Tista' l-Ministru tispjega għaliex l-option tal-mużika fil-Form 1 ingħatat lill-istudenti fis-sekondarja ta' Għawdex biss u l-istudenti Maltin f 'din il-kategorija ġew imċaħħda minn din l-option?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Mużika bħala
option
se tibqa’ tkun offruta fil-Kulleġġ ta’ Għawdex u l-Proġett Pilota fit-tagħlim tal-Mużika f’Għawdex għadu għaddej u se jitkompla fis-sena skolastika li ġejja.
Fl-istess ħin il-proġett qed jiġi evalwat biex naraw kif jista’ jidħol f’kulleġġi oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, se titħalls ir-refund ta' income tax li kien dovut lilha f 'Awwissu 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li r-refund li hu qed jirreferi għalih ma kienx dovut f’Awwissu 2010 imma f’Diċembru li għadda.
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 22948 u 23104.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — self ta' flus
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm hu l-ammont ta' self li kull kumpanija/entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu kien fl-aħħar tas-sena 2010? Ma min huwa dan is-self? Meta huwa maħsub li jitħallas dan is-self? Kemm huwa l-imgħax dovut u x'inhi r-rata ta' imgħax fuq dan is-self? Dan is-self huwa garantit mill-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — self ta' flus
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm hu l-ammont ta' self li kull kumpanija/entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu kien fl-aħħar tas-sena 2010? Ma' min huwa dan is-self? Meta huwa maħsub li jitħallas dan is-self? Kemm huwa l-imgħax dovut u x'inhi r-rata ta' imgħax fuq dan is-self? Dan is-self huwa garantit mill-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba mhux possibli li tingħata peress illi s-sena finanzjarja għadha mhijiex magħluqa, u l-audits għadhom qed isiru.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — self ta' flus
Question
Tista' l-Ministru tagħti rendikont ta' kemm hu l-ammont ta' self li kull kumpanija/entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha kien fl-aħħar tas-sena 2010? Ma' min huwa dan is-self? Meta huwa maħsub li jitħallas dan is-self? Kemm huwa l-imgħax dovut u x'inhi r-rata ta' imgħax fuq dan is-self? Dan is-self huwa garantit mill-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li m'hemm l-ebda kumpanija li taqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex.
Tista' l-Ministru tispjega kif wara li sar pilot project ġo Għawdex dwar it-tagħlim tal-mużika sal-livel ordinarju (O'level) dan is-suġġett issa mhux qed jingħata bħala option lill-istudenti fil-livell ta' Form 1 u Form 3 fl-iskejjel sekondarji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari 23150 tas-Seduta 308.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-exposure totali tal-banek Maltin kollha f'securities esteri u kemm hija d-dipendenza tal-banek lokali fl-investiment esteru tagħhom fuq l-enhanced credit support tal-ECB?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni tagħti indikazzjoni tal-aggregate position tal-portafoll ta’ investimenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joperaw ġewwa Malta u minn Malta sa Novembru tal-2010.
L-informazzjoni hija sub-diviza bejn
issuers
residenti f’Malta u
issuers
mhux residenti f’Malta. Il-figuri jinkludu
aggregate data
dwar self mill-Bank Ċentrali sa Novembru 2010 – ta’ min jispjega illi l-banek jissellfu mill-Bank Ċentrali nazzjonali, li jifforma parti mill-
European System of Central Banks
, u mhux direttament mill-Bank Ċentrali Ewropew.
