Legislature:
Category:
Reset
Active:

pilloli Diovan disponibbli

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun hemm il-pilloli Diovan disponibbli għall-persuni li huma intitolati għalihom fl-ispiżeriji jew Ċentri tal-Gvern?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Dipartiment Ċentrali tal-Procurement u Supplies m’għadux jixtri il-mediċina tad-ditta Diovan manifatturata mill-kumpanija Novartis imma qed tinxtara Valsotens manifatturata mill-kumpanija Actavis, liema mediċina kemm tal-80mg u anke tal-160mg għandha tasal għal nofs Ottubru 2011.

Stallazzjoni ta' lift

Question

Peress li l-bini, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, huwa earmarked biex jkun stallat fih lift, tista' l-Ministru tgħid lil perit inkarigat biex jassigura li meta jitwaħħal dan il-lift jitħalla spazju biżżejjed fit-taraġ li hemm eżistenti biex jkun jista' jgħaddi stretcher meta tinqala' xi emerġenza jew emerġenzi oħra? Jista' jgħid jekk il-foyer huwiex wiesgħa biżżejjed biex jkun jista' jiġi akkommodat lift komdu b'aċċess għall-persuni b'diżabilità mingħajr ma jitkisser l-istess taraġ? Barra minn hekk il-fatt li taraġ ma jitkissirx iffisser anqas spejjeż.

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dan hu każ ta’ blokk li jippreċedi l-perjodu meta bdew jinbnew trombi tal-liftijiet flimkien mal-kumplament tal-binja u għalhekk ikollhom jintlaħqu ċerti kompromessi biex toħroġ l-aħjar soluzzjoni għal kulħadd. It-tromba tat-taraġ in kwistjoni, ċioe dik ġo Blokk D, Fuq tal-Blat, Ħal Qormi hi mibnija bl-istess qisien u se jkollha lift identiku tat-tromba ta’ Blokk C li tinsab biswit magħha u li fiha ġie stallat lift ġdid li dalwaqt se jkun mogħti lir-residenti. L-awtorità dejjem tagħmel l-almu tagħha biex toħroġ l-aħjar soluzzjoni bejn taraġ wiesa’ biżżejjed u adekwat għall-użu u lift spazjuż biżżejjed li jakkomoda wheelchair. Fil-każ partikolari ma jistax jiġi evitat it-tkissir ta’ parti mit-taraġ jekk wieħed irid jistalla lift li jakkomoda wheelchair. Il-fatt li l-lift se jaqdi persuni b’diżabbilità jfisser ukoll li jista’ jaqdi kull resident li jkollu ħtiġijiet mediċi biex joħroġ mill-blokk.

Ħal Luqa — Triq Valletta

Question

Peress li fi Triq Valletta, Luqa li mill-Marsa tieħu għaċ-ċentru ta' Ħal Luqa qed tintuża bħal aċċess għall-ajruport minħabba li Triq il-Kunsill tal-Ewropa li minn Santa Luċija tieħu għall–ajruport tinsab magħluqa , din ġiet fi stat ħażin ħafna, jista' l-Minsitru jassigura li din it-triq tiġi rranġata biex tkun diċenti? Barra minn hekk jista' immedjatament jordna li jittieħdu miżuri biex ikun hemm traffic calming measures fiċ-ċentru residenzjali ta' Ħal Luqa minħabba periklu li ż-żieda fit-traffiku qed jikkawża?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li triq il-Belt Valletta Luqa ma ġietx identifikata u/jew riklamata bħala deviation route uffiċjali minn Transport Malta. Dan sabiex it-traffiku kemm jista' jkun jgħaddi minn toroq arterjali. Madankollu Transport Malta għamlet survey tal-kundizzjoni ta' din it-triq qabel beda x-xogħol fuq Triq il-Kunsill tal-Ewropa. Dan imbagħad jitqabbel mal-kundizzjoni tat-triq meta x-xogħol ikun lest u Triq il-Kunsill tal-Ewropa tkun miftuħa mill-ġdid. Transport Malta tieħu l-azzjoni li tkun meħtieġa jekk jirriżulta li t-triq tkun saritilha l-ħsara f'dan il-perjodu kawża tal-imsemmi għeluq ta' Triq il-Kunsill tal-Ewropa. B'referenza għal miżuri sabiex ikun hemm traffic calming measures , Transport Malta kellha talba waħda mill-Kunsill Lokali għal pedestrian crossing fi Triq il-Ġdida, liema talba ġiet approvata mill-awtorità.
Leg 11 PQ #28521 Sitting 390 2011-10-10 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għar-rapport li Malta rċeviet aktar minn €700 miljun f'għajnuna mill-Unjoni Ewropea (taħt diversi fondi) bejn is-snin 2004 sa 2010, jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown dettaljat fuq liema proġetti ġew allokati dawn il-fondi? Jista' jagħti d-dettalji sena b’sena u kull proġett jiġi identifikat u tingħata l-ispiża fuq kull wieħed mill-proġetti li għalih dawn il-fondi ġew allokati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor.Interpellant li l-informazjoni mitluba qed tinġabar u għaldastant it-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għar-rapport li Malta rċeviet aktar minn €700 miljun f'għajnuna mill-Unjoni Ewropea (taħt diversi fondi) bejn is-snin 2004 sa 2010, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat fuq liema proġetti ġew allokati dawn il-fondi? Jista' jagħti d-dettalji sena b’sena u kull proġett jiġi identifikat u tingħata l-ispiża fuq kull wieħed mill-proġetti li għalih dawn il-fondi ġew allokati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Malta Enterprise — Ex Sptar San Luqa - transazzjoni tal-flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew l-uffiċini l-ġodda fil-Malta Enterprise f'parti mill-Ex Sptar San Luqa fl-Imsida? Meta huwa l-ħsieb li ssir it-transazzjoni għal dawn l-uffiċċji?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-transizzjoni għall-uffiċċji ġewwa St. Luke’s hija ppjanata għall-aħħar ta’ Ottubru. Dettalji dwar kemm qed jiswew dawn l-uffiċini jkunu disponibbli meta jitlesta x-xogħol kollu u jitħallsu l-ispejjeż.

