Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — voti approvati li ma ġewx utilizzati
Question
B'referenza għall-Estimi 2010 approvati mill-Parlament, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji item item, kemm mill-voti approvati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx utilizzati (minfuqa) inkluż il-Voti taħt Contributions to Government Entities, Programmes and Initiatives u Kapitali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant. Tajjeb li jingħad li fir-rigward tal-fondi kapitali hemm fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea li minkejja li s’issa ma ġewx utilizzati dawn ma ntilfux u se jiġu utilizzati fis-sena kurrenti.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija — voti approvati li ma ġewx utilizzati
Question
B'referenza għall-Estimi 2010 approvati mill-Parlament, tista' l-Ministru tagħti d-dettalji item item, kemm mill-voti approvati li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha ma ġewx utilizzati (minfuqa) inkluż il-Voti taħt Contributions to Government Entities, Programmes and Initiatives u Kapitali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex — voti approvati li ma ġewx utilizzati
Question
B'referenza għall-Estimi 2010 approvati mill-Parlament, tista' l-Ministru tagħti d-dettalji item item, kemm mill-voti approvati li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha ma ġewx utilizzati (minfuqa) inkluż il-Voti taħt Contributions to Government Entities, Programmes and Initiatives u Kapitali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — proprjetà immobiljari
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont xi proprjetà immobiljari għandu l-Ministeru tiegħu jew entità/kumpanija li jaqgħu taħtu mikrija mill-privat u kemm hu l-ammont ta' kera li tħallset lil privat mill-Ministeru tiegħu u kull kumpanija/entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2010? Jista' jikkonferma jekk matul is-sena 2011 din il-kera hijiex se togħla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti rendikont xi proprjetà immobiljari għandu l-Ministeru tiegħu jew entità/kumpanija li jaqgħu taħtu mikrija mill-privat u kemm hu l-ammont ta' kera li tħallset lill-privat mill-Ministeru tiegħu u kull kumpanija/entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2010? Jista' jikkonferma jekk matul is-sena 2011 din il-kera hijiex se togħla?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — voti approvati li ma ġewx utilizzati
Question
B'referenza għall-Estimi 2010 approvati mill-Parlament, jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji item item, kemm mill-voti approvati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx utilizzati (minfuqa) inkluż il-Voti taħt Contributions to Government Entities, Programmes and Initiatives u Kapitali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-fatt li t-Teżor għadu ma ffinaliiżżax iċ-ċifri għas-sena sħiħa tal-2010, għadha ma saritx rikonċiljazzjoni taċ-ċifri finali. Għaldaqstant, risposta tingħata f’ xi seduta oħra.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — voti approvati li ma ġewx utilizzati
Question
B'referenza għall-Estimi 2010 approvati mill-Parlament, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti d-dettalji item item, kemm mill-voti approvati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx utilizzati (minfuqa) inkluż il-Voti taħt Contributions to Government Entities, Programmes and Initiatives u Kapitali?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-informazzjoni li tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — voti approvati li ma ġewx utilizzati
Question
B'referenza għall-Estimi 2010 approvati mill-Parlament, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji item item, kemm mill-voti approvati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx utilizzati (minfuqa) inkluż il-Voti taħt Contributions to Government Entities, Programmes and Initiatives u Kapitali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Attachments:22899-balances re 2010 in recurrent capital.xls
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — voti approvati li ma ġewx utilizzati
Question
B'referenza għall-Estimi 2010 approvati mill-Parlament, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji item item, kemm mill-voti approvati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx utilizzati (minfuqa) inkluż il-Voti taħt Contributions to Government Entities, Programmes and Initiatives u Kapitali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzji, l-Ekonomija u Investiment — voti approvati li ma ġewx utilizzati
Question
B'referenza għall-Estimi 2010 approvati mill-Parlament, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji item item, kemm mill-voti approvati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx utilizzati (minfuqa) inkluż il-Voti taħt Contributions to Government Entities, Programmes and Initiatives u Kapitali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tat-Teżor jinsab fil-proċess li jagħlaq il-kontijiet tas-sena 2010. Għaldaqstant l-informazzjoni tkun tista’ tingħata meta l-eżerċizzju jitlesta.
Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — voti approvati li ma ġewx utilizzati
Question
B'referenza għall-Estimi 2010 approvati mill-Parlament, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji item item, kemm mill-voti approvati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx utilizzati (minfuqa) inkluż il-Voti taħt Contributions to Government Entities, Programmes and Initiatives u Kapitali?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 22434 u r-risposta mogħtija, jista’ l-Ministru jagħti data fissa meta se jitlesta dan ir rapport? Jifhem il-Ministru li dan kien imwiegħed li jitlesta sa Dicembru 2010? Jifhem li hemm ħafna persuni li jistgħu jkunu affettwati mill-eżitu ta’ dan ir-rapport u għalhekk il-fatt li jkun lest u jittieħdu d-deċiżjonjiet neċessarji huwa ta’ prijorità?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li waqt li l-gvern japrezza li hemm diversi persuni li għandhom interess fl-eżitu ta’ dan ir-rapport, il-Ministeru m’għandux triq oħra ħlief li jirrispetta l-indipendenza u r-responsabbilità regolatorja tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji.
Xiri ta' items jew educational tools minn studenti fi skejjel ta' edukazzjoni bla ħlas
Question
Tista’ l-Ministru tindika x'inhuma l-items jew educational tools li l-istudenti fi skola primarja jkunu kostretti li jixtru għax mhumiex available taħt is-sistema kurrenti ta’ edukazzjoni bla ħlas?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istudenti fi skola primarja m’humiex kostretti li jixtru
items
jew
educational tools
. Kull xiri ta’ dan it-tip mhux skont il-politika tal-Ministeru tal-Edukazzjoni Xogħol u l-Familja.
Jista' l-Ministru jgħid meta r-regolamenti tal-Gaming dwar il-kaxxi ta' logħob se jkunu ppublikati ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wara li tlestew l-aħħar proċeduri amministrattivi min-naħa tal-Awtorità dwar il-Lotteriji u Logħob, ir-regolamenti se jiġu ppubblikati sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Fid-dawl tal-każ ta' diossina fil-bajd tat-tiġieġ u prodotti anċillari li nstab fil-Ġermanja, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-prekawzjonjiet li ttieħdu mill-Gvern biex jitħares il-konsumatur Malti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Informat li l-Gvern, Malti permezz tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, ilu jsegwi din is-sitwazzjoni minn mindu nħarġet fuq is-sistema magħrufa bħala Rapid Alert System for Food and Feed. Ta’ min ifakkar illi din hija sistema ta’ kommunikazjoni rapida bejn il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropeja, li taħdem fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. Bl-użu ta’ din is-sistema, Malta bħala membru tal-Unjoni Ewropeja, għandha aċċess għal kull ma jkun qed jiġri f’pajjiżi membri.
Fuq din il-kwestjoni, sal-lum intbagħtu tnejn u għoxrin aġġornament. Skont l-aħħar informazzjoni li hemm fuq l-istess sistema, ma tqassam l-ebda ikel jew għalf ikkontaminat lil Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li jkun il-full complement tal-Arms Ltd? Dawn kollha se jiġu assunti mill-Korporazzjoni Enemalta u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20432.
B'referenza għall-istatistika finanzjarja li ħarġet fil-31 ta' Diċembru 2010, jista' l-Ministru jispjega kif matul x-xahar ta' Novembru 2010 dħul mill-VAT żdiet fix-xahar ta' Novembru 2010 meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena preċedenti b' €70 miljun? Jista' jispjega kif filwaqt li personal emoluments fi 11-il xahar żdiedu €26.7 miljuni fuq is-sena 2009 fix-xahar ta' Novembru 2010 meta mqabbel ma' xahar ta' Novembru 2009 jidher li xahar fuq xahar ma kien hemm l-ebda żieda fil-personal emoluments meta fl-ewwel għaxar xhur kien hemm media ta' €2.7 miljuni fi żieda tal-personal emoluments?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ż-żieda ta’ €70 miljun fid-dħul tal-VAT li kien hemm f’Novembru 2010 meta kkomparat mad-dħul ta’ Novembru 2009 rriżultat minħabba li numru sostanzjali ta’ taxpayers inbidlilhom il-perjodu ta’ taxxa tagħhom għal perjodu calendar quarter li jintemm fit-30 ta’ Settembru. B’konsegwenza ta’ dan inbidlet ukoll id-data tas-sottomissjoni tad-denunzja u l-ħlas ta’ dawn it-taxpayers ġie dovut sal-15 ta’ Novembru 2010.
