MFSA — La Valette Sicav Plc Multi Manager Property Fund
Question
Peress li wara investigazzjonijiet tal-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji fir-rigward tar-rappreżentazzjonijiet ta’ investituri fil-La Valette Sicav Plc Multi Manager Property Fund, l-Awtorità ħarġet sanctions kontra l-BOV u kontra l-Valletta Fund Management Ltd u tathom multi ta' €149,821 u €197,795 fir-rigward ta’ kwestjonijiet li kellhom x’jaqsmu ma’ ksur ta’ Investment and Borrowing Restrictions kontenuti fil-Prospett ta’ dan il-Fond; u peress li l-ħarsien tal-investimenti huwa ta’ interess pubbliku u nazzjonali u huwa l-missjoni prinċipali għat-twaqqif tal-istess Awtorità, jista’ l-Ministru jitlob lill-Awtorità kopja jew kopji tar-rapport jew rapporti dwar din l-investigazzjoni u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra u dan fi żmien utli biex l-investituri jkunu jistgħu jikkunsidrawh fir-rigward tal-offerta kondizzjonata tal-BOV tas-26 ta’ Mejju 2011? Din il-mistoqsija qiegħda ssir mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ dawk l-investituri li individwalment għamlu rappreżentazzjonijiet mal-Awtorità li jirċievu kopja sħiħa tal-istess rapport jew rapporti a termini ta’ Artiklu 19(2)(a) u 19(2)(c) fejn il-Membru li qed jistaqsi din il-mistoqsija irid jispera li l-istess Awtorità mhix ser tonqos lill-konsumaturi ta’ prodotti finanzjarji li hija ostensibilment qiegħda biex tipproteġi milli tadempja ruħha ma’ dan l-obbligu ċar u inekwivoku li qiegħed fl-istess liġi tal-MFSA.
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 26505 u 24427.
Jista’ l-Ministru jiżgura lill-Kamra li r-rapporti l-oħra li baqagħla tikkonkludi l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji, jiġifieri:
a) dak dwar
mis-selling
; u
b) l-ieħor dwar
insider trading
u l-effett ta’ telf massiċċ ta’ €12-il miljun li ġew ikkawżati minn
redemptions
massiċċi ta’ €16-il miljun fl-aħħar ftit xhur tas-sena finanzjarja li għalqet fit-30 ta’ Settembru 2010, fejn dan it-telf ġie mġarrab mill-Fond u l-investituri li baqgħu fih anke li kieku għall-grazzja tal-argument ir-
redemptions
saru
in buona fede
għaliex ir-
redemptions
saru fuq valutazzjoni ta’ sehem totalment żbaljat mill-Valletta Fund Management bi kważi erba’ darbiet aktar, humiex se jkunu lesti fi żmien utli u suffiċjenti qabel tagħlaq l-Offerta Kondizzjonata tal-BOV tas-26 ta’ Mejju 2011 biex l-investituri jkollhom iż-żmien jixtarru u jeżaminaw l-offerta fuq bażi ta’ informazzjoni sħiħa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 26505 u 24427.
Infakkar lill-Onor. Interpellant illi bħala Ministru ma nistgħax nindaħal fl-operazzjonijiet regolatorji tal-awtorità kompetenti.
Jista' l-Ministru bħala Ministru responsabbli kif ukoll bħala rappreżenant tal-Gvern li huwa shareholder ewlieni u li għandu l-poter tal-għażla ta' chairman, jagħmel l-almu kollu biex ilaqqa' l-partijiet kollha konċernati sabiex tinstab soluzzjoni għall-kwestjoni pendenti ta' kumpens lill-investituri minn naħa, kif ukoll ta' ħarsien ta' reputazzjoni tal-BOV plc. fiċ-ċirkustanzi?
Response (FENECH, TONIO)
Il-kwistjoni li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant qiegħda tiġi trattata kemm mir-regolatur kif ukoll mill-Bank involut.
