Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25252 u ċioe: Peress li skont mistoqsija parlamentari 21300, fis-sena 2004 il-Gvern kien daħħal is-somma ta' €18.6 miljun, u peress li issa t-tender tal-lotterija nazzjonali waslet biex toħroġ, jista' l-Ministru jgħid meta huwa l-ħsieb tal-Gvern li jerġa' joħroġ tender mill-ġdid jew inkella għandux il-ħsieb li jġedded lill-operatur preżenti jekk huwa każ ta' tiġdid? Jista' jgħid xi ħlas sar mill-operatur għal tali tiġdid?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 25252.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kuntratti ta' Konsulenza
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tiegħu u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
NSO Release tan-nefqa tal-Gvern fuq benefiċċji soċjali
Question
Peress li l-aħħar NSO Release tan-nefqa tal-Gvern fuq benefiċċji soċjali January-December 2010 turi li fuq l-assitenza soċjali n-nefqa żdiedet €6.6miljun, kważi 11% fuq l-istess perjodu tas-sena ta' qabel, tista' l-Ministru tgħid kemm min-nefqa totali ta' assistenza soċjali marret fuq single mother u kemm marret bħala benefiċċju għal min jitlef l-impjieg?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onor. Interpellant li l-istatistika tan-nefqa għal 2010 dwar Għajnuna Soċjali hija għal 14 erbatax-il pagament u mhux tlettax kif inkun is-soltu. Dan għaliex f’din is-sena saru 14 erbatax il-pagament ta’ erba ġimgħat flok it-tlettax tas-soltu.
Dwar l-informazzjoni mitluba ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa ta’ Għajnuna Soċjali fuq Single Parents matul is-sena 2010 kienet ta’ €11,929,182.28, filwaqt li n-nefqa ta’ Għajnuna/benefiċċji għal min jitlef l-impjieg kienet tammonta għal €21,390,288.39.
Peress li skont mistoqsija parlamentari 21300, fis-sena 2004 il-Gvern kien daħħal is-somma ta' €18.6 miljun, u peress li issa t-tender tal-lotterija nazzjonali waslet biex toħroġ, jista' l-Ministru jgħid meta huwa l-ħsieb tal-Gvern li jerġa' joħroġ tender mill-ġdid jew inkella għandux il-ħsieb li jġedded lill-operatur preżenti jekk huwa każ ta' tiġdid? Jista' jgħid xi ħlas sar mill-operatur għal tali tiġdid?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Peress li matul l-2009 u l-2010 nħarġu u ngħataw tenders ta' beni pubbliċi, fosthom it-Tarzna, il-Casino ta' Malta, il-Marina t'Għawdex u oħrajn, jista' l-Ministru jgħid jekk min rebaħ it-tender jew l-offerti magħmula hux qed jottempora ruħu mal-kundizzjonjiet tat-tender mirbuħa, fosthom interalia fejn jidħol investiment li jkun marbut bih, kif ukoll in-numru ta' impjiegi li jkunu mħarsa jew kreati matul l-istess perjodu?
Dan il-moniteragg huwa fl-interess nazzjonali li jsir għax għandu impatt ekonomiku.
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi f’dan il-perijodu 2009/2010, il-privatization unit ikkonkludiet t-trasferiment tal-Marina tal-iMsida, Marina ta’ Ta’ Xbiex, Marina ta’ l-Imġarr Għawdex, it-tarzna ta’ Bormla (Ship Repair) u l-Manoel Island Yacht Yard.
Il-Privatisation Unit tista’ tikkonferma li l-ħlas tal-kera dovuti saru kollha għaliex l-kera ta’ l-ewwel sena saret ma’ l-iffirmar tal-kuntratt.
Peress li l-monitoring tal-kundizzjonijiet l-oħra mhux il-kompitu tal-Privatisation Unit ma nistgħux ngħidu jekk il-kundizzjonijiet l-oħra humiex qegħdin jiġu onorati.
