Legislature:
Category:
Reset
Active:

Air Malta — kuntratti tal-outsourcing

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-outsourcing li sar mill-Air Malta bejn 2004 sa 2010? Kemm kien jiswa kull kuntratt u lil min ingħata? Kien hemm public call for tender/offer? Kemm ġew affettwati ħaddiema tal-Air Malta f'kull outsource?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta hija organizzazzjoni kummerċjali li topera f’qasam kompetittiv. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata għaliex hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.
Leg 11 PQ #24257 Sitting 325 2011-03-14 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Luqa — Triq il-Belt Valletta - tarmak

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 23915 u 24143, jista' l-Prim Ministru jgħid taħt liema kunsill lokali taqa' Triq il-Belt Valletta, Luqa /Marsa? Din hija triq arterjali u industrijali u tinsab fi stat perikoluż.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-triq indikata mill-Onorevoli Interpellant m’hijiex fir-responsabbiltà tal-kunsilli lokali msemmija.
Leg 11 PQ #24258 Sitting 325 2011-03-14 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — permessi għall-canteen jew restaurant

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24144 u 24050 u ċioe: Peress li l-canteen /restaurant li kien hemm fil-premises tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar iċċaqilqu minn posthom, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permess rekwiżit ta' change of use li nħareġ uffiċjalment biex isir dan it-tibdil? Jista' jagħti ukoll id-data li fiha ġie approvat dan il-permess li għalih qed issir referenza?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — voti approvati li ma ġewx utilizzati

Question

B'referenza għall-Estimi 2010 approvati mill-Parlament, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji item item, kemm mill-voti approvati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx utilizzati (minfuqa) inkluż il-Voti taħt Contributions to Government Entities, Programmes and Initiatives u Kapitali?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Luqa — Triq il-Belt Valletta

Question

Fid-dawl tar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 23915, jista' l-Ministru jgħid jekk din it-triq arterjali taqax taħt l-awspiċi jew ir-responsabbiltà tal-kunsill? Jekk iva, taħt liema kunsill lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din it-triq mhix kategorizzata bħala triq arterjali u l-anqas distributorja. Għalhekk ma taqax taħt ir-responsabbilità tat-Transport Malta u nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #24144 Sitting 322 2011-03-07 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — permessi għall-canteen jew restaurant

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24050 u ċioe: Peress li l-canteen /restaurant li kien hemm fil-premises tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar iċċaqilqu minn posthom, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permess rekwiżit ta' change of use li nħareġ uffiċjalment biex isir dan it-tibdil? Jista' jagħti ukoll id-data li fiha ġie approvat dan il-permess li għalih qed issir referenza?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

Luqa — Triq il-Belt Valletta - tarmak

Question

Jista' l-Ministru jordna li t-Triq il-Belt Valletta Luqa, ċioe t-telgħa li tibda minn ħdejn il-fabbrika tal-Coca Cola 'l fuq lejn Ħal Luqa tingħata tarmak peress li hija traffikuża u kummerċjali u t-triq prattikament ċediet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta.
Leg 11 PQ #24050 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — permessi għall-canteen jew restaurant

Question

Peress li l-canteen /restaurant li kien hemm fil-premises tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar iċċaqilqu minn posthom, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permess rekwiżit ta' change of use li nħareġ uffiċjalment biex isir dan it-tibdil?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Enemalta — Special Purpose Vehicle

Question

Peress li l-Gvern għandu l-ħsieb li jikkostitwixxi Special Purpose Vehicle biex jirristruttura d-dejn tal-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-att ta' kostituzzjoni ta' din l-entità, kif ukoll jindika x'tip ta' securitisation jew garanziji oħra din l-entità pubblika se tagħti għal dan il-għan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħalissa huwa prematur biex tingħata risposta, peress illi l-proċess għadu għaddej u mhuwiex magħluq.