Tajjeb li wieħed japprezza li bħala azzjonista minoritarju, iżda bid-dritt li jaħtar iċ-
chairman
, kull intervent mill-gvern, indipendentement mil-Bord ta' Diretturi li jirrapprezenta l-azzjonisti kolla, jista' jesponi lill-Gvern Malti għal azzjoni legali mill-azzjonisti l-oħra tal-Bank of Valletta għal likwidazzjoni tad-danni jekk dawn iħossu li bl-intervent tal-gvern l-Bank isofri telf finanzjarju għad-dettriment tal-azzjonisti individwali.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26737 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26590, jikkonferma l-Ministru li l-Enemalta sal-lum m'għamlet l-ebda arranġament fuq ix-xiri ta' żejt u għalhekk it-tariffi jistgħu jogħlew mal-andament ta' suq internazzjonali? Jekk dan huwa l-każ, ma jaħsibx li dan joħloq instabbilità speċjalment fost l-operaturi ekonomiċi li ma jkunux jistgħu jippjanaw l-ispejjeż tagħhom? Għandu xi pjan il-gvern għal din is-sitwazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Bhal ma konvint li l-Onor. Interpellant jaf, ix-xiri taz-zejt bil-quddiem huwa ghodda importanti biex naghtu stabilita lill-ekonomija, lill-konsumatur u lill-operaturi ekonomici.
Madanakollu, din l-ghodda tista’ tintuza biss jekk l-prezzijiet li s-swieq internazzjonali joffru, jkunu fuq l-istess livell jew anqas minn dak li fuqu nhaddmu t-tariffi prezenti. It-tariffi prezenti huma mahduma fuq il- ‘hedging’ li sar ghas sena 2010, fejn l-Enemalta ikkristallizat 100% ta’ l-ispiza taggha fuq ix-xiri ta’ zejt ghall prezz medju ta' $81.80 il-barmil, u bir-rata ta' xiri tad-dollaru ta' $1.49.
Ghas sena 2011 il – Korporazzjoni Enemalta hadet pozizzjoni ta' xiri bil-quddiem taz-zejt ghal 63% tal-htigijiet taghha, fuq prezz medju ta’ $79 il-barmil.
Fil-kaz tad-dollaru, ghas sena 2011 irnexxielna nixtru 100% tal-htigijiet tal-Korporazzjoni bir-rata medja ta' $1.3632.
Dan fisser li ghandna madwar 37% tax-xiri taz-zejt li qed jinxtara ‘spot’ matul is sena 2011, bil-konsegwenza li l-Korporazzjoni qed tipprevedi li taghmel telf ta' madwar € 35 miljun mil-elettriku sakemm fix-xhur li gejjin il-prezz taz-zejt ma jinzilx sostanzjalment.
Il prezzijiet taz - zejt matul is sena 2011 irregistraw l-ghola livelli ta’ $126.66 il-barmil, u l-inqas livell ta’ $93.50 il barmil. Dawn il livelli ma ppermettux lill-Korporazzjoni biex tiehu pozizzjoni meta din ma ridietx tikkristalizza zieda fit-tariffi ghall-2012 bejn 25% u 30%, meta r-realtajiet internazzjonali ghad jistghu joffru opportunitá ta’ prezzijiet aktar ragonevoli.
Kien ghalhekk li ir-Risk Management Committee tal-Korporazzjoni Enemalta qed ikun prudenti u qed jaghti widen lill-esperti internazzjonali li f'dawn l-ahhar gimghat kienu qed jaghtu ndikazzjoni li l-prezz taz-zejt jista’ jibda niezel l-isfel minhabba l-krizi prolungata fl-Ewropa u l-ekonomija kajmana fl-Istati Uniti, u minbarra sitwazzjonijiet internazzjonali ohrajn.
Meta wiehed jikkunsidra li x-xiri taz-zejt huwa madwar 70% ta’ l-ispiza totali ghall-generazzjoni ta’ l-elettriku, li teccedi €350 miljun, wiehed jista’ japprezza kemm it-tariffi huma dipendenti fuq dak li qed jigri hemm barra.
Jekk is-swieq jibqghu persistentement ghola, il-Korporazzjoni tibda tiehu pozizzjonijiet l-aktar vicini ta’ dak li ghandha llum. Izda hadd ma jista’ jaghti garanzija li dan ikun possibbli, u ghaldaqstant l-uniku alternattiva li tibqa’ tkun dik li wiehed jixtri z-zejt spot.
Il-Gvern ghaldaqstant jistieden lill-Oppozizzjoni biex taghmel pubbliku x’ikun il-pjan alternattiv taghha f'dawn ic-cirkustanzi u meta skont hi kien ikun opportun li nixtru z-zejt ghall-2012.