Peress li fl-estimi għas-sena 2010 id-dejn pubbliku kellu jkun ta' €3.964 miljun u skont l-aħħar ċifra pubblikata d-dejn fl-aħħar ta' 2010 laħaq is-somma ta' €4169.9 miljun, jista' l-Ministru jispjega ż-żieda sostanzjali fuq il-mira oriġinali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-differenza fil-bilanċ tad-dejn pubbliku sal-31 ta’ Diċembru 2010, bejn l-aħħar ċifra pubblikata mill-NSO fit-30 ta’ Marzu 2011 (€4,169.9 miljun) u l-bilanċ li jidher fl-estimi finanzjarji tal-2010 (Appendiċi E - €3,964 miljun) hija dovuta prinċipalment għal erba’ raġunijiet:
1. żieda ta’ €84 miljun fil-bilanċ tat-
Treasury Bills,
li minn dawn €15 miljun għaddew b’self lill-Airmalta b’konnessjoni mal-istruttarar tal-kumpanija u madwar €25m bħala bilanċ residwu mill-operat ta’ self tal-Gvern;
2. żieda ta’ €28 miljun fil-bilanċ tal-
i
Stocks tal-Gvern li l-Gvern kellu jissellef biex jiġu mislufa lill-Greċja;
3. żieda ta’ €40 miljun fid-
deficit
tal-Fond Konsolidat bejn dak li kien hemm stmat oriġinarjament fl-estimi u dak attwali;
4. dejn ieħor (Ex-MDD €56 miljun; Euro Coins €41miljun u investiment fil-MGSF (€4 miljuni) li bħala rappurtaġġ ma jiġix irrapurtat taħt Appendiċi E tal-Estimi imma taħt tabella oħra fid-diskors tal-baġit.
Aktar dettalji ta’ dawn il-figuri jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid minn mindu nħarġu r-riformi tal-gaming parlours, kemm-il liċenzja ngħatat sal-lum? Lil min ingħatat u f'liema lokalità?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-Regolamenti dwar Apparat Għall-Logħob ser jidħlu fis-seħħ fis-16 ta’ Mejju 2011 u għaldaqstant, l-Awtorita tibda tilqa’ applikazzjonijiet minn dik id-data.
Skemi ta' amnestiji mill-imgħax fuq tax income u NI
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskemi ta' amnestiji mill-penali u imgħax fuq income tax u national insurance għadhomx in vigore?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, kif diġà ntqal fi tweġibiet għal mistoqsijiet preċedenti dwar l-istess suġġett, dawk li hu qed isejhilhom ‘amnestiji’ ma kinux amnestiji imma skemi - intenzjonati biex iħajru lil dak jiregolarizza ruħu mad-dipartiment billi jissottometti l-formoli u jħallas it-taxxa dovuta kollha, u fl-istess ħin jitnaqqsulu l-multi.
Minħabba li n-numru ta’ notifiki taħt it-tieni fażi tal-iskema kemm dwar taxxa propja kif ukoll dwar taxxa u bolla tal-ħaddiema kien kbir ħafna, u dawn kienu jirreferu għal ħafna snin, dawn ma setgħux jinħarġu kollha f’daqqa u għalhekk kellhom jiġu
staggered
. Barra dan, kien hemm numru ta’ taxpayers li kien għad baqgħalhom jibagħtu dokumenti neqsin – liema dokumenti kellhom ikunu l-bażi li fuqha tinħadem il-figura finali tat-taxxa dovuta. Għal dawn ir-raġunijiet l-iskema se tinżamm miftuħa sakemm jagħlaq iż-żmien li dawn qed jingħataw fuq in-notifika biex iħallsu.
Dipartiment tal-Vat u Dipartiment tat-Taxxa — refunds
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw ir-refunds mid-Dipartiment tal-VAT u mid-Dipartiment tat-Taxxa kollha dovuti sal-lum? Kemm hu l-imgħax fix-xahar fuq dawn ir-refunds?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-total tar-refunds dovuti mid-dipartiment tat-Taxxi Interni sal-lum huwa €39,549,084. L-imgħax fix-xahar huwa €296,618.
Sa l-aħħar tax-xahar mistennija joħorġu aktar refunds, u din il-figura tonqos b’madwar €13-il miljun oħra. B’hekk it-total tar-refunds li jkunu ħarġu minn Jannar s’April ikun kważi €32miljun.
Ir-rifużjonijiet mitluba u li nżammu mill-awdituri tad-Dipartiment tal-VAT sabiex jiġu vverifikati mill-uffiċċjali tad-Dipartiment, jammontaw għal €30,180,461.