Siġġiewi — Kirċeppu - ċens ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23674 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti data definittiva meta dawk is-sidien ta' proprjetà fil-kuntrada ta' Kirċeppu s-Siġġiewi li ħadu plots jew djar tal-gvern li ħallsu l-prezz tagħha kif ukoll fdew iċ-ċens relattiv se jkunu jistu jingħataw titolu għall-proprjetà tagħhom? Ħafna minnhom qed isibuha diffiċli jagħmlu trasferimenti tal-proprjetà minħabba problemi mal Banek? Jekk hemm xi problema legali li qed iżomm dan il-proċess jista' jispjega x'inhi din il-problema biex b'hekk tkun tista' tiġi identifikata xi soluzzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif diġà ġie spjegat fit-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 23197, id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern għadu m’għamilx il-kuntratti mas-sidien tal-artijiet li ġew esproprijati, u għaldaqstant, il-kuntratti taċ-ċens bejn l-Awtorità tad-Djar u s-sidien tal-HOS plots ma jistgħux isiru. Naturalment, il-banek qegħdin isibuha diffiċli biex isellfu flus għat-trasferiment ta’ dawn il-plots lil sidien ġodda, minħabba li ma jistgħux jagħmlu ipoteki fuq dawn l-HOS plots. Id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern qed jagħmel ħiltu kollha biex itaffi din il-problema billi kull sena jottjeni l-fondi neċessarji biex ikun jista’ jħallas is-sidien oriġinali tal-art. Fil-fatt, fl-Estimi ta’ din is-sena, ġew allokati l-ammont ta’ tliet miljun euro għal dan il-għan, filwaqt li fis-sena 2010, tħallset is-somma ta’ €841,456 bħala kumpens lis-sidien ta’ artijiet li l-art tagħhom ittieħdet għal bini ta’ Housing Estates fir-Rabat u f’Santa Luċija. B’hekk wara li l-art tiġi mixtrija, din tkun tista’ tiġi trasferita lil-Awtorita’ tad-Djar li min-naħa tagħha tkun tista’ tikkonkludi l-kuntratti mar-residenti li għadhom fuq konvenju.

Ħal Luqa — Triq Ġdida - stallar ta' zebra crossings

Question

Peress li ħafna mir-residenti li jgħixu fi Triq Ġdida Ħal Luqa huma anzjani u peress li hija triq traffikuża ħafna, jista' l-Minsitru jordna li jsiru numru ta' ze bra crossings biex jgħinu lil dawn l-anzjani u residenti f'din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li zebra crossings f'toroq residenzjali isiru mill-kunsill lokali rispettiv wara li dan iġib l-awtoriżżazzjoni ta' Transport Malta. Fil-fatt jien infurmat li fil-passat Transport Malta kienet diġà awtoriżżat li jsiru żewġ zebra crossings fit-triq in kwistjoni.

tax harmonization

Question

Peress li fiż-żona Euro qed isir pressjoni minn ċertu pajjiżi li ssir integrazzjoni aktar profonda li tinkludi ukoll tax harmonization, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx min-naħa tagħna xi evalwazzjoni ta' tali proposta kif ukoll jekk jaqbilx mat-tax harmonization?

Response (FENECH, TONIO)

Nifhem li bit-terminu tax harmonization l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal dik li llum qed tissejjaħ Common Consolidated Corporate Tax Base (CCCTB). Nikkonferma li evalwazzjoni tal-proposta msemmija saret u nista’ ngħid li in ġenerali l-pożizzjoni ta’ Malta hija waħda kuntrarja għall-proposta.

Awtorità tad-Djar — trasferiment ta' plots u fondi

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma liema huma l-areas fl-irħula ta' Qormi, Luqa u Siġġiewi li għandhom konvenji mal-Awtorità tad-Djar u/jew Lands Department dwar trasferiment ta' plots jew fondi u l-kuntratti finali tagħhom ma jistgħux jiġu ppubblikati minħabba kwistjonijiet legali li jimpedixxu trasferiment ta' titolu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għadha mhix f’pożizzjoni li tiffirma l-kuntratti finali ta’ 5 plots fi Triq il-Wilġa, Ħal Luqa, 80 plot fil-limiti ta’ Farżina, Ħal Qormi, 2 plots fi Triq it-Tabib Nikola Żammit, Siġġiewi u 40 plo t fil-limiti ta’ Kirċippu, Siġġiewi.

