Tista' l-Ministru tara li tkun provduta facilitator għal tifla, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tifla diġà għandha sapport ta’ learning support assistant fuq bażi ‘Shared Same Class’. L-istatement ta’ sapport ħareġ mill-Istatementing Moderating Panel f’Marzu 2011.
Tista' l-Ministru tikkonferma li ħaddiema li ilhom snin jaħdmu ma' Channel Education 22 ġie terminat l-impjieg tagħhom u barra minn hekk min kien responsabbli ma ħallasx lanqas il-kontribuzjoni tan-National Insurance minkejja li din ġiet mnaqqsa mill-paga tagħhom? Tista' tgħid għaliex dawn il-ħaddiema ma ġiex offrut lilhom impjieg alternattiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma kien hemm l-ebda terminazzjoni ta’ mpieg lil ebda ħaddiem li jaħdem jew li ħadem/ħadmet full time f’Education 22.
Ħaddiema li ma kienx hemm xogħol għalihom f’Education 22 instabilhom xogħol ieħor.
Ħaddiema oħra li jagħtu servizz a bazi ta’ Contract for Service’ jitħallsu skont il-kuntratt għax-xogħol u ż-żmien stipulat fil-kuntratt.
Il-ħlasijiet ta’ kontribuzzjoni tan-National Insurance saru/isiru skont il-liġijiet eżistenti.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, hux intitolat għall-voucher tas-sussidju fuq id-dawl u l-ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, jinstabilha post fid-djar tal-anzjani peress li din il-persuna ma tistax tgħix waħedha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjana li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant applikat biex tidħol f’xi residenza għall-Anzjani fil-31 ta’ Lulju 2008 u ġiet approvata mill-Bord tal-Ammissjoni fis-27 ta’ Novembru 2008 biex tidħol fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paule. B’hekk l-applikazzjoni ta’ din l-anzjana ġiet imqiegħedha fil-lista ta’ stennija għar-Residenza ta’ San Vinċenz skont il-mertu tal-każ.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29423, 29209, 28885 u 28521 u ċioe: B’referenza għar-rapport li Malta rċeviet aktar minn €700 miljun f'għajnuna mill-Unjoni Ewropea (taħt diversi fondi) bejn is-snin 2004 sa 2010, jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown dettaljat fuq liema proġetti ġew allokati dawn il-fondi? Jista' jagħti d-dettalji sena b’sena u kull proġett jiġi identifikat u tingħata l-ispiża fuq kull wieħed mill-proġetti li għalih dawn il-fondi ġew allokati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar minħabba li hemm diversi Ministeri u entitajiet involuti.Għaldaqstant it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari ser tingħata f’ xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29424, 29210, 28886 u 28522 u ċioe: B’referenza għar-rapport li Malta rċeviet aktar minn €700 miljun f'għajnuna mill-Unjoni Ewropea (taħt diversi fondi) bejn is-snin 2004 sa 2010, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat fuq liema proġetti ġew allokati dawn il-fondi? Jista' jagħti d-dettalji sena b’sena u kull proġett jiġi identifikat u tingħata l-ispiża fuq kull wieħed mill-proġetti li għalih dawn il-fondi ġew allokati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Inerpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Nixtieq ninforma lill-Onor.Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar minħabba li hemm diversi Ministeri u Entitajiet involuti. Għaldaqstant it-tweġiba se tingħata f’ xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29210, 28886 u 28522 u ċioe: B’referenza għar-rapport li Malta rċeviet aktar minn €700 miljun f'għajnuna mill-Unjoni Ewropea (taħt diversi fondi) bejn is-snin 2004 sa 2010, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat fuq liema proġetti ġew allokati dawn il-fondi? Jista' jagħti d-dettalji sena b’sena u kull proġett jiġi identifikat u tingħata l-ispiża fuq kull wieħed mill-proġetti li għalih dawn il-fondi ġew allokati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28885 u 28521 u ċioe: B’referenza għar-rapport li Malta rċeviet aktar