Fir-rigward tal-
Personal Emoluments,
jirrizulta li kien hemm
charge
ta'
paylist
waħda għax-xahar ta' Novembru, li nqabdet max-xahar ta' Ottubru minflok, bir-riżultat li ż-żieda medja li kien hemm xahar fuq xahar sa Ottubru ma seħħetx f'Novembru wkoll. Din kienet
charge
ta' darba li mhux se jkollha l-ebda effett fuq l-ispiża taħt
Personal Emoluments
sa l-aħħar tas-sena 2010.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm daħħal income tax u social security mill-ewwel fażi tal-amnestija li għalqet fi Frar 2010 u mit-tieni fażi ta' amnestija ċioe l-estensjoni wara dik ta' Frar li għalqet f'Novembru 2010? Jista' jgħid jekk għandux il-ħsieb li jagħmel amnestija simili fir-rigward tal-VAT?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-pagamenti li saru fir-rigward tal-ewwel fażi tal-Iskema dwar Tnaqqis fil-Multi u l-Imgħax li għalqet fi Frar 2010 ammontaw għal €42,771,853.
L-ammont miġbur fir-rigward tat-tieni fażi tal-Iskema li kellha d-data tal-għeluq f’Novembru 2010, kien ta’ €23,591,888.
Wieħed irid jirrimarka li dan mhuwiex l-ammont finali għax ma’ dan irid jiżdied il-ħlas li għad irid jidħol mill-
agreements
tal-
employers
li għadu m’għalqilhomx iż-żmien għax inħarġilhom aktar tard, kif ukoll iridu jidħlu l-ħlasijiet minn dawk li għażlu li jħallsu bin-nifs kull xahar.
Il-Gvern mhux konxju li qatt għamel xi dikjarazzjoni li ser jagħti amnestija rigward il-VAT.
Jista' l-Ministru jagħti data definita meta ir-rapport mill-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji fuq Bank of Valetta Property Fund se jkun kompletat u meta jista' jiġi mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jagħti lista tal-promozzjonjiet minn senior managers 'l fuq li ingħataw fil-BOV matul 2009? Peress li l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji kient għamlet rapport dwar l-administrative costs li kienu qed jiċċarġjaw il-banek liema rapport ġie kif suppost mgħoddi lill-Uffiċċju tal-Kompetitivita u Ħarsien tal-Konsumatur, jista' jgħid x'kienet l-azzjoni li ttieħdet minn dan id-dipartiment fuq dan l-istess rapport? Jista' dan ir-rapport jiġi mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
B’referenza għall-ewwel parti tal-mistoqsija ninsab infurmat illi f’dan l-istadju, data definitiva ma tistax tingħata. Madankollu, id-diversi studji, l-indaġni u l-ispezzjonjiet da parti tal-MFSA fid-diversi materji li qamu in konnessjoni mal- Fond (La Valette Multi Manager Property Fund) imsemmi mill-Interpellant huma kollha fi stadju avvanzat, imma għad fadal li jiġu eżaminati aktar informazzjoni u dokumentazzjoni li ġew mitluba mill-bank in kwistjoni. Nifhem iżda illi l-ewwel rapport għandu jiġi finalizzat fil-jiem jew ġimgħat li ġejjin.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi dan ir-rapport ma jistax jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra għaliex huwa ristrett għal skopijiet regolatorji.