Ristrutturar ta' triq bejn Santa Luċja u l-Airport tal-Gudja
Question
Jista' l-Ministru jassigura li x-xogħol fuq it-triq li minn Santa Luċija tieħu għall-Airport tal-Gudja li tinsab parzjalment magħluqa jibqa' miexi b'mod regolari biex r-ristrutturar tagħha jitlesta fil-ħin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta qiegħda ssegwi l-andament ta' dan ix-xogħol u hemm l-impenn neċessarju biex kemm il-kuntrattur kif ukoll il-kumpanija inkarigata mill-immaniġjar ta' dan il-proġett jieħdu l-azzjonijiet u l-miżuri kollha neċessarji sabiex dan ix-xogħol jitwettaq hekk kif ippjanat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26590, jikkonferma l-Ministru li l-Enemalta sal-lum m'għamlet l-ebda arranġament fuq ix-xiri ta' żejt u għalhekk it-tariffi jistgħu jogħlew mal-andament ta' suq internazzjonali? Jekk dan huwa l-każ, ma jaħsibx li dan joħloq instabbilità speċjalment fost l-operaturi ekonomiċi li ma jkunux jistgħu jippjanaw l-ispejjeż tagħhom? Għandu xi pjan il-gvern għal din is-sitwazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Fid-dawl tal-outbreak tal-E. Coli (li apparentament tinxtered b'ċertu faċilità) fil-Ġermanja u f'pajjiżi oħra Ewropej, jista' l-Ministru jgħid x'misuri ta' kawtela ttieħdu f'pajjiżna:
a) fir-rigward ta' importazjoni ta' ħaxix frisk u
b) fir-rigward ta' persuna li jivvjaġġaw lejn il-pajjiżna milquta u affetwat u fir-rigward ta' turisti li jiġu mill-istess pajjiżi milquta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat illi peress li Malta hija membru sħiħ tal-Unjoni Ewropeja, fuq din il-materja, Malta timxi mal-pajjiżi Ewropej l-oħra skont id-direttiva uniformi li jinħarġu wara konsultazzjoni sħiħa mal-istati membri.. Id-Dipartiment għar-Regolazzjoni tas-Saħħa Pubblika ilu jsegwi din il-problema minn mindu dehret għall-ewwel darba permezz ta’ żewg sistemi li jeżistu fl-Unjoni Ewropeja; waħda magħrufa bħala Rapid Alert System for Food and Feed (RASFF) li tiġi segwita mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali u waħda dwar Early Warning and Response System (EWRS) li hija segwita mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard. Iż-żewġ sistemi jaħdmu fuq sistema ta’ network ta informazzjoni fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum. Fil-preżent ma jidher li hemm l-ebda indikazzjoni ta’ xi kontrolli speċifiċi fuq ikel u żrieragħ impurtati mill-Unjoni Ewropeja jew xi raġuni biex b’xi mod jigi ikkontrollat jew ristrett l-ivvjaġġar bejn pajjiżi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba fis-sena jsir kontroll u spezzjonar fuq il-livel ta' purifikazjoni ta' drenaġġ fl-impjant ta' Sant Antnin fin-Nofsinhar ta' Malta biex jassigura li l-livel ta' purifikazjoni jkun tajjeb u li tisqija minnu ma jkunx ta' dannu għas-saħħa ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26564, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kwantitajiet ta' mediċina in stock li kellu l-gvern jew l-entità governattiva konċernata fl-aħħar ta' Mejju 2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-31 ta’ Mejju 2011 l-istokk tal-mediċini li qiegħed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant kien kif jidher hawn taħt:
Medicina
Dipartiment tal-Procurements
Sptar
Mater Dei
POYC
Sptar Boffa
Extavia (beta Interforeron 1B) – id-Dipartiment jixtri Beta Interferon 1B li mhux dejjem tkun tad-ditta.
55 x 15
65 x15
4 x 15
0
Enbrel ( etanercept 25mg)
50 mg
55 x 4
NIL
206 x 4
NIL
0
NIL
0
NIL
Mabthera ( Rituximab 500mg)
NIL
27
N/A
25
Avonex (Beta Interforen 1A Injections)
399 X 4
105 x 4
13 x 4
N/A
Herceptin ( trastuzumab)
249
0
N/A
188
Viramun (nevirape)
44 x 60
21 x 60
N/A
N/A
Velacade (Bortezomib 1 mg vials)
50
117
N/A
N/A
Avastin (bevacizumab) 100mg vials
17
5
N/A
N/A
Qormi — San Bastjan - mantunezjoni fl-iskola primarja
Question
Tista' l-Ministru tindika jekk saritx manutenzjoni xierqa fl-Iskola Primarja ta' San Bastjan, Qormi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-iskola Primarja ta’ Bastjan Ħal-Qormi sar ammont sostanzjali ta’ xogħlijiet f’dawn l-aħħar sentejn. In-numru ta’ biċċiet xogħol ilaħħqu għal: 113 matul is-sena 2011, u 129 matul is-sena 2010.
