Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28886 u 28522 u ċioe: B’referenza għar-rapport li Malta rċeviet aktar minn €700 miljun f'għajnuna mill-Unjoni Ewropea (taħt diversi fondi) bejn is-snin 2004 sa 2010, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat fuq liema proġetti ġew allokati dawn il-fondi? Jista' jagħti d-dettalji sena b’sena u kull proġett jiġi identifikat u tingħata l-ispiża fuq kull wieħed mill-proġetti li għalih dawn il-fondi ġew allokati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29965.

Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29210, 28886 u 28522 u ċioe: B’referenza għar-rapport li Malta rċeviet aktar minn €700 miljun f'għajnuna mill-Unjoni Ewropea (taħt diversi fondi) bejn is-snin 2004 sa 2010, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat fuq liema proġetti ġew allokati dawn il-fondi? Jista' jagħti d-dettalji sena b’sena u kull proġett jiġi identifikat u tingħata l-ispiża fuq kull wieħed mill-proġetti li għalih dawn il-fondi ġew allokati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29965.

Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29424, 29210, 28886 u 28522 u ċioe: B’referenza għar-rapport li Malta rċeviet aktar minn €700 miljun f'għajnuna mill-Unjoni Ewropea (taħt diversi fondi) bejn is-snin 2004 sa 2010, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat fuq liema proġetti ġew allokati dawn il-fondi? Jista' jagħti d-dettalji sena b’sena u kull proġett jiġi identifikat u tingħata l-ispiża fuq kull wieħed mill-proġetti li għalih dawn il-fondi ġew allokati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29965.

Malta Enterpise — skemi t'għajnuna lill-industija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet li jirregolaw is-self li Malta Enterprise testendi lill-industrijalisti bħala skema t'għajnuna lill-Industrija? Jikkonferma li waħda mill-kundizzjonijiet li tikkonsisti f'ammont ta' 55 f'pagamenti miftehma biex titħallas il-loan, u dan apparti l-imgħax li jiddikorri fuqha? B'liema rata ta' imgħax qed jingħata tali self mill-Malta Enterprise?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kundizzjonijiet tas-self li Malta Enterprise testendi lill-industrijalisti bħala skema t'għajnuna, huma regolati mill-Business Promotion Act u l-Business Promotion Regulations. L-ammont ta’ pagamenti jiddependu fuq l-ammont tas-self u il-ftehim milħuq mal-benefiċjarji. Ir-rata minima tal-imgħax hija ukoll regolata mill-Business Promotion Act u l-Business Promotion Regulations u għaldaqstant ir-rata finali hija fid-diskrezzjoni tal-Bord li japprova is-self.
Leg 11 PQ #30685 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Trasferiment ta' Ishma

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern approvax it-trasferiment tal-ishma (partial transfer) mis-CMA CGM ta' shares li għandha fil-Freeport peress li klawsola 6.1 ta' Share Transfer Agreement jgħid speċifikament li l-ebda transfer ma jista' jsir jekk mhux bl-approvazjoni ta' Gvern? Jekk iva lil min? Ma jidhirlux li trasferiment ta' assi pubbliċi u infrastruttura li nbniet minn flus il-poplu għandhiex tiġi diskussa fil-Parlament? Jista' jgħid jekk approvax xi kirja ta' terminals fil-Freeport? Jekk iva, lil min u b'liema kundizzjonjiet saret tali kirja? Jekk saret kirja, saret due diligence biex tkun assigurata l-entità tal- kuntratt oriġinali? Jekk iva, tista' tiġi intavolata tali due diligence? Peress li waħda mill-kundizzjonjiet importanti inkluża wkoll fid-default clauses ta' Licence Agreement ma' CMA CGM timplika espliċitament li l-operatur irid jkun operatur ta' container terminal u li l-ħidma tiegħu trid tkun primarjament il-promozzjoni ta' pajjiżna bħala terminal hub, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-entità magħżula biex takkwista ishma fil-Freeport mingħand CMA hijiex idonea f'dan ir-rigward? Jekk sal-lum il-gvern għadu ma tax l-approvazzjoni tiegħu biex isir it-trasferiment rikjest, jikkonferma li se jieħu dan l-oġġettiv qabel ma japprova t-trasferiment lill-entità li wriet interess? Jista' jgħid jekk kienx hemm entitajiet b’interess Malti li wrew interess li jixtru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li se jagħti l-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni f’mistoqsija parlamentari numru 30686.