minn €700 miljun f'għajnuna mill-Unjoni Ewropea (taħt diversi fondi) bejn is-snin 2004 sa 2010, jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown dettaljat fuq liema proġetti ġew allokati dawn il-fondi? Jista' jagħti d-dettalji sena b’sena u kull proġett jiġi identifikat u tingħata l-ispiża fuq kull wieħed mill-proġetti li għalih dawn il-fondi ġew allokati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar minħabba li hemm diversi Ministeri u entitajiet involuti. Għaldastant it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari se tingħata f’ seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28886 u 28522 u ċioe: B’referenza għar-rapport li Malta rċeviet aktar minn €700 miljun f'għajnuna mill-Unjoni Ewropea (taħt diversi fondi) bejn is-snin 2004 sa 2010, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat fuq liema proġetti ġew allokati dawn il-fondi? Jista' jagħti d-dettalji sena b’sena u kull proġett jiġi identifikat u tingħata l-ispiża fuq kull wieħed mill-proġetti li għalih dawn il-fondi ġew allokati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Riforma tal-Karozzi tal-Linja — parkeġġ f'Bieb il-Belt
Question
Peress li issa r-rotot tal-karozzi tal-linja kollha se jidħlu l-Belt Valleta minn kull belt jew raħal, jista' l-Ministru jgħid fejn se jipparkjaw dawn il-vetturi peress li l-pjanijiet ta' Bieb il-Belt ma jinkorporawx l-ipparkjar tal-istess vetturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29211.
Peress li bir-rotot ġodda kif imħaddma mill-Arrriva il-karozza numru 63 li tgħaddi minn quddiem il-Knisja ta' San Gorġ Qormi, tgħaddi kull siegħa, jista' l-Ministru jara li din iżżid il-frekwenza tagħha tal-anqas kull nofs siegħa? Jista' jara dan it-tnaqqis fil-frekwenza qed jikkawża ħafna dewmien speċjalment fis-sigħat tax-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta tat struzzjonijiet lill-Arriva biex fl-iqsar żmien possibli l-ħin massimu ta’ stennija għal rotta 63 jitnaqqas għal 30 minuta. L-operatur ikkonferma li se jottempra ruħu ma’ din l-istruzzjoni.
Infurmat ukoll li preżentament, mil-lokal ta’ Ħal Qormi jgħaddu 7 karozzi fis-siegħa fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta. Dawn huma ir-Rotta 61 li tgħaddi minn Triq il-Vitorja għal Triq San Bastjan bi frekwenza ta’ kull 15 il-minuta, r-rotta 62 li tgħaddi minn Triq l-Imdina għal Triq Manwel Dimech bi frekwenza ta’ 30 minuta u r-rotta 63 li tgħaddi minn ħdejn il-knisja ta’ San Ġorġ bi frekwenza ta’ 60 minuta.
Investigazzjoni dwar l-abbuż ta' prezzijiet u spiża fix-xiri ta' uniformijiet tal-iskejjel
Question
Peress li xi żmien ilu kienet saret xi investigazzjoni dwar l-abbuż ta' prezzijiet u spiża involuta fix-xiri ta' uniformijiet tal-iskejjel primarji u sekondarji minħabba prattiċi monopolistiċi abbużivi, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ttieħdet mid-Dipartiment biex l-abbuż ma jibqax isir, għax ta' min jinnota li sa din is-sena l-prattiċi monopolisitiċi baqgħu jiġu prattikati mingħajr l-ebda intervent mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni jew tal-Konsumatur?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-mistoqsija tal-Onor. Interpellant fiha bosta asserzjonijiet mhux korretti. Mhux minnu li hemm prattiċi monopolistiċi. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ħa l-pariri kollha neċessarji biex jassigura kompetizzjoni ġusta. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ħareġ sejħa pubblika biex kull min hu interessat jissuplixxi l-uniformijiet skont l-ispeċifikazzjoniet stabbiliti fis-sejħa. Applikaw diversi suppliers u rebħu dawk li kienu technically compliant u kellhom l-irħas prezzijiet. Mhux minnu li d-Direttorat qabbad supplier partikolari imma kien hemm proċess ġust fejn kulħadd seta’ jikkompeti. Ta’ min jgħid ukoll li ħafna ġenituri jgħidu li huwa aktar komdu li tmur post wieħed u tixtri l-uniformi kollha milli ddur ħafna ħwienet għall-oġġetti differenti.