Fadal madwar 14-il biċċa xogħol oħra xi jsiru.
Ix-xogħol ta’ manutenzjoni li sar f’din l-iskola huwa meqjus bħala wieħed xieraq u jawgura tajjeb biex ix-xogħlijiet li fadal isiru jkunu kompluti fl-iqsar żmien possibli.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk attendiex għal-Laqgha tal-Ministri tal-Agrikoltura tal-Unjoni Ewropea li saret riċentement in konnesjoni mal-outbreak tal-E. Coli? Jekk iva, x'kienu l-konklużjonijiet u jekk hux beħsiebu jimplimenta xi rakkmandazzjonijiet ta' prekawzjoni f 'pajjiżna?
Peress li t-tisqija jew manure li jintefa' fir-raba jista' jkollu xi konnesjoni ma' din il-bacteria, jista' l-Ministru jikkonferma li l-livell ta' trattament tad- drenaġġ li wara jintuża għat-tisqija huwa ta' livell li jelimina kull biżgħa ta' kontaminazzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Għal din il-laqgħa Malta kienet rappreżentata minn uffiċjali mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali kif ukoll mir-Rappreżentanza ta' Malta għall-Unjoni Ewropea. Jien infurmat li f'din il-laqgħa ġie diskuss prinċipalment l-effett qawwi u negattiv fuq il-bejgħ ta' ċertu ħxejjex f'xi pajjiżi minħabba l-biża' tal-konsumaturi. Il-Kummissarju għall-Agrikoltura waqt din il-laqgħa ħabbar li fil-jiem li ġejjin se jitressqu proposti għal kumpens parzjali għall-produtturi li kellhom jirtiraw ċertu prodotti mis-suq. Se jitniedu wkoll fondi għall-promozzjoni sabiex il-pubbliku jerġa’ jibni l-kunfidenza fil-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħxejjex fix-xhur li ġejjin.
Fl-istess laqgħa l-Kummissarju għas-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi kkonferma li sa dak inhar kienet għadha ma ġietx aċċertata x'kienet l-oriġini li kkawżat il-kriżi u għalhekk l-investigazzjonijiet xjentifiċi kienu għadhom qed ikomplu.
Ikun att irresponsabbli jekk xi ħadd jagħmel spekulazzjoni bla ebda bażi xjentifika li ddaħħal dubju fost il-konsumaturi li jista’ joħloq paniku għad-dannu bla bżonn kemm lill-konsumaturi, u iktar u iktar lill-bdiewa Maltin.
Għar-rigward tal-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Water Services Corporation.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta hijiex qed tagħmel xi kuntratti ta' forward buying fuq żejt għas-sena 2012 bil-għan li r-rata ta' tariffi ta' konsum ta' dawl u ilma tkun stabbilita bil-quddiem?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ma kienx possibli għall-Korporazzjoni Enemalta li tidħol ta’ forward buying fuq żejt għas-sena 2012 billi l-prezz internazzjonali taż-żejt kien persistentament ogħla minn dak li fuqhom ġew ikkalkulati t-tariffi għall-2011.
Il-prezz taż-żejt varja bejn 96.893 u 114.44 Dollaru Amerikan, filwaqt li t-tariffi ġew ikkalkulati bil-prezz ta’ 81.80 Dollaru Amerikan.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta hijiex qed tagħmel xi kuntratti ta' forward buying fuq żejt għas-sena 2012 bil-għan li r-rata ta' tariffi ta' konsum ta' dawl u ilma tkun stabbilita bil-quddiem?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ma kienx possibli għall-Korporazzjoni Enemalta li tidħol ta’ forward buying fuq żejt għas-sena 2012 billi l-prezz internazzjonali taż-żejt kien persistentament ogħla minn dak li fuqhom ġew ikkalkulati t-tariffi għall-2011.
Il-prezz taż-żejt varja bejn 96.893 u 114.44 Dollaru Amerikan, filwaqt li t-tariffi ġew ikkalkulati bil-prezz ta’ 81.80 Dollaru Amerikan.