L-imgħax li jitħallas fuq dawn huwa ta’ 0.75% fix-xahar mid-data li dawn isiru dovuti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq il-proġett ta' Bieb il-Belt u l-Parlament sal-lum kif ukoll fuq il-proġett ta' terminus? Minn fejn ġew finanzjati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-entita’ kkonċernata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.
Peress li skont l-aħħar statistika ta' finanzi pubbliċi pubblikata riċentement il-gvern jidher li naqqas in-nefqa tiegħu fuq programs and initiatives b'madwar €28 miljun mill-ammont oriġinarjament proġettat fir-revised estimates, jista' l-Ministru jgħid fid-dettall minn fejn ġew iffrankati l-flus imsemmija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill Onor. Interpellant illi l-items prinċipali fil-kategorija tal-Programmes and Initiatives illi taħthom irriżulta li kien kemm anqas infiq minn dak previst fir-revised estimates, f’ċerti każijiet anke sakemm isir l-ipproċessar ta’ pagamenti li mbagħad jithallsu mill-voti tas-sena ta’ wara, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li fl-estimi għas-sena 2010 id-dejn pubbliku kellu jkun ta' €3.964 miljun u skont l-aħħar ċifra pubblikata d-dejn fl-aħħar ta' 2010 laħaq is-somma ta' €4169.9 miljun, jista' l-Ministru jispjega ż-żieda sostanzjali fuq il-mira oriġinali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24427 u r-risposta mogħtija, peress li t-30 ġurnata għaddew, jista' l-Ministru jgħid jekk jaħsibx li huwa fl-interess tal-investituri li jkollhom kopja tal-konklużjonijiet tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji fuq dan il-każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi m’għandix xi nżid mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24427.
super yacht facility — ftehim bejn il-gvern u l-Palumbo
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li l-gvern ikkonkluda mal-Palumbo dwar super yacht facility? Jista' jagħti dettalji tal-proċess amministrattiv esegwit qabel ma l-gvern ikkonkluda u ffinalizza dan il-ftehim?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta moghtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24665.
Fir-rigward tal-proċess amministrattiv esegwit, ninforma lill-Onor. Interpellant illi, wara li saru żewġ attentati għall-privatizzazzjoni tal-facilita’ li fallew, f’Lulju tal-2010 ħarġet sejħa ġdida għall-offerti. Il-Privatisation Unit mexxa dan il-proċess, filwaqt li l-MIMCOL ipprovdiet l-assistenza finanżjarja.
Id-dokumenti tat-tender ġew preparati mill-Privatisation Unit u mill-MIMCOL, bl-assistenza tal-Lands Department, Transport Malta, tal- Malta Shipyards Ltd. u tas-Super Yatch Yard.
Fl-20 ta’ Lulju 2010 din is-sejħa għall-offerti ġiet pubblikta fil-Gazzetta tal-Gvern u sussegwentament f’media lokali u Lloyds list. Inġabaru 7 dokumenti b’pagament ta’ €5,000 – il wieħed u firma ta’ kuntratt kunfidanzjali. It-tenders ġew sottomessi sa l-1 ta’ Diċembru 2010.
Is-sejħa għall-offerti kienet tispeċifika Key Transaction Terms u kienet tinkludi konċessjoni ta’ 30 sena, użu permessibbli, l-investiment minimu rikjest, dak ta €3.5 miljun, u l-kundizzjonijiet normali li wieħed isib f’kuntratt enfitewtiku. Kellu wkoll Berthing Rights Agreement li kellu jiġi ffirmat ma Transport Malta.
L-offerta minima finanzjarja kienet stabbilita għal €6 miljun bħala upfront payment, u b’kera annuali inizjali ta’ €475,000 li tiżdied bi 15% kull 5 snin. L-offerti kellhom jagħmlu bid-bond ta’ €250,000.
Fl-ewwel ta’ Diċembru 2010 ddaħħlu 2 offerti. In-
negotiating team
iċċekkjaw il-
Bid Bonds
u nfetħu l-offerti, li wara ġew evalwati. Eventwalment ġie kkonfermat li ż-żewġ offerti kienu skont il-kriterji mitluba fis-sejħa għall-offerti.
Wara li ġew evalwati l-offerti finanzjajri fuq bażi tal-
upfront payment
u
net present value
. L-offerti finanzjarji infetħu fil-15 ta’ Diċembru 2010 fil-preżenza taż-żewġ offerenti. L-aħjar offerta kienet dik ta’ Palumbo Spa.