Ħal Qormi — Blat Housing Estate - lift

Question

Tista' l-Ministru tagħti data fissa meta lift li jinsab ġo Block C Fuq tal-Blat Housing Estate Ħal Qormi li ilu stallat fil-post madwar tmien xhur se jibda jopera effettivament biex jkun jista' jintuża mir-residenti, peress li wħud mir-residenti fil-livelli ta' fuq huma anzjani u diffiċli jinżlu jew jitilgħu t-taraġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-lift in kwistjoni, ċioé dak installat ġo Blokk C, Fuq tal-Blat, Ħal Qormi, issa wasal fl-aħħar stadji ta’ tlestija u fadal biss l-irtokki li l-kuntrattur huwa obbligat jagħmel bħala parti mit-tender bħal xogħol ta’ rħam, tranġar ta’ armarju tal-meters u xi dwal. Huwa maħsub li l-lift ikun jista’ jiġi wżat mir-residenti sat-tielet ġimgħa t’Ottubru.
Leg 11 PQ #27782 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA's Urban Improvement Fund

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27601 u t-tweġiba mogħtija, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk mill-fond imsemmi MEPA's Urban Improvement Fund fejn hemm €741,820 għat-titjib urban, il-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa hux se jkollu xi influwenza jew say fuq kif se jintnefqu dawn il-fondi għall-ġid Birżebbuġa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li kull Kunsill Lokali għandhu jimla l-Applikazzjoni tal-Urban Improvement Fund (UIF), u jindika x’tip ta’ proġett jixtieq iwettaq. Wara din l-applikazzjoni tiġi evalwata u approvata mill-kumitat tal-Urban Improvement Fund.

exposure tal-gvern Malti — informazzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27603 u t-tweġiba mogħtija, jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun il-garanzija meta jidħol in vigore l-ESM fis-sena 2013?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Gvern Grieg — garanziji lill-Finlandja

Question

Peress li l-Finlandja talbet lill-Gvern Grieg garanziji għat-tieni tranche ta' self minnha mogħtija lill-Greċja, jista' l-gvern jgħid x'garanziji ntalbu min-naħa tal-Gvern Malti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern Malti ukoll talab il-garanziji għall-proposta ta’ pakkett ġdid ta’ self lill-Greċja. Id-diskussjonijiet tekniċi dwar din il-materja għadhom għaddejjin u s’issa għad m’hemm xejn maqbul.

MIA — regolaturi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistqosija parlamentari 27413, jista' l-Ministru jgħid min hija l-persuna jew l-entità li taġixxi ta' regolatur għall-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u tariffi stabbiliti minnha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Airport Charges Regulatory Board jaġixxi ta' regolatur tar-rati tal-Airport Charges. Il-funzjoni ta' Transport Malta bħala supervisory authority ġiet fis-seħħ riċentement permezz ta' l-Avviż Legali 132/11.
Leg 11 PQ #27601 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Freeport — dredging u estensjoni

Question

Fid-dawl tad-dredging u l-estensjoni tal-Freeport, jista' l-Prim Ministru jassigura lir-residenti ta' Birżebbuġa li ma jiżdiedux il-ħsejjes li qed jikkawżaw ħsara f'saħħithom, li l-estensjoni ma tersaqx lejn il-bini u li l-baħar ma jkunx kontaminat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-kundizzjonijiet tal-permessi relatati mal-Port Ħieles qed ikunu monitored u li l-kundizzjonijiet qed jiġu rigorożament infurzati. Kopja ta’ dawn il-kundizzjonijiet huma annessi ma din ir-risposta

Freeport — trasferiment lil terzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-gvern kellux talba mill-konċessjonarji tal-Freeport biex jittrasferixxi lil terzi parzjalment jew in toto d-drittijiet li huma għandhom fuq it-terminals tal-Freeport ta' Birżebbuġa?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li l-Malta Freeport Corporation qed jikkonsidra talba mill-operatur tal-Freeport container terminal biex ibiegħ lil-terzi, parti mill-ishma tal-kumpannija, bil-kundizzjonijiet eżistenti kollha.