Trasferiment ta' Ishma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern approvax it-trasferiment tal-ishma (partial transfer) mis-CMA CGM ta' shares li għandha fil-Freeport peress li klawsola 6.1 ta' Share Transfer Agreement jgħid speċifikament li l-ebda transfer ma jista' jsir jekk mhux bl-approvazjoni ta' Gvern? Jekk iva lil min? Ma jidhirlux li trasferiment ta' assi pubbliċi u infrastruttura li nbniet minn flus il-poplu għandhiex tiġi diskussa fil-Parlament? Jista' jgħid jekk approvax xi kirja ta' terminals fil-Freeport? Jekk iva, lil min u b'liema kundizzjonjiet saret tali kirja? Jekk saret kirja, saret due diligence biex tkun assigurata l-entità tal- kuntratt oriġinali? Jekk iva, tista' tiġi intavolata tali due diligence? Peress li waħda mill-kundizzjonjiet importanti inkluża wkoll fid-default clauses ta' Licence Agreement ma' CMA CGM timplika espliċitament li l-operatur irid jkun operatur ta' container terminal u li l-ħidma tiegħu trid tkun primarjament il-promozzjoni ta' pajjiżna bħala terminal hub, jista' l-Ministru jgħid jekk l-entità magħżula biex takkwista ishma fil-Freeport mingħand CMA hijiex idonea f'dan ir-rigward? Jekk sal-lum il-gvern għadu ma tax l-approvazzjoni tiegħu biex isir it-trasferiment rikjest, jikkonferma li se jieħu dan l-oġġettiv qabel ma japprova t-trasferiment lill-entità li wriet interess? Jista' jgħid jekk kienx hemm entitajiet b’interess Malti li wrew interess li jixtru?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li l-Gvern approva t-trasferiment ta' ishma lill-kumpanija Yildrin Holdings AS u dan skont il-kuntratt li hemm mal-Gvern. Dan it-trasferiment ta' ishma kien minn kumpanija privata għall-oħra privata u allura ma kienx hemm trasferimenti ta assi pubbliċi kif qed jalludi l-Onor. Interpellant. Jien infurmat ukoll li ma kien hemm l-ebda trasferiment ta' kirja li għadha ssejjaħ lil Malta Freeport Terminals Ltd u li għadha wkoll l-operatur tal-Freeport u allura ma kienx hemm bżonn ta' xi ri-eżami kif qed jgħid l-Onor. Interpellant. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li l-bejgħ tal-ishma kienet transizzjoni privata mmexxija mis-CMA-CGM u għalhekk m'għandix dettalji dwar xerrejja oħra li setgħu kienu nteressati.

Spiża kapitali ta' Reverse Osmosis

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża kapitali fuq is-sistema ta' Reverse Osmosis f'pajjiżna mill-1987 sal-2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża kapitali fuq is-sistema ta’ reverse osmosis f’pajjiżna mill-1987 sa 31 ta’ Diċembru 2010 kienet ta’ € 98.4 miljun.
Leg 11 PQ #30408 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Regolament tal-Kaċċa u Nsib — mutli mill-Qrati Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwaħħla multi mill-Qrati Maltin lill-persuni li qabbdu jiksru r-regolamenti tal-kaċċa u l-insib mill-1 ta' Jannar 2010 sal-lum?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar tal-2010 u l-aħħar ta' Ottubru ta' din is-sena l-ammont ta' multi mogħtija mill-Qrati għal ksur ta' regolamenti tal-kaċċa u l-insib kien is-segwenti:- Sena Numru ta' persuni li weħlu multa Ammonti 2010 395 €140,636 2011 (sa Ottubru) 261 €133,180
Leg 11 PQ #30188 Sitting 410 2011-11-21 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Farruġ — problema ta' dlam

Question

Jista' l-Prim Ministru jassigura li fl-iqsar żmien possibbli, il-problema ta' dlam ċappa li teżisti fil-lokalità ta' Ħal Farruġ, limiti ta' Ħal Luqa, speċjalment fiż-żona pedestrian li hemm bejn il-blokka tal-flats tkun solvuta peress li dan l-inkonvenjent ilu għaddej is-snin u jikkostitwixxi periklu fiżiku u reali għar-residenti fil-lokalità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa hu konxju tal-problema li semma l-Onorevoli Interpellant u qiegħed jaħdem biex isolvieha.