Jista' l-Ministru jgħid meta
a) inxtrat l-aħħar konsenja tal-mediċini hawn taħt imsemmija:
Extavia (beta Interforeron 1B ;
Enbrel ( etanercept 25mg u 50mg)
Mabthera (Rituximab 500mg)
Avonex (Beta Interferon 1A Injections)
Herceptin (trastuzumab)
Viramun (nevirape)
Velacade(Bortezomib 1mg Vials)
Avastin (bevacizumab) 100mg Vials
b) b'liema prezz u
ċ) mingħand liema aġent/entità, lokalment jew esteru s-segwenti mediċini inxtraw?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta
a) inxtrat l-aħħar konsenja tal-mediċini hawn taħt imsemmija:
Extavia (beta Interforeron 1B ;
Enbrel ( etanercept 25mg u 50mg)
Mabthera (Rituximab 500mg)
Avonex (Beta Interferon 1A Injections)
Herceptin (trastuzumab)
Viramun (nevirape)
Velacade(Bortezomib 1mg Vials)
Avastin (bevacizumab) 100mg Vials
b) b'liema prezz u
ċ) mingħand liema aġent/entità, lokalment jew esteru s-segwenti mediċini inxtraw?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
MFSA — LA Vallette Sicav Plc Multi Manager Property Fund
Question
Peress illi, in konnessjoni mal-investigazzjonijiet tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta fir-rigward tar-rappreżentazzjonijiet ta’ ħafna investituri fil-La Vallette Sicav Plc Multi Manager Property Fund, iċ-Chairman tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta ġie rappurtat darbtejn fit-Times of Malta u fil-Business Times tal-10 ta’ Frar 2011 u tas-7 ta' April 2011 li rapporti u investigazzjoni fuq dan il fond huma lesti, u peress li l-ħarsien tal-investimenti huwa ta’ interess pubbliku u nazzjonali u huwa l-missjoni prinċipali għat-twaqqif tal-istess Awtorità, jista’ l-Ministru jitlob lill-Awtorità kopja jew kopji tar-rapport jew rapporti dwar din l-investigazzjoni u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra? Dan huwa fl-interess tal- investituri, fl-interess tas-settur u huwa obbligu tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta u għalhekk il-pubblikazzjoni tal-istess rapport huwa obbligatorju u għalhekk il-Ministru għandu r-responsabilità li jassigura li tali rapport jkun mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra jew jagħti data definita meta se jkun ippubblikat?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 25694.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk Triq il-Belt Valletta, Luqa/Marsa ċioe triq li tieħu minn fejn il-fabbriki tal-Coca Cola sa Ħal Luqa taqax taħt il-Gvern Ċentrali jew inkella taħt xi kunsill? Jekk taqa' taħt xi kunsill, jista' jgħid taħt liema kunsill?
Valletta Grand Harbour Rehabilitation Corporation — audited accounts
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar audited accounts tal-Valletta Grand Harbour Rehabilitation Corporation? Kemm ilha imwaqqfa bħala entità legali din il-korporazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Valletta Grand Harbour Rehabilitation Corporation.
Valletta Grand Harbour Rehabilitation Corporation — audited accounts
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar audited accounts tal-Valletta Grand Harbour Rehabilitation Corporation? Kemm ilha mwaqqfa bħala entità legali din il-Korporazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- audited accounts tal-Grand Harbour Regeneration Corporation plc għas-snin 2008 u 2009. Il-GHRC ġiet mwaqqfa bħala entita' legali fl-10 ta' Awissu tal-2007.
National Diploma of Computing — twaqqif ta' apprenticeship
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-apprenticeship ta' National Diploma of Computing ġie sospiż mill-MCAST peress li b'din id-deċiżjoni ntlaqtu studenti tat-tieni sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istudenti ta’ l-ewwel sena li applikaw għan-National Diploma f’Lulju u f’Settembru 2010 ġew avżati li dan il-kors mhux se jkun hemm apprentistat. Dan ġara minħabba l-fatt li dawn l-istudenti qed ikollom il-kors tagħhom imħallas mill-Fond Soċjali Ewropew u jekk ikun hemm appretistat dan jitqies bħala għajnuna lil min qed iħaddem u għalhekk imur kontra l-kundizzjonijiet tal-Fond Soċjali Ewropew. Kemm l-istudenti kif ukoll l-ETC kienu mgħarrfa li għalissa l-apprentistat għan-National Diploma fl-istitut tal-ICT mhux qed isir sakemm jinbidlu ċ-ċirkostanzi.