Siġġiewi — Kirċeppu - ċens ta' proprjetà

Question

Tista' l-Ministru tagħti data definittiva meta dawk is-sidien ta' proprjetà fil kuntrada ta' Kirċeppu s-Siġġiewi li ħadu plots jew djar tal-gvern li ħallsu l-prezz tagħha kif ukoll fdew iċ-ċens relattiv se jkunu jistu jingħataw titolu għall-proprjetà tagħhom? Ħafna minnhom qed isibuha diffiċli jagħmlu trasferimenti tal-proprjetà minħabba problemi mal Banek? Jekk hemm xi problema legali li qed iżomm dan il-proċess tista' tispjega x'inhi din il-problema biex b'hekk tkun tista' tiġi identifikata xi soluzzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ il-Ministru tal-Finanzi Ekonomija u Investiment.

Programm ta' ristrutturar tal-Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien miftehem il-ħlas lill-esperti mqabbda biex jagħmlu l-programm ta' ristrutturar tal-Air Malta? Jekk kien hemm bidla fil-ħlasijiet miftehma jista' jiġġustifika u jgħid x'kienu r-raġunijiet għal dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni hija kummerċjalment sensitiva u għaldaqstant ma tistax tingħata.

Proġett ta' kostruzzjoni ta' Bieb il-Belt

Question

Peress li l-programm ta' kostruzzjoni ta' Bieb il-Belt miexi, jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-entità responsabbli għall-mangament tiegħu hix il-Grand Harbour Regeneration Corporation plc Valletta? Jekk mhix din, min hija l-entità responsabbli? Jista' jispjega kif qed jiġi finanzjat il-proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li l-Grand Harbour Regeneration Corporation hija l-entità responsabbli mill-proġett ta' Bieb il-Belt. L-iffinanzjar tal-proġett se jkun fuq mudell ta' Special Purpose Vehicle li qed jieħu ħsiebu l-Ministeru tal-Finanzi. Sakemm dan l-Special Purpose Vehicle jitwaqqaf, il-GHRC qed tiffinanzja l-proġett permezz ta' self mill-bank.

Enemalta — Special Purpose Vehicle

Question

Peress li l-Gvern għandu l-ħsieb li jikkostitwixxi Special Purpose Vehicle biex jirristruttura d-dejn tal-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-att ta' kostituzzjoni ta' din l-entità, kif ukoll jindika x'tip ta' securitisation jew garanziji oħra din l-entità pubblika se tagħti għal dan il-għan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — proprjetà immobiljari

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont xi proprjetà immobiljari għandu l-Ministeru tiegħu jew entità/kumpanija li jaqgħu taħtu mikrija mill-privat u kemm hu l-ammont ta' kera li tħallset lil privat mill-Ministeru tiegħu u kull kumpanija/entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2010? Jista' jikkonferma jekk matul is-sena 2011 din il-kera hijiex se togħla?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

informazzjoni dwar self mill-banek

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tas-self mill-banek lokali kollha: a household mortgages jiġifieri dawk li jissellfu biex jixtru darhom; b self lill-kumpaniji tal-kostruzzjoni; c self lill-oqsma tal-manifattura; d self lis-settur tat-turiżmu; e self lis-settur tar-retailing; f self lis-settur ta' servizzi personali u g self ieħor?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

self totali  tal-ekonomija Maltija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa s-self totali tal-ekonomija Maltija (eskluż self pubbliku tal-fond Konsolidat) bħala perċentwali tal-GDP?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lilll-Onor. Interpellant illi din il-figura għadha qed tiġi ikkumpilata mill-NSO permezz ta’ eżerċizzju li qed isir mal-Bank Ċentrali ta’ Malta fuq l-Annual Financial Accounts.