputerizzata fid-Dipartiment tal-Artijiet

Question

B'referenza għall-kuntratt mogħti mid-Dipartiment tal-Artijiet dwar is-sistema ta' kompjuterizzazzjoni tad-Dipartiment tal-Artijiet, jista' l-Ministru: a) jpoġġi tali kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra? b) jgħid kemm kien hemm offerti għall-istess kuntratt u kemm kienu l-valuri tal-offerti magħmula minn kull wieħed? ċ) min kienu l-kumpaniji li tefgħu l-offerti? Jista' jgħid jekk id-dipartiment talabx lill-MITA biex tagħmel is-sistema ta' kompjuterizzazzjoni tad-dipartiment? Jekk iva, għaliex din l-entità pubblika ma ngħatatx il-kuntratt? Jekk ma kenitx imsejħa biex tagħmel offerta, qatt ġiet konsultata biex l-aħjar sistema tkun assigurata?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 8 offerti għal għoti tal-kuntratt dwar is-sistema ta’ kompjuterizzazzjoni fid-Dipartiment tal-Proprjeta’ tal-Gvern. Dawn il-kumpaniji kienu: 1. Datatrak IT Services Ltd 2. Megabyte 3. Computime/Wealth Management Software 4. International Land System/Integrated Business System 5. Ernst & Young Corporate Finance Ltd/Computer Aided Technologies Ltd/Openplan SRR 6. Design Computer Aids Ltd – DeCAL 7. PEK Alliance 8. MRI/Computer Solutions Ltd Ta’ min jgħid li s-sejħa għall-offerti ħarġet mid-Dipartiment tal-Kuntratti fit-18 ta’ Frar 2003. Id-Dipartiment tal-Kuntratti ħareġ Letter of Intent lill-Best-ranked bidder li kien d-Datatrak IT Services Ltd fit-12 ta’ Novembru 2004 u rapport tal-evalwazzjoni tlesta fl-24 t’Ottubru 2005. Il-Kuntratt ġie mogħti lid-Datatrak IT Services Ltd fl-14 ta’ Settembru 2009 u ġie iffirmat fis-26 ta’ Jannar 2010. Peress li t- tender ta’ dan il-kuntratt kien fiha diversi taqsimiet, il-valuri li ntefgħu mill-kumpaniji rispettivi huwa skont kif huwa elenkat fit-tabella annessa. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra estratt mill- Evaluation Report li sar fl-24 t’Ottubru 2005 li juri l- Final Ranking skont l- Evaluation Criteria Scoreboard tal-kumpaniji li kienu qed jiġu kkunsidrati għal għoti ta’ dan il-kuntratt. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MITA ġiet konsultata mill-bidu nett fit-tfassil, l-analiżi u d-diżinn ta’ dan il-proġett, kif ukoll, kienet involuta fil-proċess tal-għażla u t-tfassil tal-kuntratt. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Kuntratt mogħti dwar is-sistema ta’ kompjuterizzazzjoni, kif mitlub mill-Onorevoli Membru.
Leg 11 PQ #19748 Sitting 260 2010-10-11 Oral · Interim From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kuntratt ta' pubbliċità

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid u jagħti informazzjoni dwar kemm-il kuntratt ta' pubbliċità (advertising fil-media kollha) ngħata mill-ministeru tiegħu u minn kull entità jew kumpanija li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm hu l-ammont (consideration) ta' kull kuntratt? B'liema modalità ġie mogħti kull kuntratt ċioe jekk hux b'direct order jew b'offerta pubblika jew b'mezz ieħor permess mir-regolamenti finanzjarji? Lil min ingħata kull kuntratt, lil xi kumpanija jew xi individwu? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2008, 2009 u sa Awwissu 2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19750 Sitting 260 2010-10-11 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Kuntratt ta' pubbliċità

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jagħti informazzjoni dwar kemm-il kuntratt ta' pubbliċità (advertising fil-media kollha) ngħata mill-ministeru tiegħu u minn kull entità jew kumpanija li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm hu l-ammont (consideration) ta' kull kuntratt? B'liema modalità ġie mogħti kull kuntratt ċioe jekk hux b'direct order jew b'offerta pubblika jew b'mezz ieħor permess mir-regolamenti finanzjarji? Lil min ingħata kull kuntratt, lil xi kumpanija jew xi individwu? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2008, 2009 u sa Awwissu 2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.