Ħal Farruġ — Problema ta' dlam

Question

Jista' l-Ministru jassigura li fl-iqsar żmien possibbli, il-problema ta' dlam ċappa li teżisti fil-lokalità ta' Ħal Farruġ, limiti ta' Ħal Luqa, speċjalment fiż-żona pedestrian li hemm bejn il-blokka tal-flats tkun solvuta peress li dan l-inkonvenjent ilu għaddej is-snin u jikkostitwixxi periklu fiżiku u reali għar-residenti fil-lokalità?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn investigazzjoni li saret ma jirriżultax li l-Enemalta għandha xi talbiet pendenti min-naħa tal-kunsill lokali li taħtu taqa’ r-responsabbiltà ta’ istallazzjoni ta' bozoz ġodda.

Ħal Qormi — Triq is-Sinja - tindif ta' ġnien

Question

Jista' l-Ministru jordna li l-gnien li jinsab fi Triq is-Sinja kantuniera ma' Triq De La Cruz, Ħal Qormi jitnaddaf u s-siġar li hemm ġo fih jinżabru, peress li ilu snin ma jsir xi xogħol simili f'dan il-ġnien u l-ħmieġ li akkumula qed jiġbed ħafna ġrieden u nemus b'inkonvenjent kbir għar-residenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sit imsemmi jagħmel parti mill-konfini li għalihom huwa responsabbli l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi. Għalhekk nistieden lill-Onorevoli Interpellant jressaq din il-Mistoqsija lill-Onorevoli Prim Ministru li hu responsabbli mill-kunsilli lokali

kamra tal-banju li trid tinbidel

Question

Tista' l-Ministru tara li l-persuna anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata l-għajnuna neċessarja biex il-kamra tal-banju li għandha li hi qadima tinbidel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-persuna msemmija kienet ibbenefikat minn skema ‘I’ maħruġa fis-sena 1995 tal-Awtorità tad-Djar, sabiex tixtri l-post tar-residenza tagħha bi prezz issussidjat, liema post kien mikri mingħand il-gvern. Persuna li tkun ibbenefikat minn xi skema jew għajnuna biex issir sid ta’ darha ma tistax terġa’ tibbenefika minn sussidju fuq xogħlijiet ta’ irranġar u titjib fid-dar ta’ abitazzjoni tagħha.

PBS — Audited Accounts - bejgħ tal-air time u tal-advertising

Question

B'referenza għall-accounts li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29262, tista' l-Ministru tgħid b'referenza għar-revenue attribwit għall-bejgħ tal-air time u għall-advertising, kemm minn din ir-revenue kull sena ġie mill-bejgħ tal-air time u kemm mill-bejgħ tar-riklami (advertising)?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Minħabba raġunijiet kummerċjali, il-Public Broadcasting Services tippubblika biss tagħrif li hija obbligata tagħmel skont kif mitlub mill-kumpaniji mill-Malta Financial Services Authority.
Leg 11 PQ #29965 Sitting 408 2011-11-15 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29738, 29423, 29209, 28885 u 28521 u ċioe: B’referenza għar-rapport li Malta rċeviet aktar minn €700 miljun f'għajnuna mill-Unjoni Ewropea (taħt diversi fondi) bejn is-snin 2004 sa 2010, jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown dettaljat fuq liema proġetti ġew allokati dawn il-fondi? Jista' jagħti d-dettalji sena b’sena u kull proġett jiġi identifikat u tingħata l-ispiża fuq kull wieħed mill-proġetti li għalih dawn il-fondi ġew allokati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda kopja tal-breakdown dettaljat ta’ l-ispiża fuq il-proġetti li għalihom dawn il-fondi ġew allokati.

Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29739, 29424, 29210, 28886 u 28522 u ċioe: B’referenza għar-rapport li Malta rċeviet aktar minn €700 miljun f'għajnuna mill-Unjoni Ewropea (taħt diversi fondi) bejn is-snin 2004 sa 2010, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat fuq liema proġetti ġew allokati dawn il-fondi? Jista' jagħti d-dettalji sena b’sena u kull proġett jiġi identifikat u tingħata l-ispiża fuq kull wieħed mill-proġetti li għalih dawn il-fondi ġew allokati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29965.

Sptar Mater Dei — bini ta' oncology department - spejjeż

Question

Peress li l-kuntratt għall-bini ta' oncology department fl-Isptar Mater Dei se jkun fuq bażi ta' kuntratt magħruf “design and construct on a fixed lump sum basis" jista' l-Ministru jgħid: a) x'miżuri huma maħsuba li jittieħdu biex il-Gvern għan-nom tat- taxpayers jieħu valur għall-flus minfuqa ( value for money }; b) kif se jassigura li x-xogħol kollu jkun sar skont l-istandards stipulati fit-tender kif ukoll li jitlesta fil-ħin u mingħajr variations li jkunu jiswew ħafna flus addizzjonali; ċ) peress li dan it-tip ta' kuntratt jidher li kull aspett mid-disinn sal-kostruzzjoni tkun f'idejn il-kuntrattur, x'sorveljanza se jagħmel biex ma jkunx hemm claims addizzjonali wara li tittieħed it-tender?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mis-Saħħa.

Sptar Mater Dei — Bini ta' oncology department - spejjeż

Question

Peress li l-kuntratt għall-bini ta' oncology department fl-Isptar Mater Dei se jkun fuq bażi ta' kuntratt magħruf “design and construct on a fixed lump sum basis" jista' l-Ministru jgħid: a) x'miżuri huma maħsuba li jittieħdu biex il-Gvern għan-nom tat- taxpayers jieħu valur għall-flus minfuqa ( value for money }; b) kif se jassigura li x-xogħol kollu jkun sar skont l-istandards stipulati fit-tender kif ukoll li jitlesta fil-ħin u mingħajr variations li jkunu jiswew ħafna flus addizzjonali; ċ) peress li dan it-tip ta' kuntratt jidher li kull aspett mid-disinn sal-kostruzzjoni tkun f'idejn il-kuntrattur, x'sorveljanza se jagħmel biex ma jkunx hemm claims addizzjonali wara li tittieħed it-tender?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-proċess ta’ evalwazzjoni tat-tender imsemmija għadu ma ġiex konkluż u għaldaqstant ma tistax tingħata r-risposta rikjesta.

Qormi — stallazzjoni ta' lift fi blokk flats

Question

Tista' l-Ministru tordna li l-lift imwiegħed li jsir fi blokk, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jiġi stallat mill-akatr fis possibbli peress li anzjani li jgħixu f'dan il-blokk jinsabu prattikament priġunieri f'darhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Mhux teknikament u fiżikament possibli illi jiġi istallat lift ġewwa l-binja indikata. Ir-residenti interessati ġew infurmati dwar dan mill-Awtorità tad-Djar permezz ta’ ittra datata 17 ta’ Jannar, 2008.

Żabra tas-siġar

Question

Jista' l-Ministru jara li: a) li s-siġar fi Triq il-Mitjar Luqa jinżabru u, b) is-siġar li jinsabu fil-Housing Estate qrib Block X De Las Cruz u siġar oħrajn fl-istess Housing Estate ġo Ħal Qormi jiġu miżbura wkoll?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’referenza għas-siġar fi Triq il-Mitjar, Ħal Luqa, dawn jinsabu fi triq areterjali li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali u għalhekk se jiddaħħlu fil-programm taż-żbir li għandu jsir mill-kuntrattur li hu l-ELC. Rigward is-sigar fiż-żona tal- Housing Estate ġo Ħal Qormi, din iż-żona taqa’ fil-limitit tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi u għaldaqstant dan ix-xogħol jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-kunsill.