Fiċ-ċirkostanza, Palumbo Spa kien dikjarat bħala l-
preferred bidder
u sussegwentement bdew in-negozjati.
In-negozjati ma’ Palumbo Spa komplew fit-12 ta’ Jannar 2011 u ġew konklużi b’suċċess fl-14 ta’ Marzu 2011. Il-ftehim kien iffirmat fit-18 ta’ Marzu, 2011.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jbiddel il-kriterji kif ikun ikkalkulat il-kumpens għall-għoli tal-ħajja? Jaħseb li l-COLA tibqa' jew qed jaħseb biex din tinbidel? Jekk iva, kif?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-mekkaniżmu li fuqu jinħadem il-kumpens għall-għoli tal-ħajja kien sar bi qbil bejn l-imsieħba soċjali, jiġifieri bejn il-gvern, l-għaqdiet ta’ min iħaddem u l-unions. Kull bidla fih trid issir bi qbil bejn l-istess partijiet. Il-gvern m’għandu l-ebda ħsieb li jipproponi bidliet.
Korporazzjonijiet tal-Gvern — regoli ta' teleworking
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ir-regoli tat-teleworking għall-impjegati ta' Ċivil japplikawx ukoll għall-Korporazzjonjiet tal-Gvern? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-kritejri jew regoli tat-teleworking għall-ħaddiema ta' Ċivil?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-miżuri favur il-familja, fosthom it-Telework, huma kollha applikabbli kemm għall-impjegati fis-Servizz Pubbliku kif ukoll fis-Settur Pubbliku.
Il-kriterji sabiex jingħata permess għat-
telework
huma stipulate f’sezzjoni 2 tal-applikazzjoni tat-
telework
. Kopja ta’ din l-applikazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra bħala Appendiċi ‘A’.
Ir-regolamenti u l-linji gwida dwar kif għandha titħaddem il-miżura tat-
telework
huma stipulate f’Appendiċi 5.III u 5.IV tal-
Public Service Management Code
(PSMC). Dawn id-dokumenti qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra bħala Appendiċi ‘B’ u ‘C’.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts tal-Korporazzjoni Enemalta għas-snin 2008, 2009 u 2010? Jekk m'humiex lesti, jista' jagħti dati definiti ta' meta se jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 24666.
Issa li għaddew aktar minn 30 ġurnata fejn il-BOV kellu jirrispondi għall-investigazzjoni (l-ewwel waħda) tal-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji fuq il-ġestjoni ta' property fund, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-findings tal-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji? Il-każ kollu għandu interess pubbliku u t-tagħrif jgħallem lill-pubbliku dwar ir-riskji u vantaġġi ta' investimenti simili.
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta bħalissa qed teżamina r-risposti li waslulha mill-Bank of Valletta u tas-sussidjarja tiegħu Valletta Fund Management Ltd (VFM) b’risposta għar-rapporti tal-awtorità fir-rigward tagħhom. Peress li l-proċess għadu għaddej u l-awtorità għada ma waslitx għall-konkluzzjoni finali mhux possibli li tingħata aktar informazzjoni.
CECA Eurus Safe Fund Account — protezzjoni għall-investituri
Question
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni ukoll dwar CECA Eurus Safe Fund Account li falla u ħalla numru sostanzjali ta' investituri Maltin b'telf ta' fondi ta' madwar €14-il miljun? Jista' jgħid xi protezzjoni qed jingħataw l-investituri?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fid-9 ta’ Marzu 2011 l-MFSA ħarġet media release li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fuq din il- materja fejn ingħataw l-ispjegazzjonjiet neċessarji lill-pubbliku.
Iżda nixtieq nikkjarifika u nippreċiza żewġ affarijiet:
(a) illi l-indikazzjonjiet huma li it-telf li sofrew l-investituri Maltin mhuwiex ta’ 14 miljun ewro kif setghet timplika id-domanda presenti, imma ma jeċċedux is-7 miljun ewro. Infurmat ukoll illi l-investigazzjoniet kemm lokali u kemm barra minn Malta għadhom għaddejjin;
(b) Illi, skond informazzjoni li għandha l-awtorità, l-isem tal-prodott li fih investew il-Maltin huwa Eurus Safe Fund Account 2009 I ApS.