Peress li bejn triq San Gwakkin u Triq H'Attard ġo Ħal Qormi hemm biċċa art li hija tal-privat, jista' l-Ministru jara li din tinżamm nadifa mis-sidien kif ukoll jordna li jittella' ħajt għoli biżżejjed biex ma jintefax żibel ġo fiha bil-konsegwenza li dawn l-inħawi qed jimtlew bil-ġrieden?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art privata imsemmija taqa’ fil-konfini u responsabbiltà tal-kunsill lokali rispettivi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-ħsieb tal-Gvern li l-biċċa art fi stat ta' abbundun li hemm bejn triq San Ġwakkin u Triq H'Attard Qormi hiex se tiġi żviluppata jew integrata bħala parti mill-infrastruttura ta' toroq konċernati, peress li fil-preżent din qed isservi bħala post fejn jintrema żibel bil-konsegwenza li l-inħawi qed jimtlew bil-ġrieden?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-biċċa art li hemm bejn Triq San Ġwakkin u Triq Ħ'Attard, Qormi mhix qiegħda skemata bħala triq. M' hemmx ħsieb li jsir xi xogħol minn Transport Malta f'din il-biċċa art.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28521 u ċioe: B’referenza għar-rapport li Malta rċeviet aktar minn €700 miljun f'għajnuna mill-Unjoni Ewropea (taħt diversi fondi) bejn is-snin 2004 sa 2010, jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown dettaljat fuq liema proġetti ġew allokati dawn il-fondi? Jista' jagħti d-dettalji sena b’sena u kull proġett jiġi identifikat u tingħata l-ispiża fuq kull wieħed mill-proġetti li għalih dawn il-fondi ġew allokati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor.Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28522 u ċioe: B’referenza għar-rapport li Malta rċeviet aktar minn €700 miljun f'għajnuna mill-Unjoni Ewropea (taħt diversi fondi) bejn is-snin 2004 sa 2010, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat fuq liema proġetti ġew allokati dawn il-fondi? Jista' jagħti d-dettalji sena b’sena u kull proġett jiġi identifikat u tingħata l-ispiża fuq kull wieħed mill-proġetti li għalih dawn il-fondi ġew allokati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — voti approvati li ma ġewx utilizzati
Question
B'referenza għall-Estimi 2010 approvati mill-Parlament, jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji item item, kemm mill-voti approvati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx utilizzati (minfuqa) inkluż il-Voti taħt Contributions to Government Entities, Programmes and Initiatives u Kapitali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor,Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fil-Financial Report 2010 maħruġ mid-Dipartiment tat-Teżor. Dan ir-rapport ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fl-4 ta’ Lulju 2011.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq il-proġett ta' Bieb il-Belt u l-Parlament sal-lum kif ukoll fuq il-proġett ta' terminus? Minn fejn ġew finanzjati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-ispiża li ntefqet fuq il-Proġett ta’ Bieb il-Belt sal-aħħar ta’ Frar 2011 tammonta għal €9,643,920. L-ispejjeż involuti sal-lum kienu finanzjati mill-Grand Harbour Regeneration Corporation.
Rigward it-Bus Terminus il-Ġdid l-ispiża li ntefqet sal-aħħar ta’ Frar 2011 hija ta’ €374,250 u din qed tiġi finanzjata minn Transport Malta.