L-MFSA mhix f’pożizzjoni li tistabilixxi fuq il-bażi ta’
aggregated data
jekk dan is-self ingħatax abbażi tal-iskema ta’
enhanced credit support
tal-Bank Ċentrali Ewropew u jekk dan is-self ġiex utilizzat direttament u esklussivament biex jinxtraw investimenti barranin. Dawn l-investimenti, u
liabilities
oħra jiġu utilizzati fl-
overall management
tal-likwidità u l-operazzjonijiet kummerċjali tal-bank.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tagħti rendikont xi proprjetà immobiljari għandu l-Ministeru tagħha jew entità/kumpanija li jaqgħu taħtha mikrija mill-privat u kemm hu l-ammont ta' kera li tħallset lill-privat mill-Ministeru tagħha u kull kumpanija/entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha fis-sena 2010? Tista' tikkonferma jekk matul is-sena 2011 din il-kera hijiex se togħla?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta' kemm hu l-ammont ta' self li kull kumpanija/entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu kien fl-aħħar tas-sena 2010? Ma' min huwa dan is-self? Meta huwa maħsub li jitħallas dan is-self? Kemm huwa l-imgħax dovut u x'inhi r-rata ta' imgħax fuq dan is-self? Dan is-self huwa garantit mill-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti rendikont ta' kemm hu l-ammont ta' self li kull kumpanija/entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu kien fl-aħħar tas-sena 2010? Ma' min huwa dan is-self? Meta huwa maħsub li jitħallas dan is-self? Kemm huwa l-imgħax dovut u x'inhi r-rata ta' imgħax fuq dan is-self? Dan is-self huwa garantit mill-gvern?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma sar l-ebda self mill-kumpaniji/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi matul l-2010.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — self ta' flus
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm hu l-ammont ta' self li kull kumpanija/entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu kien fl-aħħar tas-sena 2010? Ma' min huwa dan is-self? Meta huwa maħsub li jitħallas dan is-self? Kemm huwa l-imgħax dovut u x'inhi r-rata ta' imgħax fuq dan is-self? Dan is-self huwa garantit mill-gvern?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li ebda kumpanija/entità li taqa’ taħt dan il-Ministeru m’għandha xi djun jew obbligi oħra relatati ma' self ma' terzi.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — self ta' flus
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm hu l-ammont ta' self li kull kumpanija/entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu kien fl-aħħar tas-sena 2010? Ma' min huwa dan is-self? Meta huwa maħsub li jitħallas dan is-self? Kemm huwa l-imgħax dovut u x'inhi r-rata ta' imgħax fuq dan is-self? Dan is-self huwa garantit mill-gvern?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ebda entità li taqa’ taħt id-dekasteru tal-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, ma kellha xi ammont ta’ self fl-aħħar tas-sena 2010.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — self ta' flus
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm hu l-ammont ta' self li kull kumpanija/entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu kien fl-aħħar tas-sena 2010? Ma' min huwa dan is-self? Meta huwa maħsub li jitħallas dan is-self? Kemm huwa l-imgħax dovut u x'inhi r-rata ta' imgħax fuq dan is-self? Dan is-self huwa garantit mill-gvern?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-ebda kumpannija li taqa taħt id-dekasteru tiegħi ma kellha self matul l-2010.
Noti Oħra:
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — proprjetà immobiljari
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont xi proprjetà immobiljari għandu l-Ministeru tiegħu jew entità/kumpanija li jaqgħu taħtu mikrija mill-privat u kemm hu l-ammont ta' kera li tħallset lil privat mill-Ministeru tiegħu u kull kumpanija/entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2010? Jista' jikkonferma jekk matul is-sena 2011 din il-kera hijiex se togħla?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — proprjetà immobiljari
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont xi proprjetà immobiljari għandu l-Ministeru tiegħu jew entità/kumpanija li jaqgħu taħtu mikrija mill-privat u kemm hu l-ammont ta' kera li tħallset lil privat mill-Ministeru tiegħu u kull kumpanija/entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2010? Jista' jikkonferma jekk matul is-sena 2011 din il-kera hijiex se togħla?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — proprjetà immobiljari
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont xi proprjetà immobiljari għandu l-Ministeru tiegħu jew entità/kumpanija li jaqgħu taħtu mikrija mill-privat u kemm hu l-ammont ta' kera li tħallset lil privat mill-Ministeru tiegħu u kull kumpanija/entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2010? Jista' jikkonferma jekk matul is-sena 2011 din il-kera hijiex se togħla?
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — proprjetà immobiljari
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont xi proprjetà immobiljari għandu l-Ministeru tiegħu jew entità/kumpanija li jaqgħu taħtu mikrija mill-privat u kemm hu l-ammont ta' kera li tħallset lil privat mill-Ministeru tiegħu u kull kumpanija/entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2010? Jista' jikkonferma jekk matul is-sena 2011 din il-kera hijiex se togħla?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — proprjetà immobiljari
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont xi proprjetà immobiljari għandu l-Ministeru tiegħu jew entità/kumpanija li jaqgħu taħtu mikrija mill-privat u kemm hu l-ammont ta' kera li tħallset lil privat mill-Ministeru tiegħu u kull kumpanija/entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2010? Jista' jikkonferma jekk matul is-sena 2011 din il-kera hijiex se togħla?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — proprjetà immobiljari
Question
Tista' l-Ministru tagħti rendikont xi proprjetà immobiljari għandu l-Ministeru tagħha jew entità/kumpanija li jaqgħu taħtha mikrija mill-privat u kemm hu l-ammont ta' kera li tħallset lil privat mill-Ministeru tagħha u kull kumpanija/entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha fis-sena 2010? Tista' tikkonferma jekk matul is-sena 2011 din il-kera hijiex se togħla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.