exposure tal-gvern Malti — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni b'mod dettaljat kemm huwa sal-lum u kemm se jkun l-exposure tal-Gvern Malti f'loans, garanziji jew f'kull forma oħra minħabba l-kriżi ta' Sovreign Debt li bħalissa qed tolqot lill-Ewropa u fid-dawl tal-aħħar żvilupp fl-EUFIN jew Kunsill tal-Ministri?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, għall-fini tal-kriżi ta’ Sovereign Debt, Malta qegħda tagħti sehma f’żewġ faċilitajiet differenti, li huma il-facilita tas-self lill-Greċja u l-garanziji fi ħdan l-European Financial Stability Facility. Fuq bażi tal-faċilita tas-self lill-Greċja, Malta ser tislef lill-Greċja l-ammont ta’ €74,543,025.89 sa l-2013. Sal-lum 14 ta’ Lulju 2011, Malta silfet lill-Greċja €39,801,080.75. L-ammont li jmissu jigi misluf ser ikun ta’ €5,087,666.25 u ser jigi misluf għada, 15 ta’ Lulju 2011. Rigward l- exposure ta’ garanziji fil- European Financial Stability Facility, Malta qegħda tagħti garanzija fuq self lill-żewġ pajjizi fiż-żona Ewro illi huma l-Irlanda u l-Portugall. L- exposure ta’ Malta f’garanzija lill-Irlanda tammonta għal €6,536,763.05. Filwaqt li l- exposure ta’ Malta f’garanzija lill-Portugall tammonta għal €11,839,470.60.

banek lokali esposti għad-dejn tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni b'mod dettaljat ta' kemm huma l-banek lokali esposti għad-dejn tal-gvern li llum ilaħħaq madwar €5 biljun?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi sa l-aħħar ta’ Mejju 2011, il-banek lokali kellhom EUR 1,730,211,742 fi strumenti finanzjarji (Stocks tal-Gvern [MGSs] u T-Bills) maħruġa mill-Gvern Ċentrali fis-suq.

Ajruport Internazzjonali ta' Malta — charges fuq dawk li jagħmlu użu mill-ajruport

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27259, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' kemm-il darba ltaqa' dan ir-regolatur biex jassigura li r-rati/tariffi huma ġustifikati?

Response (GATT, AUSTIN)

Le, t-tariffi ġew stabiliti mir-Regolatur stess fl-2005 u ma jidirlhix li r-Regolatur għandu fuq inizjattiva tiegħu jerġa jiltaqa biex jara humiex ġustifikati.

Ħal Qormi — Triq Fontanier - traffic calming measures

Question

Jista' l-Ministru jordna li fi Triq Fontanier ġo Ħal Qormi jsiru xi traffic calming measures peress li t-triq hija traffikuża ħafna u tikkostitwixxi periklu għar-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din it-talba ġiet mgħoddija għall-kunsiderazzjoni tat-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku fi ħdan Transport Malta.

Ajruport Internazzjonali ta' Malta — charges fuq dawk li jagħmlu użu mill-ajruport

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif ikunu regolati ċ-charges li jimponi l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta fuq dawk li jagħmlu użu mill-ajruport, peress li dawn jinsabu fi stat ta' monopolju fis-suq? Peress li qed isiru ħafna allegazzjonjiet fil-pubbliku minn entitajiet li l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta ċċargja rati għolja lill-Air Malta biex topera mill-ajruport, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm abbuż mill-qagħda monopolistika li jgawdi l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta f'dan is-settur? Jista' jgħid jekk qattx ġie mitlub li regolatur għall-kompetizzjoni ġusta, jew dipartiment responsabbli mill-konsumatur jagħmel xi evalwazzjoni tar-rati imposti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ic-Charges li tista' tagħmel l-MIA huma regolati mir-Regolatur stabbilit skond Avviż Legali 299 tal-2011. Il-Bord relattiv hu kompost mis Sur Winston Zahra, bħala Chairman u mis-sinjuri Joanna Piccinino, Austin Calleja, Julien Jaeger, Tina Lombardi, Tonio Farrugia u Joseph Vassallo. Ic-Charges preżenti huma dawk illi ġew stabbiliti f’Dicembru 2005.

Enemalta — xiri ta' żejt

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26590, jikkonferma l-Ministru li l-Enemalta sal-lum m'għamlet l-ebda arranġament fuq ix-xiri ta' żejt u għalhekk it-tariffi jistgħu jogħlew mal-andament ta' suq internazzjonali? Jekk dan huwa l-każ, ma jaħsibx li dan joħloq instabbilità speċjalment fost l-operaturi ekonomiċi li ma jkunux jistgħu jippjanaw l-ispejjeż tagħhom? Għandu xi pjan il-gvern għal din is-sitwazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26880.